Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċertifikati dwar l-effiċjenza tal-Enerġija fil-Bini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn persuni li huma awtorizzati li joħorġu energy certificates kif inhuma mitluba bir-regolamenti dwar l-effiċjenza tal-enerġija fil-bini?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari W333.

Ċertifikati dwar l-effiċjenza tal-enerġija fil-bini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar kors biex jiġu ċċertifikati persuni li jkunu jistgħu joħorġu ċertifikati dwar l-effiċjenza tal-enerġija fil-bini? Meta hu mistenni li jinżamm kors jew korsijiet oħra biex jiġu ċċertifikati iktar persuni li jkunu jistgħu joħorġu dawn iċ-ċertifikazzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari W333, ngħarrfu li l-aħħar żewg korsijiet saru fis-26/27 u 29/30 ta’ Novembru 2012. Kif kienet u għadha il-prassi qed tinġabar lista ta’ min hu interessat li jsegwi tali kors u la darba jkun hemm numru suffiċjenti biex jagħmluh finanzjarjament vijabbli għall-parteċipanti, dan ikun organiżżat.
Leg 12 PQ #10549 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għajn Stas/San Martin, limiti ta’ San Pawl il-Baħar –Mains tal-ilma

Question

Billi matul iż-żmien li għadda kienet saret applikazzjoni mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) biex jitqiegħdu mains ġodda fl- inħawi ta’ Għajn Stas/San Martin, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol ikkonċernat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress lix-xogħol irid isir barra miż-żona ta’ żvilupp, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma trid l-ewwel tevalwa l-prijoritajiet oħrajn li hemm f’żoni ta’ żvilupp.
Leg 12 PQ #10738 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kennedy Grove – ħarsien ta’ ġiebja u kamra

Question

Jista' l-Prim Minstru jieħu l-passi neċessarji biex il-ġiebja u l-kamra ta' magħha li hemm fir-rotta tat-triq ħdejn Kennedy Grove, liema kostruzzjoni ser titneħħa minħabba l-istess triq, tiġi mħarsa, u għalkemm wieħed jifhem li ma tistax tibqa’ hemm, almenu jiġi assigurat li ma titkissirx u tintilef?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kennedy Grove – ħarsien ta’ ġiebja u kamra

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ġiebja flimkien mal-kamra ta' ħdejha, li jinsabu fl-area li ser tintuża biex titwessa’ t-triq ħdejn Kennedy Grove, jiġu mħarsa, u jerġgħu jinbnew fil-viċinanzi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jikkjarifika rigward il-pożizzjoni tal-ġiebja u kamra li qed isiru referenza għalihom. Wara li tingħata iktar informazzjoni, Transport Malta tkun tista’ tinvestiga l-każ fid-dettal ħalli jiġi deċiż x’tip ta’ azzjoni tista’ tittieħed għall-ħarsien tagħhom, dejjem jekk din il-ġiebja u l-kamra eżistenti diġà għandhom il-permessi neċessarji.
Leg 12 PQ #10740 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Kennedy Grove – ħarsien ta’ ġiebja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif kienet timtela bl-ilma l-ġiebja li hemm fir-rotta tat-triq li qed titwessa’, ħdejn Kennedy Grove, limiti ta' San Pawl il-Baħar? Kif ser jiġi assigurat li l-ġiebja, għalkemm ser titneħħa, tiġi b'xi mod imħarsa, bħala parti mill-wirt marbut mal-ilma ta' pajjiżna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministeru kkonċernat.

Pompi tal-Petrol — fuel

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-MCCAA biex jiġi vverifikat li l-pompi tal-petrol qed jagħtu ammont ta' fuel li jkun ekwivalenti għall-ammont li jkun qed jitħallas? Kemm kien hemm każijiet, jekk kien hemm, li nstab li fil-fatt kien qed jingħata fuel inqas minn kemm kien qed iħallas għalih il-klijent? X'passi ttieħdu f'dawn iċ-ċirkostanzi, u kemm kien hemm persuni li nstabu ħatja, wara li ttieħdu dawn il-passi?

Response (DALLI, HELENA)

B’riferenza għad-domanda li saret mill-Onor Interpellant, jiena nfurmata li sar eżerċizzju sħiħ ta’verifika tal-pompi kollha tal-petrol bejn l-2012 u l-2013. Dan kien eżerċizzju primarjament sabiex jiġu nfurmati aħjar is-sidien tal- pompi fuq il-kwalitá tal-kejl. Dawk il-pompi kollha li nstabu li kienu qed jagħtu kejl nieqes ġew ikkorreġuti u ssiġillati mill-ġdid sabiex il-volum lill- klijenti ma jvarjax b’izjed minn 10ml għal kull 20 litru mgħoti. Ebda proċeduri legali ma kienu meħtieġa jew ittieħdu.

Coast Road – tneħħija ta’ ħamrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kienx ikkonsultat biex il-ħamrija li hemm fil-coast road fil-kantuniera li tieħu lejn in-Naxxar, fil-fatt ma titneħħiex minn hemm u tintradam taħt ix-xogħol li qed isir fit-triq? Jekk ġie kkonsultat, x'pożizzjoni ħa l-istess Ministeru, u x'wassal għal din id-deċiżjoni meta jingħad li hemmhekk hemm sulari sħaħ ta' ħamrija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, jirriżulta li d-Dipartiment tal-Agrikoltura, kif dovut jagħmel, f’Ġunju u f’Awwissu li għadda ħareġ il-permessi meħtieġa biex tkun tista’ tinġarr il-ħamrija msemmija. Għall-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar –pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet li saru mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar biex jiġu installati pelican lights fil-konfini tal-istess San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid meta saru dawn it-talbiet, u kemm minnhom għalkemm approvati, għadhom ma sarux, jekk inhu l-każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-Kunsill għandu talba waħda għall- pelican lights, fi Triq il-Qawra. Infurmat mill-istess Kunsill Lokali li din kienet approvata minn Transport Malta li se tagħmel ix-xogħlijiet rikjesti.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Pijunieri — pelican lights

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex xi talbiet pendenti biex jiġu installati pelican lights fuq zebra crossings li hemm fi Triq il-Pijunieri, f’San Pawl il-Baħar? Jekk għandha, jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċesss ta’ dawn l-applikazzjonijiet? Jekk għad ma hemmx talba, jista' jqis din il-mistoqsija parlamentari bħala talba għal tali pelican lights?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li, minn riċerka li saret fl-arkivji tal-Awtorita’ tat-Trasport, irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba f’dawn l-aħħar tlett snin sabiex iz-zebra crossings fi Triq Pijunieri f’San Pawl il-Baħar jiġu upgraded għal pelican crossings. Minħabba li Triq Pijunieri mhix triq arterjali u lanqas distributorja, għaldaqstant it-talba għal dan l-upgrading trid tintbagħat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Pijunieri — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm, matul l-aħħar 12-il xahar, persuni li ttajru minn fuq (jew ħdejn) iż-zebra crossings li hemm fi Triq il-Pijunieri, f'San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid meta seħħew dawn l-inċidenti, u kemm mill-persuni milquta ttieħdu l-isptar?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar tnax-il xahar, id-Distrett numru 9A, Divizjoni 'V', kellu tlett rapporti fejn weġġgħu xi nies fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Bahar ħdejn jew fuq iz-'Zebra Crossings'. L-ewwel inċident kien fis-17 t’Ottubru 2013 fejn żewġ persuni weġġgħu meta ttajru b’karozza u kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei. Persuna kienet weġġgħet gravi u l-oħra b’feriti ħfief. Inċident ieħor ġara fil-21 t'April 2014 fejn vettura laqtet persuna li kienet qed taqsam ftit lil hinn ‘il fuq miz-'Zebra Crossing' fit-triq msemmija. Il-Persuna li kienet qed taqsam ittieħdet l-isptar Mater Dei fejn eventwalment ġiet iddikjarat li kien fil-periklu tal-mewt. L-inċident huwa suġġett għal inkjesta Magisterjali. Barra min hekk kien hemm inċident fis-17 ta' Novembru 2013 fejn vettura u mutur kienu nvoluti wara li l-vettura waqfet sabiex tifel jaqsam minn fuq iz -Ze bra Crossing u l-mutur baqa dieħel fl’istess vettura. Pero f’dan l-inċident kien is-sewwieq tal-mutur li weġġa u ttieħed l-isptar Mater Dei u mhux xi persuni li kienu qed jaqsmu.
Leg 12 PQ #258 Sitting 185 2014-10-13 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA -– applikazzjonijiet għal yacht marinas

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10488, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-tmien applikazzjonijiet li hemm referenza għalihom fir-risposta tal-mistoqsija indikata? Kemm ilhom pendenti dawn l-istess applikazzjonijiet? Liema applikazzjonijiet huma mill-privat u liema huma minn entitajiet pubbliċi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-MEPA għandha quddiema tmien applikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' yacht marinas . Tracking No. PA No. Status Location Local Council Proposal Screening Rec. Date Val. Date Type of Entity PA/08201/06 DEP No. 1, Dock Area, Misrah Gavino Gulia, Cospicua (Bormla) Cospicua (Bormla) Outline application for the rehabilitation & redevelopment of the dock area bormla, to include residential & mixed use facilities, landscaping, restoration of existing buildings & yacht berthing facilities. 15/01/2007 Private PA/04637/07 ZZZ South Shore, Ix-Xatt Ta' Tigne', Sliema Sliema Installations of pontoons for yachts 08/08/2007 Private PA/00118/09 ZZZ Marsascala Bay ( various streets), Marsascala Bay, Marsascala Marsascala Proposed redevelopment of ex-National Waterpolo pitch into a mixed use development including sports and recreational facilities, residential, tourist accommodation and commercial spaces; and redevelopment of an all-weather yacht marina including reorganisation of mooring, construction of breakwater, placing of pontoons and upgrading of quays and ancillary facilities. 19/01/2009 Private PA/04089/10 ZZZ Barriera Passenger Terminal, Xatt Il-Barriera, Belt Valletta, Malta National Territory Extension to Lascaris Wharf for the berthing of ships for passenger and related services, leisure and tourism. 19/10/2010 Government Entity 146,856 ACM Mgarr Yatch Marina, Triq Martino Garces, Ghajnsielem, Gozo Ghajnsielem Proposed yacht berths and floating pontoon 01/03/2012 Private 146,857 ACM Mgarr Yatch Marina, Triq Martino Garces, Ghajnsielem, Gozo Ghajnsielem Proposed organised boat mooring 01/03/2012 Private 147,897 ACM Marsamxett Harbour, Triq Sa Maison, Floriana, Pieta. Floriana / Pieta Sa Maison Marina at Marsamxett Harbour in lieu of existing Ro-Ro berth. Installation of (a) new marina with landside improvements at Sa Maison and (b) new jetty, revetment system and electrical supply trench extension at Pieta. 23/05/2012 Government Entity 148,901 PAS N/A , N/A, Fortizza Sant Anglu, Vittoriosa (Birgu), Malta Vittoriosa (Birgu) The proposed extension of the quay and superyacht berths on St Angelo Wharf, including moorings required for the additional berth; and the proposed extension to the existing substation and switchroom and connecting service culverts. 22/08/2012 Private Legend: ACM Awaiting Application Compilation by Architect ZZZ Awaiting Further Information from Architect for over 6 months DEP Drafting of DPA Report PAS Pending Assessment

In-Naxxar u l-Mellieħa – xogħlijiet infrastrutturali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10441 għal dak li jikkonċerna x-xogħol li hemm referenza għalih fir-risposta għal dak li jikkonċerna San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament il-pjanti ta’ dawk li qed jissejħu bħala parking schemes? Jista’ jgħid minn min ġew approvati dawn l-istess pjanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li x-xogħol propost dwar il-parking schemes għadu fi stadju preliminari ta’ diskussjonijiet. L-ebda pjanti għadhom ma ġew approvati.

Qrati ta' Malta — Sms alert dwar każijiet

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10486, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru ħax xi passi partikolari biex iħeġġeġ lil kull min juża l-Qrati, biex jidħol fis-sistema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ħa ħsieb sabiex jinforma l-pubbliku permezz ta’ stqarrijiet li dan is-servizz qed jingħata billi wieħed jirreġistra għalih fir-Reġistru tal-Qrati Ċivili. Aktar minn dan, qed tintbagħat il-formola ta’ reġistrazzjoni ma’ kull avviż tas-smiegħ ta’ kawża lill-partijiet fil-kawżi ċivili. Hekk il-partijiet qed jiġu mħeġġa sabiex mill-ewwel seduta li huma jattendu, iġibu din il-formola ta’ reġistrazzjoni sabiex japplikaw sabiex japplikaw fir-Reġistru Ċivili għal dan is-servizz.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali – Kunsilli Lokali tat-12-il Distrett — talbiet pendenti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlametari 10487, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema talbiet li jeħtieġu clearance mid-dipartiment responsabbli mill-kunsilli lokali, għadhom pendenti għand l-istess dipartiment, jekk hu l-każ? Meta saru dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kap 363 tal-Liġijiet ta’ Malta jispeċifika l-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Ikun hemm diversi drabi fejn il-Kunsilli Lokali jitolbu gwida.
Leg 12 PQ #262 Sitting 185 2014-10-13 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Tax Credit – Skema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iskema ta' tax credit jew xi forma oħra ta' għajnuna lil min iżomm miegħu xi apprentisti, li suppost kellha tidħol fis-seħħ matul din is-sena fil-fatt daħlitx fis-seħħ inkella le? Jekk iva, meta daħlet, u liema apprentisti ser ikunu jistgħu jgawdu minn din l-iskema? X'irid jagħmel min iħaddem biex igawdi minn tali skema?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-miżura li qed issir referenza għaliha daħlet fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 179/2014, li ġie pubblikat fis-27 ta’ Mejju, 2014 u tapplika għal apprendistati li bdew mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Din tipprovdi għal deduzzjoni lil min iħaddem, ta’ €1200 għal kull apprendist. L-approvazzjoni għal dan l-apprendistat trid issir mill-ETC.

Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar — waterpark ta’ Buġibba

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il ilment irċieva l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar dwar l-istat tal-waterpark ta’ Buġibba? Kemm-il darba l-istess kunsill wassal l-ilmenti lill-Ministeru kkonċernat? X’kienu r-riżultati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-Kunsill ma rċieva ebda ilment fir-rigward tal-istat tal-Water Park f’Buġibba.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali –clearance ta’ proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema talbiet li saru mill-kunsilli tat-12-il distrett elettorali għall-clearance ta’ proġetti fl-istess lokalitajiet għadhom ma ġewx deċiżi mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru W261.
Leg 12 PQ #290 Sitting 185 2014-10-13 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Apprentisti – inċentivi għal tax credits

Question

Billi fid-diskors tal-Baġit għal din is-sena kien hemm referenza għal xi inċentivi biex dawk li jkollhom apprentisti magħhom, ikunu jistgħu jingħataw xi forma ta’ tax credits, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt din is-sistema hux qed titħaddem mill-Korporazzjoni għax-xogħol u Taħriġ jew le? Jekk iva, kemm hemm apprendisti li minn qed jagħtihom it-taħriġ fil-fatt qed jibbenefika minn din l-iskema? Jekk le, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għamlitx xi sottomissjonijiet dwar kif din l-iskema tista’ titħaddem?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-sistema ta’ tax credits għal min jieħu apprendisti miegħu ser titħaddem mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u mhux mill-ETC. Infurmat li l-ETC u d-Dipartiment tat-Taxxi Interni tkellmu dwar kif ser titħaddem din is-sistema u ġie deċiż li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ser jagħmel l-arranġamenti hu.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Wileġ – Bus stop temporanju

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex isir bus stop temporanju, fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar? Min għamel ix-xogħol marbut mal-bidla li saret fil-bankini f'dan is-sit? Kemm ġie jiswa x-xogħol imsemmi? Minn min ġie approvat l-istess xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bus stop li tpoġġa b’mod temporanju fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar ġie mibdul għal wieħed permanenti. Il-bus stop temporanju twaħħal sakemm saret ir-rilokazzjoni tal-bus stop “Wileg”, liema rilokazzjoni kienet meħtieġa minħabba li l-post fejn jinstab il-bus stop oriġinali ma’ jippermettix illi jiġi installat bus shelter. Hekk kif kien ġie spjegat fir-risposta illi ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 10320, fis-sit oriġinali m’ hemmx spazju biżżejjed fuq il-bankina kif ukoll il-layout tat-triq ma tippermettix li jsir bus shelter. Għaldaqstant, bi ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il- Baħar, Transport Malta irrilokat il-bus stop “Wileg”. Ix-xogħol sabiex titwessa l-bankina twettaq minn Transport Malta u sar sabiex ikun jista’ jippermetti l-installazzjoni tal-bus shelter. Dan ix-xogħol huwa stmat illi ġie jiswa €1,506.91. Infurmat ukoll illi Transport Malta qegħda fil-proċess sabiex toħroġ sejħa li twassal għat-twaħħil ta’ struttura ta’ lqugħ fuq dan il- bus stop.