Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #12877 Sitting 225 2015-01-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt f'San Pawl il-Baħar? Min qed iwettaq dan ix-xogħol u kemm hu stmat li se jiġi jiswa x-xogħol ta' restawr?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità Maltija ghat-Turiżmu qed timplimenta proġett ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja b’investiment ta’ €110,000. Dan il-proġett jikkonsisti f’xogħol ta’ restawr tal-faċċati tat-Torri ta’ Wignacourt, kif ukoll ir-restawr tal-‘beachpost’ ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. L-istess Awtorità ħarġet tender għax- xogħol li ntrebaħ f’Lulju ta’ l-2014 mill-Kumpanija AX Construction.
Leg 12 PQ #12878 Sitting 225 2015-01-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Restawr fil-Gżejjer ta' San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol ta' restawr hu mistenni li jsir fuq il-Gżejjer ta' San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar? Liema postjiet tal-gżejjer hu mistenni li jiġu restawrati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza ghar-risposta li ngħatat fis-seduta tad-13 ta’ Ottubru 2014 għall-mistoqsija parlamentari bin-numru W300 magħmula minnu stess

Park tas-Salina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kkonkludiex id-diskussjonijiet mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura biex il-Park tas-Salina jgħaddi taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima? Jekk iva, meta hu mistenni li dawn l-inħawi jgħaddu taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima?

Response (BRINCAT, LEO)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Park tas-Salina bħala park diġa jaqa’ taħt il-Ministeru tieġħi. Dan iżda jeskludi s-Salini tal-melħ.

Policy għal fish farms — proposti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru ressaqx xi proposti partikulari ġodda, għal dak li jikkonċerna l-policy tal-MEPA għal fish farms? Jekk iva, meta saru dawn ir-rakkomandazzjonijiet, u x'kienu? Jista' jqiegħed kopja ta' dawn il-proposti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, il-Ministeru ma ressaq l-ebda proposti jew rakkomandazzjonijiet ġodda li tikkonċerna l-policy tal-MEPA rigward il-fish farms.
Leg 12 PQ #12883 Sitting 225 2015-01-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA- Proċess ta' applikazzjonijiet — rapporti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-MEPA kellhiex rapporti ta' persuni mpjegati magħha, li iżda ma kienux involuti fi proċess ta' applikazzjonijiet parrtikolari, li fil-fatt marru għand applikanti li kellhom l-applikazzjoni tagħhom rifjutata, biex dawn l-uffiċjali jiddiskutu l-applikazzjoni, u dan bla mitluba mill-istess applikanti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-awtorita' ma għanda l-ebda rapporti ta’ uffiċjali tagħha li jmorru għand applikanti mingħajr ma kienu mitluba. Jekk l-Onor. interpellant għandu xi nformazzjoni, għandu jgħaddi din l-informazzjoni lill Onor Falzon jew il-Kap Eżekuttiv tal MEPA.
Leg 12 PQ #12870 Sitting 224 2014-12-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnuna l-bdiewa Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux xi skema partikolari biex biha jiġu mgħejjuna l-bdiewa għawdxin? Jekk iva, liema hi? Kemm qed tiswa din l-iskema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex għandu skema li permezz tagħha bdiewa Għawdxin jistgħu japplikaw għal rifużjoni tal-biljett tal-vapur meta jaqsmu lejn Malta bil-prodotti agrikoli. Jiena nfurmat li għat-12–il xahar li spiċċaw fil-31 ta’ Ottubru 2014 kien hemm talbiet għall-għajnuna li ammontaw għal €44163.20 li qed jiġu pproċessati.
Leg 12 PQ #12871 Sitting 224 2014-12-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Numru ta’ impjegati Għawdxin li jaħdmu f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li qed jaħdmu Malta minkejja li huma mpjegati mal-Gvern? Ma liema dipartimenti, awtorità jew korporazzjonijiet jaħdmu dawn il-ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #12872 Sitting 224 2014-12-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin li jistudjaw f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti Għawdxin li jistudjaw Malta? F'liema stituzzjonijiet edukattivi jattendu dawn l-istess studenti?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #12873 Sitting 224 2014-12-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – anzjani li għandhom il-home help

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ anzjani li għandhom il-home help f’Għawdex, raħal raħal ?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Iterpellant hija skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #12874 Sitting 224 2014-12-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Bdiewa Għawdxin – ġarr ta’ prodotti għall-pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ bdiewa Għawdxin li jġibu l-prodotti agrikoli tagħhom il-pitkalija f’Malta? X’tip ta’ għajnuna jingħataw dawn il-bdiewa għal dan il-ġarr ta’ prodotti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Novembru ta’ din is-sena kien hemm 238 bdiewa Għawdxin li ħadu prodotti agrikoli tagħhom fil-pitkalija f’Malta. Jiena nfurmat ukoll li bdiewa Għawdxin jistgħu japplikaw biex jingħataw rifużjoni tal-biljett tal-vapur meta jaqsmu bejn Malta bil-prodotti agrikoli.

San Pawl il-Baħar – skart akkumulat

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12644, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-11-l okkazzjoni bejn Jannar u Ottubru 2014 fejn inġbdet l-attenzjoni tal-kunsilli lokali dwar il-preżenza ta' skart akkumulat? Meta ġie rappurtat u meta tnaddaf dan l-istess skart?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li mhux f’pożizzjoni li nagħti informazzjoni meta tnaddaf il-materjal tal-iskart mill-Kunsill Lokali , iżda qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ meta saret l-ispezzjoni min- naħa ta’ ħaddiema tad-Direttorat li jikkonfermaw li x-xogħol sar.
Leg 12 PQ #362 Sitting 223 2014-12-16 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skola Primarja ta' San Pawl il-Baħar — popolazzjoni ta' tfal

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hi l-popolazzjoni tat-tfal li qed jattendu l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar preżentement? Kif inbidlet din l-istess popolazzjoni, mill-bidu ta' din is-sena skolastika? Kif inhu mistenni li tinbidel l-istess popolazzjoni tat-tfal li jattendu din l-iskola, sa l-aħħar ta' din is-sena skolastika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-xogħlijiet ta' kull tip, kemm servizzi, kif ukoll xogħlijiet fiżiċi, jew professjonali li bħalissa għaddejjin bhala parti mill-ħidma tal-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar? Liema minn dawn ix-xogħlijiet qed isiru permezz ta' tender u liema qed isiru permezz ta' direct orders, jew ta' kwotazzjonijet, jew permezz ta' impjegati mal-istess kunsilli, jew ta' ħaddiema assenjati mal-kunsilli rispettivi? F'kull każ meta nbeda x-xogħol u taħt liema kundizzjonijiet? Jista' jagħti tagħrif dwar liema mix-xogħlijiet/servizzi li għaddejjin bħalissa, qabel kienu jsiru permezz ta' kuntratt li għal xi raġuni twaqqaf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif provduta mill-Kunsilli Lokali rispettivi.

Bus lanes ġodda

Question

Jista' l-Onor Ministru jagħti tagħrif dwar kemm il-post saru bus lanes ġodda, matul l-aħħar sentejn? Fejn jinsabu u kemm ġew jiswew flus, ix-xogħlijiet involuti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn is-sentejn saru dawn il-bus lanes: · Triq Aldo Moro (Southbound) – Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ EUR 393,267, VAT inkluż, liema xogħol jinkludi li jinqalgħu l-bankini eżistenti, jitqiegħu l-pajpijiet u jsiru manholes għall-infrastruttura, jinbnew bankini ġodda, jinqala asfalt antik u issir kostruzzjoni tat-triq u jitqiegħed l-asfalt aħdar, issir iż-żebgħa ġdida u jsiru tabelli ġodda. · Sliema Ferries – Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ EUR 950,151.54, VAT inkluż, liema xogħol jinkludi li jinqalgħu l-bankini eżistenti, jitqiegħdu l-pajpijiet u jsiru manholes għall-infrastruttura, jinbnew bankini ġodda, jinqala asfalt antik u issir kostruzzjoni tat-triq u jitqiegħed l-asfalt aħdar, issir iż-żebgħa ġdida u jsiru tabelli ġodda. · Msida/Pieta’ – Il-valur tal- kuntratt huwa ta’ EUR 1,341,029.22, VAT inkluż, liema xogħol jinkludi li jinqalgħu l-bankini eżistenti, jitqiegħdu l-pajpijiet u jsiru manholes għall-infrastruttura, jinbnew bankini ġodda, jinqala asfalt antik u issir kostruzzjoni tat-triq u jitqiegħed l-asfalt aħdar, issir iż-żebgħa ġdida u jsiru tabelli ġodda, tiġi estiza parti mis-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita.

Imsida – xogħlijiet qrib il-każin Laburista

Question

Billi qrib il-każin Laburista ta' l-Imsida (biex wieħed jidentifika malajr il-post), saru xogħlijiet fit-triq, marbutin ma bidliet fit-traffiku, u billi jidher li kemm meta tkun miexi fid-direzzjoni tal-Belt, kif ukoll meta tkun sejjer mid-direzzjoni tal-Belt lejn l-Università, ma ġietx indirizzata l-problema ta' l-approach lejn il-lights, jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar x'kienet ir-raġuni li għaliha ma sarux il-bidliet neċessarji?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li fil-parti tat-triq li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant saru dawn it-tibdiliet: · Ġiet introdotta lane addizzjonali fil- junction tat- traffic lights li hija għall-użu esklużżiv tax-xarabanks tar-rotta. Din il-miżura hija neċessarja sabiex tingħata priorita’ lix-xarabanks tar-rotta w sabiex ittejjeb il-funzjoni ta’ dawn it- traffic lights fejn issa x-xarabank tidħol sew fil- lane tat- traffic lights mingħajr ma tostakola l-passaġġ ta’ vetturi oħra. · Il- Bus Stop li jinsab bejn k/m Rue D’Argens u k/m Triq A Vassalli ġie ddisinjat sabiex xarabank tkun tista tidħol sewwa fil- bus bay mingħajr ma tostakola l-passaġġ tal-vetturi sejrin lejn Rue d’Argens jew lejn il-Belt Valletta. Dan il- Bus Stop ukoll issa jista jieħu żewġ xarabanks f’daqqa. · Ġie pprovdut spazju apposta għal Un/Loading għall-ħwienet li jinsabu bejn k/m Rue D’Argens u k/m Triq A Vassalli sabiex ma jiġix ostakolat it-traffiku.

San Pawl il-Baħar – Triq is-Simar – petizzjoni mir-residenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, jew Transport Malta irċevewx xi petizzjoni minn residenti li joqogħdu fi Triq is-Simar, San pawl il-Baħar? Jekk iva, x'kienet din il-petizzjoni, u x'passi ħa dwarha l-Ministeru, permezz ta' Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hekk kif diġa’ ġie mwieġeb għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti, Transport Malta hija konxja ta’ l-istat ta’ din it-triq u r-responsabilta’ ta’ road formation hija f’idejn l-iżviluppaturi.
Leg 12 PQ #12867 Sitting 223 2014-12-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Intoduzzjoni ta’ taxxa fuq l-inbid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'diskussjonijiet kellu l-Ministeru mal-produtturi ta' l-inbid lokali qabel ma ntroduċa taxxa ta' 20 ċenteżmu l-litru fuq l-imbejjed? X'kienet ir-reazzjoni ta' dawn il-produtturi għal din it-taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern iżomm diskussjonijiet għaddejja mal-operaturi ekonomiċi ta’ kull settur ekonomiku, mill-Ministeru li taħtu jaqa’ dan is-settur. Dan japplika wkoll għall-produtturi tal-inbid lokali. Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Finanzi jara illi l-miżuri tad-dħul u nfiq li jitħabbru fil-baġit jirriflettu l-bżonnijiet fl-oqsma diversi, inkluż dak fiskali, u d-deċiżjonijiet dwarhom jittieħdu wara d-diskussjonijiet meħtieġa skont kif jinħass il-bżonn u b’ċertu prudenza biex ma jinħoloqx xi spekulazzjoni bla bżonn qabel il-baġit.
Leg 12 PQ #12868 Sitting 223 2014-12-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Bidliet fit-tassazzjoni ta’ Malta

Question

Billi fl-abbozz ta' liġi dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-baġit hemm numru kbir ta' bidliet li huma proposti fit-tassazzjoni ta' Malta, u billi bosta minn dawn il-bidliet m'hemmx referenza għalihom fid-diskors tal-baġit, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mit-taxxi msemmija fl-abbozz ta' liġi ma jidhru mkien fid-diskors tal-baġit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kull tibdil propost fit-tassazzjoni ssemma fid-diskors tal-baġit. Barra minn hekk, dan it-tibdil huwa rifless fid-dokumentazzjoni tal-baġit li tressqet quddiem il-Parlament.
Leg 12 PQ #12869 Sitting 223 2014-12-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Dħul ta’ naħal minn pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm kollaborazzjoni ikbar bejn id-Dwana u l-Ministeru ta' l-agrikoltura għal dak li jikkonċerna kontroll dwar id-dħul ta' naħal minn pajjiżi barranin, b'mod partikolari fid-dawl ta' theddida ġdida għal għasel Malti minħabba l-preżenza ta' insett qerriedi, li qed iħarbat in-naħat f'pajjiżi ġirien tagħna? Jekk iva, kif ser isseħħ din il-kollaborazzjoni? Min ser jieħu sehem fiha?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm m’huwiex possibbli għad-Dwana sabiex tikkontrolla b’mod assolut dak li jidħol f’Malta minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, saru arranġamenti speċifiċi sabiex fejn uffiċjali tad-Dwana jinnotaw xi dħul ta’ naħal f’pajjiżna u ma jkunx hemm preżenti uffiċjali tal-Agrikoltura, in-naħal jiġu miżmuma u immedjatament, ikun xi jkun il-ħin, jiġi kkuntatjat uffiċjal tal-Agrikoltura. Barra minn hekk id-Dwana ser tieħu azzjoni fuq kull informazzjoni li taslilha f’dan ir-rigward.
Leg 12 PQ #12830 Sitting 222 2014-12-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Selmun Palace Hotel — estensjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux minnu li l-lukanda Selmun Palace talbet lill-MEPA beix tagħmel estensjoni kbira tal-istess lukanda? Jekk iva, x’inuma l-proposti li saru u kif ġew meqjusa mill-MEPA dawn l-istess proposti? Jista’ jagħti tagħrif dwar x’kienet ir-reazzjoni tal-MEPA għal dawn il-proposti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninfurma lill-Onor Interpellant li kien hemm diskussjonijiet informali bejn l-Air Malta u l-MEPA rigward possibiltà ta' żvilupp tal-Lukanda Selmun. Sa dan it-tant ma waslet l-ebda applikazzjoni formali għand il-MEPA.