Il-Qawra – Skola Primarja – sit fejn se tinbena — tabelli
Question
Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30506 dwar l-Iskola Primarja ġdida li għandha tinbena fil-Qawra, fejn ingħadd li t-tabelli nqalgħu mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada biex ikun jista’ jinbidlilhom l-artwork, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni li għaliha nħasset il-ħtieġa li l-istess tabelli jinqalgħu, kif ukoll meta se jinbeda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-post, kif ukoll jekk hux se jkun hemm tibdil fil-pjanti tal-istess skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-raġuni, li għaliha nqalgħu t-tabelli msemmija, diġà ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30506. Ix-xogħol fuq il-proġett tal-Iskola Primarja tal-Qawra beda u s'issa sar l-iskavar tas-sit. Il-permessi ta' żvilupp li hemm bżonn ħarġu u bħalissa qed ikun evalwat it-tender tal-bini. Il-kostruzzjoni tiddependi minn meta jingħata l-kuntratt tax-xogħlijiet li jista' jkun suġġett għal appelli u proċeduri oħra. Hu ppjanat li din l-iskola tibda topera mis-sena d-dieħla. Ma sar l-ebda tibdil fil-pjanti tal-istess skola.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kunsilli lokali hux qed jingħataw xi taħriġ partikulari biex ikunu jistgħu jippreparaw id-dokumenti tat-tenders għal xi xogħlijiet li jkunu se jfasslu u jillestu fil-lokalitajiet tagħhom? Jekk iva, x’inhu dan it-taħriġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali organizza sessjonijiet intensivi ta’ taħriġ dwar il-proċess kollu ta’ akkwist (procurement) kif ukoll waqqaf Support Unit bil-għan li jkun ta’ assistenza għall-Kunsilli Lokali fil-proċess il-ġdid tal-ippubblikar tas-sejħiet għall-offerti fuq is-sistema tal-akkwist elettroniku (ePPS) li ġiet introdotta minn din l-amministrazzjoni.
Għal darb’oħra, se jingħata aktar taħriġ hands on, b’kollarborazzjoni mal-Istitute for Public Service (IPS), immirat għas-Segretarji Eżekuttivi dwar kif titħaddem is-sistema elettronika.
Barra minn hekk id-Dipartiment qiegħed ukoll jagħti s-sapport kontinwu tiegħu b’mod individwali lil kull min ikollu diffikulta’ biex jimla’ d-dokument jew biex juża s-sistema elettronika.
Il-Kunsill Lokali jibqa’ responsabbli tal-informazzjoni li tkun ippubblikata fis-sejħiet għall-kwotazzjonijiet jew offerti.
Intant qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra żewġ ċirkularijiet: Ċirkulari 42/2016 u Ċirkulari 47/2016, kif ukoll kopja tal-programm ta’ taħriġ li ngħata f’Diċembru.
Awtorità tad-Djar – proprjetajiet mikrija lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex proprjetajiet, kemm residenzjali kif ukoll kummerċjali, inklużi garages, li huma mikrija lill-kunsilli lokali? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar liema proprjetajiet huma hekk mikrija, meta inkrew, u meta għaddew iċ-ċwievet tagħhom għand il-kunsilli lokali konċernati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha 17-il proprjeta` li huma mikrija lill-kunsilli lokali. It-tabella t’hawn taħt tindika l-lista tal-proprjetajiet li huma mikrija u meta bdiet il-kirja. Ngħarraf lill. Onor. Interpellant li, ċ-ċwievet jgħaddu f’idejn il-kerrej/kerejja meta jiġi ffirmat ftehim.
Kunsill Lokali
Indirizz tal-Post Mikri
Lokalita`
Kirja
Azzjoni Meħtieġa
Minn
Sa
Birżebbuġia
Kamra 1 Triq Florence Nightingale
Birżebbuġia
01.02.05
31.01.25
Birzebbuġia
Kamra 2 Triq Florence Nightingale
Birżebbuġia
01.02.05
31.01.25
Furjana
Garaxx 3 Plan Livell -2 Triq l-Iljun
Furjana
16.12.11
15.12.16
Il-kirja se tiġi mġedda.
Ħal-Balzan
153 Triq il-Kbira
Ħal-Balzan
01.01.01
Każ miftuħ il-qorti. L-Awtorità tad-Djar qed tistenna li l-Kunsill Lokali jagħti lura ċ-ċwievet.
Mosta
Ħwienet 1-5 Binja l-Isperanza (Taż-Żokrija)
Mosta
21.01.09
20.01.19
Mtarfa
Club House Blk A Town Centre
Mtarfa
01.12.09
23.03.45
Mtarfa
Offices 1-5 Blk C Mtarfa Town Centre
Mtarfa
15.09.00
15.09.20
Mġarr
Garaxx 53 Livell 1 Binja Skorba
Mġarr
02.09.14
01.09.19
San Pawl il-Baħar
Garaxx 25 Triq J. Quintinus
Qawra
Diskussjoni dwar il-kuntratt u l-kirja għadejja mal-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Enemalta għadhiex twaħħal dwal fit-toroq pubbliċi, fuq arbli minflok mal-faċċati tan-nies, fejn tali dawl ma jkunx jista' jitwaħħal mal-istess faċċati? Xi proċedura partikulari qed tapplika l-Enemalta fiċ-ċirkostanzi fejn ma jkunx possibli li tali dwal jitwaħħlu mal-faċċati tar-residenzi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Enemalta plc li l-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’postijiet pubbliċi ilha għal diversi snin ma tkunx taħt ir-responsabilita’ ta’ Enemalta plc. Deċiżjonijiet u ppjanar dwar fejn u kif jitwaħħlu dwal ġodda f’postijiet pubbliċi jittieħdu mill-entitajiet responsabbli mill-post fejn dawn ikun meħtieġa.
L-għajnuna ta’ Enemalta plc tintalab biss biex dwal ġodda li jkunu saru mill-entitajiet konċernati, fosthom kunsilli lokali, jkun jeħtieġ li jingħataw provvista tal-elettriku mas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku nazzjonali. Dan isir billi l-entitajiet konċernati jimlew il-formola u ċ-ċertifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex issir din il-konnessjoni, u jissottomettuha lil ARMS Ltd. Jekk l-applikazzjoni jkollha ċ-ċertifikazzjonijiet kollha li jiżguraw li l-installazzjoni saret b’mod sikur u skont il-prattiċi stabbiliti, Enemalta tkun tista’ tqabbad id-dwal mas-sistema tal-elettriku biex jinxtegħlu.
Awtorità tal-Ippjanar – proposti għal estensjonijiet ta’ yacht marinas
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proposti ta' estensjonijiet ta' yacht marinas li jinsabu pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA)? Liema permessi oħra, li ġew approvati mill-PA/MEPA, għadhom pendenti biex fil-fatt jinfetħu?
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet pendenti għall-bini ġdid/estensjonijiet ta’ skejjel tal-gvern jew privat
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) għal dak li jikkonċerna bini ġdid/estensjonijiet ta' skejjel tal-gvern jew tal-privat, u fejn jinsabu?
San Pawl il-Baħar – Triq il-Konverzjoni – sors ta’ ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhu s-sors ta’ ilma li qed jinżel minn żmien għall-ieħor minn Triq il-Konverzjoni, (Conversion Str.), f’San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar x'passi se jieħu, jew ħa, biex dan l-ilma ma jibqax joħroġ fit-toroq ta' dawn l-inħawi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva lment fl-1 ta’ Frar, 2017 u saret spezzjoni mill-uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali fit-2 ta’ Frar. Waqt l-ispezzjoni ma ġiex innutat ħruġ ta’ ilma u għal din ir-raġuni ma kienx possibbli li jittieħed kampjun iżda kien evidenti li fluss ta’ ilma kien seħħ peress li t-triq kienet imxarrba.
Ninfurmah ukoll illi qed issir investigazzjoni neċessarja sabiex jinstab/jinstabu s-sidien ta’ żewġ katusi tal-ilma tax-xita li ġew indikati waqt din l-ispezzjoni u kif ukoll is-sors tal-ilma sabiex ikun jista jiġi eliminat kull inkonvenjent mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iżomm lill-Ministeru milli jerġgħu jinxtegħlu mill-ġdid il-globi li hemm madwar il-front ta' Buġibba u l-Qawra? Filwaqt li wieħed jifhem li l-manutenzjoni trid issir, jista' jieħu l-passi meħtieġa biex dawn il-globi jinxtegħlu fl-iqsar żmien possibbli?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li d-dwal li għad hemm fil-post, saret il-manutenzjoni meħtieġa tagħhom u nxtegħlu.
Għal dawk l-arbli li tneħħew, u oħrajn li jridu jinbidlu, ħarġet
tender
biex isiru oħrajn ġodda u b'hekk jinbidlu l-arbli dekorattivi kollha tul il-
promenade
. Fit-
tender
ġew inklużi wkoll partijiet mill-
promenade
li qabel ma kellomx fanali tad-dawl dekorattivi.
Billi l-Ministru, waqt laqgħa ma’ diversi NGOs fejn qassam ukoll xi flus għall-proġetti li se jieħdu ħsiebhom l-istess għaqdiet ambjentali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'se jkunu dawn il proġetti li se jwettqu dawn l-istess għaqdiet? Xi proġetti oħra se jitwettqu mal-kunsilli lokali kif imħabbar waqt l-istess okkażjoni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġetti li se jwettqu l-għaqdiet ambjentali u li qed ikunu ffinanzjati mill-Iskema tal-Fond Ambjentali tal-Gvern huma:
Din l-Art Ħelwa li ser jaħdmu fuq proġett sabiex jirabilitaw u jirrestawraw il-foss li hemm madwar it-Torri l-Abjad fil-Mellieħa. Ser ikunu qed jneħħu il-ġebel li akkumula u mela l-foss, u jirranġaw il-ħitan tal-foss sabiex ikun hemm aċċess aħjar għal dan it-torri u sabiex isaħħu l-valur ambjentali, storiku u kulturali tas-sit kollu.
Flimkien Ghal Ambjent Ahjar ser jaħdmu fuq progett ’Seeding the City’ fejn ser jippromwovu spazji ħodor għall-għajxien aktar sostenibbli. Dan ser ikun proġett pilota fejn ser jistudjaw l-aħjar mod għal vertical gardening bl-użu ta oġġetti riċiklati. Ser ikunu qed jintroduċu wkoll il-kunċett ta vertical urban gardens.
Nature Trust ser jaħdmu fuq proġett sabiex itejbu it-trattament ta fkieren tal-baħar li jiġu salvati u jinstabu li jkunu belgħu snanar. B’dan il-proġett ser ikunu qed jixtru endoscope li jgħin meta joperaw fuq il-fkieren tal-baħar sabiex ikollhom anqas riskju ta’ kontaminazzjoni u jfiequ aktar malajr.
Friends of the Earth ser jahdmu fuq proġett ‘Enhancing wellbeing – therapy through nature: training and eco-therapy activities’. B’dan il-proġett ser ikunu qed jagħqdu issues ambjentali ma’ dawk soċjali. Ser jaħdmu fuq nature therapy f’komunita’ li tissapportja klijenti bi problemi fiżiċi u mentali. Ser jieħdu ħsieb ukoll il-manutenzjoni ta ġnien sostenibbli.
Genista Foundation ser jaħdmu fuq proġett ta’ konservazzjoni u rijabilitazzjoni tar-Rinella Biodiversity Park. Ser jaħdmu biex jirestawraw u jipproteġu il-wirt naturali fil-wied tar-Rinella billi jagħmlu clean-up biex jitnaddaf is-sit. Ser iħawlu wkoll siġar jew arbuxelli indiġeni fis-sit. Ser iwaħħlu wkoll pannelli fotovoltajċi fuq iċ-ċentru ta’ taħrig li hemm fis-sit. Dan kollu ser iwassal għal spazju miftuh ghar-rikreazzjoni tal-pubbliku.
Sustainable Built Environment Malta ser jagħmlu survey relatat mal-gassijiet serra. Ser ikunu qed jevalwaw azzjonijiet li jistghu jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dan is-survey ser ikun miftuh għall-stakeholders li huma involuti fil-produzzjoni ta’ materjali li jintużaw għall-bini, stakeholders involuti fid-diżinjar ta’ binjiet, fl-infrastruttura, fost oħrajn.
Heritage Parks Foundation ser jaħdmu fuq proġett biex titwaqqaf nursery għall-propogazzjoni ta’ flora selvaġġi indiġeni, xiri ta’ pjanti u tagħmir u restawr ta’ binja biex jaħżnu t-tagħmir. Dawn il-pjanti ser jiġu mħawwla fil-Park tal-Majjistral. Dan kollu ser iwassal għall-esperjenza edukattiva għall-vizitaturi tal-Park, kif ukoll biex itejbu is-sit u jirrabilitaw partijiet tal-Park li huma degradati.
Greenhouse Malta ser jahdmu fuq progett ‘Wild for Orchids’. Ser ikunu qed jahdmu biex jikonservaw l-orkidej f’Malta billi jiġbru informazzjoni xjentifika kif għandhom jiġu kkonservati, u billi jħarrgu lill-pubbliku u jinkorraġġuhom biex jinvolvu ruħhom f’dan il-proġett. Ser issir kompetizzjoni artistika u workshops fuq dan is-suġġett. Fl-aħħar tal-proġett ser joħorġu ktieb dwar l-Orkidej ta’ Malta.
Proġetti ambjentali li se jitwettqu ma’ kunsilli lokali huma dawk ta’ tħaddir tal-komunitajiet permezz ta’ tħawwil ta’ siġar u arbuxelli, fejn wara li fl-aħħar sentejn saru proġetti ta’ din in-natura fi ħmistax-il lokalita’ f’Malta u f’Għawdex, issa qed jiġi ppjanat li aktar lokalitajiet jibbenefikaw minn proġetti simili.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każi ta' dixxiplina li kien hemm fid-diversi dipartimenti tal-Gvern, skont id-dipartiment li jaħdmu fih, kull sena, dipartiment dipartiment, bejn l-2013 u llum? Kemm kien hemm każi fejn il-persuni konċernati spiċċaw imkeċċija?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-aħħar sejħiet għall-promozzjonijiet, f'kull dipartiment taċ-ċivil, dipartiment dipartiment? Liema minn dawn is-sejħiet fil-fatt kellhom l-proċess tagħhom konkluż, u kemm għadhom għaddejjin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill l-Onorevoli Interpellant biex jispecifka ghal liema perjodu qed jirreferi.
B'referenza għal domandi preċedenti dwar il-proġett tat-TEN-Ts bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa, billi skont dawn l-istess domandi din il-parti tat-triq mhux ser isir xogħol fuqha permezz ta’ dan il-proġett, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux ser jintużaw fondi nazzjonali biex ikun jista' isir ix-xogħol meħtieġ f'dawn l-istess inħawi?
San Pawl il-Baħar – Kunsill Lokali – rapport ta’ xogħol fuq Triq il-Pijunieri u Triq il-Qalb ta’ Ġesu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, talabx xi rapport dwar xogħol fit-toroq li sar fi Triq il-Pijunieri u Triq il-Qalb ta' Ġesu (fost l-oħrajn), liema xogħol kien sar f'Marzu/April 2015? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport, jekk sar?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni Ewropea għal dak li jikkonċerna l-użu tal-glysophate? Jista' jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar dan?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proposta oriġinali tal-Kummisjoni Ewropea fuq dan is-suġġett kienet biex jiġi estiż il-permess tal-glyphosate għall-hmistax-il sena. Din il-proposta kienet ġiet diskussa fl-iStanding Committee tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fih ir-rappreżentant ta’ Malta hija l-Awtorita’ tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni. Wara dawn id-diskussjonijiet il-Kummissjoni Ewropea irrevediet il-proposta. Din kienet tinkludi estenzjoni ta’ 9 snin u kienet tirreferi espliċitament għall-evalwazzjoni karċinoġenika min-naħa tal-Agenzija Ewropea tal-Kimika fuq din is-sustanza kif ukoll tirreferi fuq l-evalwazzjoni tal-użu ta’ din is-sustanza minn non-professional users. Peress li l-anqas din il-proposta riveduta ma ntlaqet tajjeb mill-maġġoranza tar-rappreżentanti fl-iStanding Committee, il-Kummissjoni Ewropea ssuġġeriet li l-permess jiġi estiż sa Diċembru 2017 jew sakemm ikollha l-opinjoni tal-Agenzija Ewropea tal-Kimika skont liema tiġi l-ewwel.
F’dan ir-rigward, Malta kienet ivvutat kontra din l-proposta a bażi tal-prinċipju prekawzjonali.
Wara l-proċess ta’ votazzjoni kemm fl-iStanding Committee kif ukoll fl-Appeals Committee, il-Kummisjoni Ewropea harġet Deċiżjoni biex testendi l-permess tal-glyphosate sa l-aħħar ta’ Dicembru 2017 jew sakemm toħroġ l-opinjoni tal-Agenzija Ewropea tal-Kimika skont liema tiġi l-ewwel. Fl-stess Deċiżjoni il-Kummissjoni Ewropea harget dawn il-kundizzjonijiet:
- Projbizzjoni tal-uzu tal-
co-formulant
POE-tallowamine imħallat mal-Glyphosate fi prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti peress li nstab li dan il-
co-formulant
jaffettwa is-saħħa tal-bniedem
- Tħeġġiġ tal-iStati Membri biex jagħmlu restrizzjonijiet tal-użu ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glyphosate sabiex jitnaqqas l-użu fi spazji pubbliċi u l-użu fi stadju
pre-harvest
Wara dan kollu, Malta bdiet timplimenta d-Deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea u pprojbixxiet l-użu ta’ certu prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom glyphosate u POE-tallowamine inkluż il-prodotti Hopper Blu, Round Up, RoundUp Max u Seccherba Respect. Sadanittant, qed nikkonsidraw liema restrizzjonijiet jistgħu jiġu kkontemplati biex nirrestrinġu mill-ispazji pubbliċi l-użu ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glyphosate.
Billi fir-risposta li kien ta l-Ministru dwar ix-xogħol li fadal isir minn dak li kien il-proġett originali tat-TEN-Ts, mhux indikat x'ser jiġri minn dik il-parti tal-proġett li kien jikkonċerna x-xogħol bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq din il-parti tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30326.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' pulizija li huma stazzjonati għal kull distrett tal-pulizija? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ħsieb li d-distrett li jinkorpora fih San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, jiżdiedu wkoll in-numru ta' pulizija li jagħtu servizz fid-distrett?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ Pulizija fid-distretti, huwa bbażat skont l-esiġenzi tas-servizz ta’ kull distrett partikolari. Mhux eskluż illi tkun ikkunsidrata żieda fin-numru ta’ Pulizija fid-distretti, inkluż fid-distrett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk it-tabelli li kien hemm fejn is-sit ta' fejn għandha tinbena l-Iskola Primarja fil-Qawra, fil-fatt insterqux? Jekk ma nsterqux, iżda tneħħew mill-Gvern, jew mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS), jista’ jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha dawn tneħħew? Jekk se jkun hemm tibdil, jista’ jagħti tagħrif dwar x'se jkun it-tibdil meħtieġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabelli tneħħew mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada biex isir tibdil fl-artwork tal-istess tabelli.
San Pawl il-Baħar – Skola Primajra – numru ta’ tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal, skont il-klassi li jattendu fiha (sena skola stima), sena b’sena, li preżentement qed jattendu l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar? Kif inhuma maqsuma skont in-nazzjonalità dawn it-tfal?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 30507 - Skola Primarja ta' San Pawl il-Baħar - numru ta' tfal.pdf
Billi fid-diskors tal-baġit għal din is sena ngħadd li l-kunsilli lokali se jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-fondi miġbura mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (issa l-Awtorità tal-Ippjanar), permezz tas-CPPS u skemi oħra, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-istess kunsilli lokali jkunu jistgħu jibdew jagħmlu użu minn dawn il-fondi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-Kunsilli Lokali setgħu jibdew japplikaw għall-dawn il-fondi, taht l-skema l-ġdida, mis-16 ta’ Jannar 2017.
Malta u Għawdex – trinek fit-toroq – garanzija tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kuntratturi li jkunu ser jagħmlu trinek fit-toroq, f'Malta u f’Għawdex, fil-fatt jintalbux iħallsu xi garanzija, biex fil-każ li x-xogħol ma jsirx sew, fil-fatt tkun tista’ ssir it-tiswija neċessarja, billi jintużaw dawn l-istess flus?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull kuntrattur li hu reġistrat ma’ Transport Malta biex jagħmel xi xogħol fit-toroq f’Malta u Għawdex, jiġi mitlub jipprovdi garanzija bankarja ta’ €15,000 skont il-ftehim li jsir mal-istess Awtorità u kif inhu stabbilit fil-liġi. Tali garanzija tintuża f’każ ta’ xi nuqqasijiet min-naħa ta’ l-istess kuntrattur waqt it-twettieq tax-xogħol kif ukoll jekk jonqos li jsewwi xi xogħol li jkun għamel ħażin.