Il-Mellieħa — pjanijiet għall-użu ta' Fortizza ta' Campbell
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12551, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ pjanijiet huma, sa issa, mfassla għal dawn l-inħawi? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk dan il-pjan ħolistiku hux qed jitfassal mill-MEPA jew mad-Diviżjoni għall-Proprjetà tal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li primarjament l-intenzjoni tal-Gvern għal dawn l-inħawi hija sabiex din iż-żona ma tibqax iktar mitluqa, filwaqt li jsir intervent għar-riabilitazzjoni tal-Fortizza. Madankollu, d-diskussjonijiet għadhom fil-fażi inizjali u mhux eskluż li l-Gvern jikkonsidra li fil-futur joħroġ espressjoni t’interess għal dawn l-inħawi.
Billi partijiet minn Triq San Pawl fin-Naxxar, liema triq hi waħda mill-iktar toroq użati fin-Naxxar, mhux biss bħala triq lokali iżda bħala triq prinċipali, jista’ jieħu l-passi neċessarji biex il-wiċċ ta’ din it-triq jiġi rranġat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabilta’ ta’ Transport Malta. Madanakollu Transport Malta lesta li tgħin skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-MEPA fasslitx u approvatx policy dwar ix-shooting ranges f’pajjiżna? Jekk iva, meta hu mistenni li tiġi implimentata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Minhabba l-komplessitajiet assocjati maghha, din il-policy dwar is –shooting ranges ghadha qed tigi mfassla.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — sistemi ta' drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-inħawi, f'Malta u f'Għawdex li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, għad m'għandhomx sistema tad-drenaġġ imqabbda? Xi pjani hemm biex din is-sistema titwassal f'dawn l-inħawi ukoll? Jista' jaħgti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol biex id-drenaġġ jitwassal ukoll f'dawn l-inħawi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi hawn diversi nħawi f’Malta u Għawdex li mhumiex imqabbda mas-sistema ta’ pajpijiet tad-drenaġġ pubblika. Nitlob għalhekk lil Onorevoli Interpellant jispeċifika l-inħawi li qed jagħmel referenza għalihom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk, fil-passat sarux xi studji partikolari mill-Ministeru għal Għawdex, jew b'kollaborazzjoni mal-istess Ministeru, biex jiġu identifikati l-aħjar tipi ta' runway li tista' taqdi l-bżonnijiet t'Għawdex? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istess studji li saru? Bħalissa xi studji qed iseħħu, u minn min, dwar dan?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghar-risposta li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 11887 fis seduta numru 198 fil 11 ta’ Novembru 2014.
B’zieda mat-taghrif moghti f’dik ir-risposta, inzid nghid li dawn l-istudji lesti u qieghdin issiru il-preparamenti ghal ahhar stadju li huwa l- Environment Impact Assesment Report.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk issa ġiex identifikat xi sit partikulari li fih tista' tinbena yacht marina f'Għawdex? Jekk iva, min identifika s-sit u fejn jinsab?
Response (REFALO, ANTON)
Ghandi infurmat li kienet harget Request for Proposal dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruiseliner Terminal. Hemm possibilta wahda li fil prezent qieghda quddiem l-Evaluation Committee fih dan il Privitisation Unit u għaldaqstant il-Ministeru għal Għawdex f’dan l-istadju mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti aktar dettalji għax ikun prematur.
San Pawl il-Baħar – siġar tal-palm ħdejn l-iskola primarja
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-palm li hemm ħdejn l-iskola primarja tal-Gvern ta’ San Pawl il-Baħar, jinżabru mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl qabel iweġġa’ xi ħadd?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant, li l-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta’ gvern lokali b’personalità legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skont il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Madankollu jien għaddejt l-ilment lill-Kunsill Lokali konċernat.
Il-Mellieħa – Triq li twassal sal-Għadira — ħsarat
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-triq prinċipali li mill-Mellieħa twassal sal-Għadira quddiem iċ-ċimiterju li hemm fl-istess triq, tiġi msewwija l-ħsara li hemm, qabel ma jkun hemm xi inċident serju minħabba l-istat li tinsab fiha t-triq f’dik il-parti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-każ ta’ toroq li ma jaqgħux taħt ir-responsabilta’ ta’ Transport Malta, l-Awtorita’ lesta li tgħin skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12502, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-okkazzjonijiet matul din is-sena fejn instab li kien hemm ħtieġa li l-kunsill lokali jkun infurmat bil-preżenza ta' skart akkumulat? Meta kienu dawn l-okkażjonijiet u x'passi ttieħdu mill-kunsill lokali? Kemm kien hemm okkażjonijiet li l-ħaddiema tad-Direttorat kellhom jagħmlu x-xogħol huma? Meta kienu dawn l-okkażjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor.i Interpellant, illi mhux l-obbligu tad-Direttorat li jinnotifika lill-Kunsill Lokali b’akkumulu ta’ skart jew inkella bżonn ta’ xi intervent ta’ tindif.
Madankollu kien hemm 11-il okkażżjoni bejn Jannar u Ottubru 2014, fejn inġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali u l-każijiet kollha ġew solvuti mill-istess Kunsill.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-fortizza tal-Mistra li fuqha sar xogħol ta' restawr, u li issa jidher lix-xogħol fuqha tlesta, hux ser tingħata għal xi użu partikoalri mis-settur privat? jekk iva, x'tip ta' użu hu mistenni li jkun assenjat għal din il-fortizza? Meta hu mistenni li tinħareġ xi forma ta' sejħa ta' interess għal dan il-post?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fortizza tal-Mistra ingħatat b’encroachment permit lill-Fondazzjoni lid-dettalji tagħha qed jingħataw separatament sabiex tintuża esklussivament għall-attivitajiet konnessi ma’ din il-Fondazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-dipartiment responsabbli mill-artijiet hux ser jagħmel xi tibdil partikolari għal dak li jirrigwarda t-trasferiment ta' artijiet agrikoli bejn l-aħwa, kemm waqt ħajjithom kif ukoll wara mewthom? jekk iva, x'tibdil hu mistenni li jseħħ, u meta hu mistenni li jibda japplika? Billi hemm numru sostanzjali ta' proprjetajiet tal-Gvern li qegħdin in solidum, u li allura dawk li jkunu qed jaħdmu l-istess raba', spiss isibu diffikultajiet biex jitrasferixxu din l-istess art, jista' jieħu passi neċessarji biex din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda tibdil previst fil-liġi f’dak li jirrigwarda t-trasferiment ta’ artijiet agrikoli. Nitlob lill-Onorevoli Membru biex jirreferi wkoll għall-possibilitajiet ta’ trasferiment ta’ art agrikoli taħt ċerti kriterji, li jinstabu fl-iskeda tal-Kapitlu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Billi fid-diskors tal-budget tal-Ministru tal-finanzi kien hemm diversi riferenza għall-iskemi tal-PPP, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru hux beħsiebu jerga' jdaħħal fis-seħħ xi skema ta' PPP għal dak li jikkonċerna bini ta' toroq ġodda, kemm dawk arterjali, kif ukoll dawk lokali? Jekk iva meta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li din l-iskema għad trid tiġi diskussa aktar fid-dettall.
San Pawl il-Baħar — xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kienx mitlub, permezz ta' xi organizzazzjoni li taqa taħtu biex jikkordina x-xogħol jew pjan ta' xogħol għall-futur, għal dak li jirrigwardja xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ f'San Pawl il-Baħar u dan għaliex skont risposta għall-mistoqsija parlamentari riċenti, l-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa wieġeb li għandu jkun hemm tibdil fis-sistema tad-drenaġġ ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva, x'tip ta' koordinazzjoni saret s'issa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta tikkoordina mal-entitajiet kollha meta jkun hemm toroq partikolari li jaqgħu taħt ir-responsbilta’ tagħha minħabba li jkunu ser jinbnew għall-ewwel darba. Għaldaqstant il-Mistoqsija għandha tiġi riferuta lill- Awtorita’ kkonċernata.
Billi riċentement kien rappurtat fil-media lokali li waqt xi konferenza dwar it-traffiku li seħħet Malta, kien hemm rakkomandazzjoni li tiddaħħal f'Malta xi forma ta' circulation tax, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawn ir-rakkomandazzjonjiet waslux għand il-Ministeru, jew għand Transport Malta? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dawn l-istess rakkomandazzjonijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li dawn ir-rakomandazzjonijiet sal-lum ma waslux l-uffiċċju tiegħi.
San Pawl il-Baħar — ħruġ ta' drenaġġ ħdejn l-Iskola Primarja
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12051, fejn l-Ministru wieġeb li dwar il-fawran ta' drenaġġ ħdejn l-Iskola Primajra ta' San Pawl il-Baħar, li meta jkun hemm tali fawran, jittieħdu l-passi neċessarji biex permezz ta' bowsers tiġi mbattla s-sistema tad-drenaġġ biex imbagħad isir ix-xogħol ta' manutenzjoni meħtieġ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba ntużaw il-bowsers għal dan il-għan kif ukoll kemm-il bowser intuża u meta? F'liema lokalitajiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li f’San Pawl il-Baħar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha tirrikorri għal użu ta’13-il bowser.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux mitlub li b'xi mod jipparteċipa fil-kontroll dwar l-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam (b'mod partikolari dak tat-tiġieġ) miċ-Ċina, għas-suq lokali? Kemm kien l-ammont ta' laħam u x'tip, li ġie aċċertat li daħal fis-suq Malti minn dan il-pajjiż? X'kontrolli partikulari qed iseħħu dwar dan il-laħam?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, fix-xogħol kongunt fil-BIP, huwa nvolut fil-monitoraġġ tal-importazzjoni tal-laħam. Tul din is-sena seħħet importazzjoni tal-laħam tat-tiġieġ miċ-Ċina f’għaxar okażżjonijiet. It-testijiet saru skont in-National Residue Control Plan u r-riżultati maħruġa sal-lum jirriżultaw sodisfaċenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri partikulari ttieħdu mill-Ministeru biex jiġi assigurat li l-aċċess għat-toroq fir-raba jiġi dejjem iktar imtejjeb? Liema kienu t-toroq li fil-fatt il-Ministeru rrakomanda li jiġu rranġati, taħt xi skema tal-Gvern, jew bil-għajnuna tal-Gvern? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu, u meta hu mistenni li fiżikament isir ix-xogħol li ġie rakkomandat li jsir?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma r-raħħala li għandhom it-talba tagħhom għas-sussidju fuq l-iżvilupp tal-farms tagħhom li għadha pendenti, għall-ħlas, minkejja li fil-fatt ix-xogħol rikjest diġà twettaq? Kemm hu l-ammont ta' flus li huma intitolati għalih dawn l-istess raħħala? Meta hu mistenni li dawn ir-raħħala jkunu jistgħu jingħataw il-flus approvati?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema sussidju fuq żvilupp tal-farms qed jagħmel referenza għalih.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm opri tal-baħar tas-sajjieda li fil-fatt ġew mneħħija mill-użu? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm ġiet tiswa l-operazzjoni biex dawn l-istess opri ma jibqgħux jintużaw mis-sajjieda? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li iktar bastimenti jitneħħew?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema perjodu qed jirreferi għalih.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema prodotti ġodda saru esperimenti fuqhom matul din is-sena, permezz ta' persuni li huma mpjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru? Kemm minn dawn il-prodotti huma ġodda għall-istudju, u kemm minnhom huma b'kontinwazzjoni ma dak li qed isir qabel?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba simili għall-mistoqsija li qed issir issa ingħatat fit-Tweġiba Nru. 10318. Sadanittant l-Onor. Interpellant mill-ġdid huwa mitlub jispeċifika kemm il-prodott kif ukoll is-settur li għalihom qed jagħmel riferenza.