Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #12980 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — tfassil ta' policy dwar bejgħ ta' proprjetà agrikola

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tal-Artijiet hux qed ifassal policies ġodda għal dak li jirrigwarda l-bejgħ ta' proprjetà agrikola, biex b'hekk ikun possibli li din l-art tinxtara minn dawk li qegħdin jaħdmuha? Jekk iva, meta hu mistenni li tali policy tiġi mħabbra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda tfassil ta’ policy previst dwar bejgħ ta’ proprjetà agrikola.
Leg 12 PQ #12981 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proprjetajiet li għadha l-Air Malta u li hemm il-ħsieb li tbiegħ matul is-sena li ġejja? Meta hu mistenni li dawn il-proprjetajiet jitqiegħdu għal bejgħ? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istess Air Malta stabilietx xi prezz minimu li mistenni li ddaħħal minn dawn il-proprjetajiet qabel ma jinbiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proprjetajiet li għandha l-Air Malta u li hemm ħsieb li tbiegħ matul is-sena 2015 (permezz tal-kumpanija sussidjarja Selmun Palace Hotel Co. Ltd) jikkonsistu fil-Palazz ta’ Selmun u l-lukanda kontigwa miegħu. Il-proċess kompetittiv ħalli tingħata l-konċessjoni ser jibda fi żmien qasir u għad m’hemm l-ebda valuri stabbiliti.

rziezet tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' rziezet tal-majjal li huma reġistrati f'Malta u f'Għawdex? Kemm hu n-numru ta' rziezet, lokalità lokalità, f'Malta u f'Għawdex?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, bħalissa bejn Malta u Għawdex hemm 106 razzett tal-majjal li huma attivi, u 39 oħra li m’humiex attivi. Qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bin-numru ta’ rziezet lokalita` b’ lokalita`.

bini ta' biċċerija tal-fniek

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ġewx konklużi d-diskussjonijiet dwar il-binja ta' biċċerija tal-fniek? Jekk iva, fejn hu mistenni li tinbena, u minn min? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux ser ikun hemm għajnuna finanzjarja għall-bini ta' din il-biċċerija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li fil-futur mhux il-bogħod ser tinħareġ sejħa għall-offerti taħt l-Att Dwar it-Trasferiment tal-Artijiet sabiex il-biċċerija tal-Gvern li hemm biswit il-biċċerija fil-Marsa tkun tista’ tiġi żviluppata bħala biċċerija tal-fniek. Il-proċess ħa jkun wieħed kompetittiv u mhux ser ikun hemm għajnuna finanzjarja mill-Gvern. Min jirbaħ is-sejħa għall-offerti jkollu l-fakulta` kollha li japplika għall-fondi taħt skemi ta’ għajnuna skont kif jista’ jkun applikabbli u jekk iħoss li jkun eliġibbli.

Pjanti tat-triq tal-Coast Road — bidliet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema bidliet seħħew fil-pjanti tat-Triq tal-Coast Road, b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna d-daħla tat-Triq għar-residenti tas-Salina? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti, kemm dawk oriġinali, kif ukoll dawk li tbiddlu, u issa dawk li qed jiġu implimentati fuq il-post? X'wassal għal dawn il-bidliet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-pjanti tal- Coast Road mid-daħla ta’ San Pawl sad-daħla tal-Magħtab ġew approvati f’permess tal MEPA numru PA3758/09, pubblikat fit-22 ta’Diċembru 2012. Dan il-permess kien jinkludi it-twaqqiegħ tad-dħul u ħruġ tal-Hamlet tas-Salina u proposta minn Transport Malta għal aċċess alternattiv. It-triq proposta għad-dħul u ħruġ tas-Salina kienet inżammet bħala reserved matter skont kundizzjoni f’dan il-permess. Ix-xogħlijiet fuq Triq il-Kosta, b'mod partikolari fil-parti fejn twaqqgħu r-rampi ta' aċċess għar-residenzi tas-Salina, qed jimxu mal-pjanti tal-permess u matul il-proċess ta' skavar għall-pedamenti tat-triq u strutturi oħra, diġa’ nstabu u qed jibqgħu jinstabu fdalijiet arkeoloġiċi. Il-pjanti tal-permess, jista' jkun li jiġu rfinati u / jew emendati sabiex jieħdu in-konsiderazzjoni, b'mod speċjali, dawn il-fdalijiet. Min-naħa l-oħra, rigward it-triq ta' aċċess għar-residenti tas-Salina, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12720.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — periti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux impjegati miegħu periti li jagħmlu x-xogħol li jkun hemm bżonn mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru? Jekk le, min iwettaq ix-xogħol rikjesti mill-Ministeru? Kif intagħżlu l-periti li jwettqu tali xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.PQ 12965 table.xlsx

Fabbriki allokati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-fabbriki li ġew allokati matul l-aħħar 12-il xahar? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki u x'tip tal-prodotti hu mistenni li jimmanufatturaw? Kemm hu mistenni li jħaddmu persuni dawn il-fabbriki?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Mhux possibli li jingħad kemm hu mistenni li jħaddmu persuni dawn il-fabbriki.PQ12966 table.xlsx

Spots tal-internet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn jinsabu bħalissa l-ispots tal-internet b'xejn li għandna f'pajjiżna? Billi qed jingħadd li dawn l-ispots hu mistenni li jiżdiedu b'sitting fil-mija sal-2016, jista' jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jitqegħdu dawn l-ispots il-ġodda?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 191 free wifi hotspots madwar Malta u Għawdex. Lista kompluta ta’ dawn il-free wifi hotspots qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq nikkonferma wkoll illi hemm pjanijiet li jiżdied in-numru ta’ dawn il-Wifi Hotspots għall-300 sas-sena 2016. Il-lokazzjoni eżatta ta’ dawn il-wifi hotspots għadha qed tiġi diskussa.

MEPA – Policy dwar Parking

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12683, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess tat-tfassil tal-policy tal-parking min-naħa ta' Transport Malta? meta hu mistenni li din l-istess policy tkun finalizzata? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li l-policy tkun maħduma b'mod li lokalitajiet b'diffikultajiet ikbar minn oħrajn ikollhom il-problema tagħhom indirizzata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm ir-reviżjoni tal-polza għall-Parkeġġ fit-Toroq tfasslet, ġie deċiż li wieħed jistenna l-ewwel li t-trasport pubbliku jibda jopera kif ġie miftiehem mal-operatur il-ġdid. Fl-istess waqt, f’dan il-perjodu, se jkun hemm Inter-Ministerial Committee biex jevalwa dak kollu li jiġi affettwat, anke b’mod lokalizzat, speċjalment f’lokalitajiet li jiffaċċjaw diffikultajiet ikbar minn oħrajn.
Leg 12 PQ #12915 Sitting 230 2015-01-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Koordinazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u r-Reġistru tal-Artijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12685 u ċjoè: B’referenza għall-paġna 91 tad-diskors tal-baġit għas-sena 2015 intitolat ‘Dipartiment tal-Artijiet u r-Reġistru tal-Artijiet’, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li ssir il-koordinazzjoni neċessarja bejn dawn iż-żewġ entitajiet tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-mżura tikkonċerna inizjattiva li biha l-Gvern se jagħti ċans lill- pubbliku biex jordna pjanti onlajn mill-kumdita’ ta’ daru. Din il-miżura tikkonċerna lir-Reġistru tal-Artijiet primarjament u għaldaqstant se jkun ir-Reġistru Tal-Artijiet (taħt il-Ministeru tal-Intern) li qed imexxi dan il-proċess. Ovvjament, id-Dipartiment tal-Artijiet ser jagħti l-appoġġ tiegħu fejn u meta jkun meħtieġ.

farms tal-baqar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' baqar tal-ħalib li għandna reġistrati mad-dipartiment ikkonċernat, fi ħdan il-Ministeru? Fejn jinsabu l-farms li huma reġistrati bħala rziezet tal-baqar, lokalità lokalità?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ baqar tal-ħalib irreġistrati f’ Malta u Għawdex mad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji huwa ta’ 6,981. Qed inqiegħed Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bin-numru ta’ rziezet tal-baqar tal-ħalib lokalità b’ lokalità.

Dipartiment tal-Agrikoltura — bdiewa reġistrati bħala full timers

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bdiewa reġistrati bħala full time mad-dipartiment tal-Agrikoltura, lokalità lokalità? Kemm minn dawn, f'kull każ, huma nisa, u kif inhuma mifruxa lokalità, lokalità, dawn il-persuni li huma reġistrati bħala full timers?

Response (BRINCAT, LEO)

Peress li r-reġistrar tax-xogħol inkluż tal-full-time farmers, jinżamm mill-ETC, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

rilokazzjoni tal-irziezet tal-baqar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-program ta' xogħol marbut mar-rilokazzjoni tal-irziezet tal-baqar għall-inħawi tas-Siġġiewi? Meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol marbut ma' din ir-rilokazzjoni?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett ta’ rilokazzjoni tal-irziezet tal-baqar kien ilu jiġi diskuss mill-amministrazzjoni preċedenti sa mill-anqas fis-sena 2006 u kien lura fit-12 ta’ Diċembru 2006 li l-applikazzjoni ddaħħlet il-MEPA (PA/07823/06). Fit-8 ta’ Marzu 2013, ġurnata qabel l-elezzjoni ġenerali, id-Development Planning Application endorsja r-rapport tal-Case Officer u ġiet iffissata l-10 ta’ Lulju 2014 biex l-applikazzjoni tiġi diskussa mill-Bord tal-MEPA. Fl-10 ta’ Lulju 2014 il-Bord tal-MEPA approva l- Outline Development Permission u ppublikat id-deċiżjoni tagħha fis-7 t’Awwissu 2014. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-5 ta’ Settembru 2014 daħal Appell minn terzi (PAB/00155/14) u d-data għas-smiegħ tal-Appell ġiet iffissata għas-26 ta’ Frar 2015. Għaldaqstant, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq, jagħmel il-mistoqsija fi żmien propizju.

bennejja liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni, irġiel u nisa, separatament li ngħataw il-liċenzja ta' bennejja matul l-2013 u l-2014, xahar b'xahar? Minn fejn huma dawk li ngħataw il-liċenzja, lokalità lokalità, u kif inhuma maqsuma, f'age groups, dawk li ngħataw il-liċenzja ta' bennejja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ persuni li ngħataw il-liċenzja ta’ bennejja matul l-2013 u l-2014 hija hekk kif ġej: Xahar meta ngħatat Lokalita' Eta' il-liċenzja tal-Individwu Jannar 2013 Birżebbuġia 46 sena Frar 2013 Ħal Kirkop 44 sena San Ġwann 30 sena Marzu 2013 Ir-Rabat, Għawdex 30 sena San Ġwann 32 sena Ħad-Dingli 33 sena Jannar 2014 Is-Sannat, Għawdex 33 sena Il-Għargħur 36 sena Il-Mosta 38 sena Il-Munxar, Għawdex 29 sena Marzu 2014 Raħal Ġdid 41 sena Lulju 2014 Il-Mosta 27 sena Il-Qrendi 35 sena L-individwi kollha li ngħataw il-liċenzja kienu kollha ta’ sess maskili.
Leg 12 PQ #12908 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Garaxxijiet proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm garaxxijiet proprjetà tal-Gvern jew mibnija fuq art tal-Gvern li hu mistenni li jinħarġu għall-bejgħ? Kif inhuma mqassma skont il-lokalitajiet, lokalità b'lokalità, madwar Malta u Għawdex dawn il-garaxxijiet li se jinħarġu għall-bejgħ jew għal fidi ta' ċens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ garaxxijiet li ser jinħarġu għall-bejgħ permezz ta’ Skema li ser titħabbar fil-ġimgħat li ġejjien huwa ta’ madwar 2400. Dawn il-garaxxijiet jinsabu f’diversi Housing Estates madwar Malta u Għawdex u huma mibnija fuq art proprjetà tal-Gvern. Il-garaxxijiet li huma mikrija ser jinħarġu għall-bejgħ filwaqt li dawk iċ-ċenswalisti li ngħataw sit b’ċens temporanju għall-bini ta’ garaxx ser ikollhom l-opportunità li jifdu ċ-ċens.

Studenti li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti minn dawk li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC li qagħdu għall-eżamijiet ta' Settembru 2014? Kemm minn dawn l-istudenti għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant.

Studenti li ggradwaw mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' studenti li ggradwaw mill-Università ta' Malta din is-sena, skont il-kors li kienu fih? Minn liema lokalitajiet kienu dawk l-istudenti li ggradwaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Università — korsijiet li ma nfetħux

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-korsijiet li kien mistenni li jinfetħu fl-Università għas-sena skolastika 2014/2015 li fil-fatt ma nfetħux, minħabba li ma kienx hemm numru sodisfaċenti ta' applikanti li applikaw għal dawn l-istess korsijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-korsijiet li kienu mistennija jiftħu fl-Universita` fis-sena akkademika 2014/15 u li ma nfetħux minħabba li ma kienx hemm numru sodisfaċenti ta’ applikanti eliġibbli huma kif se nsemmi: Bachelor of Arts / Bachelor of Arts (Honours) - Gozo Campus Bachelor of Science (Honours) in Mediterranean Agro-ecosystems Management Certificate in Arabic for Business and Communication Certificate in Banking and Finance Certificate in Food Culture Diploma in European Studies Diploma in Gozo Studies Higher Diploma in Gerontology and Geriatrics Higher Diploma in Sustainable Land and Real Estate Management Master of Arts in Cultural Sustainability and Tourism Master of Science in Strategic Innovation and Future Creation Master in Probation Services Master of Arts in Hospitaller Studies (Gozo) Master of Arts in Islands and Small States Studies Master of Arts in Mediation Master of Science in Pharmacology or Clinical Pharmacology Master of Spatial Planning Postgraduate Diploma in Lifelong Career Guidance and Development Postgraduate Certificate in Geographic Information Systems Postgraduate Certificate in Restorative Justice Mediation
Leg 12 PQ #12912 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema ta’ Regolarizzazzjoni ta’ proprjetajiet fil-Qawra/San Pawl il-Baħar — Awtoritajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12686, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt l-iskema hijiex se tkun l-istess waħda tal-2012, li iżda qed tiġi estiża għall-proprejtajiet oħra bħal ħwienet, garaxxijiet u postijiet ta' villeġġjatura? Jekk l-isteka se tkun differenti, jista' jagħti tagħrif dwar meta se jiġu mħabbra d-dettalji tal-istess skema?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li kif digà ingħatat risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 12686, din l-Iskema ser tkun estensjoni tal-Iskema li kienet ħarġet fl-1 ta’ Diċembru 2012, fejn permezz tagħha inkwilini ta’djar li jinsabu fiż-żona magħrufa bħala Klawsura tal-Kortin f’Buġibba u San Pawl il-Baħar, setgħu jirregolarizzaw it-titlu tal-art u jixtru r-residenzi tagħhom. Kif tħabbar fid-diskors tal-Budget, din l-Iskema issa ser tkun miftuħa wkoll għal dawk is-sidien li għandhom villeġġjaturi, ħwienet, garaxxijiet u bini ieħor li jintuża għal kull tip ta’ attività oħra u li jinsabu f’din l-istess żona. Dawn is-sidien ser ikollhom ukoll l-opportunità li jirregolarizzaw it-titlu tagħhom fuq l-art permezz ta’ din l-Iskema. Sadanittant, dettalji dwar il-proprjetajiet ulterjuri apparti r-residenzi ordinarji qegħdin jiġu miġbura. L-Iskema kif emendata għandha tkun varata din is-sena hekk kif tħabbar fid-diskors tal-Budget.
Leg 12 PQ #12913 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Applikazzjonijiet Rifjutati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12684, billi fil-mistoqsija ma kenitx tistaqsi dwar meta l-applikanti jistgħu jitolbu li jiddiskutu l-każ tagħhom, iżda dwar jekk uffiċjali tal-MEPA jmorrux huma għand l-applikanti, ukoll wara li l-każ ikun inqata' fi stadju ta' appell, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-każijiet fejn il-MEPA hui infurmata li uffiċjali tagħha marru għand l-applikanti biex magħhom jiddiksku applikazzjonijiet li tkun diġà deċiża fl-istadji kollha tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Awtorita' ma għandha l-ebda rapporti ta’ uffiċjali tagħha li jmorru għand applikanti mingħajr ma kienu mitluba. Jekk l Onorevoli interpellant għandu xi nformazzjoni għandu jgħaddi din l-informazzjoni lill Onor Falzon jew lill- Kap Ezekutiv tal-Mepa.