Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #13002 Sitting 235 2015-02-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kunsilli Lokali – għajnuna għall-attivitajiet kulturali/soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-attivitajiet kulturali/soċjali, organizzati mill-kunsilli lokali Għawdxin matul l-2014 u li kellhom is-sapport finanzjarju tal-Ministru? F’kull każ, kemm kienet l-għajnuna li ngħataw dawn il-kunsilli lokali u meta ġew organizzati dawn l-istess attivitajiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumitat dwar is-Siġar — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba ltaqa’ l-kumitat dwar is-siġar li suppost twaqqaf fi ħdan il-Ministeru? X’kienu s-suġġerimenti li saru u liema minn dawn is-suġġerimenti ġew aċċettati? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm membri ta’ dan il-kumitat li rriżenjaw, u jekk iva x’kienet ir-raġuni għal dawn ir-riżenji? Minn min ġew sostitwiti l-membri?

Response (BRINCAT, LEO)

Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5313 tat-28 t’Ottubru 2013 li fiha hemm it-tagħrif mitlub, kif ukoll għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 4399 u 9090 fuq l-istess suġġett. Bħalma jiġri f’kull kumitat konsultattiv, is-suġġerimenti jiġu mgħarbla u kkunsidrati skont il-merti tagħhom. Tajjeb li nfakkar li sakemm isseħħ il-qasma tal-MEPA, il-Ministeru tal-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima m’għandu l-ebda funzjoni regolatorja fuq is-siġar.

Pitkalija — Bejgħ ta' rodotti mhux Maltin - spezzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12717, filwaqt li napprezza l-informazzjoni li ngħatat fir-risposta, billi l-allegazzjonijiet saru f'data partikolari (dawk li hemm referenza għalihom fil-mistoqsija), jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-jiem ta' qabel jew wara s-27 ta' Novembru filfatt sarux jew le spezzjonijiet? Jekk saru tali spezzjonijiet, x'irriżulta?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal-Mistoqsija Parlamentari numru 12997.

Żvilupp ta' farms — talbiet pendenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12723, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-iskemi kollha li r-raħħala tal-baqar u tal-majjal setgħu japplikaw għalihom minn mindu Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea fl-2004? F'kull każ, kemm kien hemm applikazzjonijiet li daħlu (ġew sottomessi) mir-raħħala u kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (BRINCAT, LEO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Karozzi tal-linja – tibdil fil-kulur

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hi mistennija li tkun l-ispiża biex il-karozzi tal-linja jiġu miżbugħa biex jitneħħew il-kuluri li preżentement għandhom dawn il-vetturi? Min qed iwettaq ix-xogħol, u kif intagħżel?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi fil-preżent, il-vetturi kollha qegħdin jiġu miżbugħa mill-kumpanija privata illi qegħda topera s-servizz tat-trasport pubbliku.

Karozzi tal-linja – tibdil fil-kulur

Question

Billi ġie rrappurtat li l-kuntratt jispeċifika li l-karozzi tal-linja jridu jiġu miżbugħa, jista’ l-Ministru jikkonferma dan u jqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Huwa mifhum li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-kuntratt li kien ġie iffirmat fit-2 ta’ Jannar 2014 bejn Arriva Malta Holdings Limited, Arriva Zuid Europa Holdings B.V u l-Malta Public Transport Sevices Limited. Għaldaqstant nirreferih għar-risposta li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru W162 u b’mod speċifiku għall-klawsola 7.4 tal-kuntratt illi kien ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra bħala parti minn din ir-risposta. Nikkonferma wkoll li l-logo/branding tal-kumpanija Arriva tneħħa kollu mill-karozzi tal-linja fiż-żmien stipulat skont dan l-istess kuntratt.

Benefiċċji Soċjali mwaqqfa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet matul l-2014 fejn persuni li jieħdu l-benefiċċju soċjali kellhom dawn il-benefiċċji mwaqqfa għaliex kienu siefru għal perjodu qasir?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika li turi kemm persuni kellhom il-benefiċċji mwaqqfa għaliex siefru għal perjodu qasir.

Bejgħ ta’ prodotti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’investigazzjoni għamel il-Ministeru dwar allegat bejgħ ta’ prodotti barranin bħala prodotti agrikoli Maltin mill-Pitkalija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif kien spjegat fid-dettal fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12717, spezzjonijiet mill-uffiċjali tas-sigurta` fid-dħul tal-Pitkalija jsiru fuq bażi regolari. Isiru ukoll spezzjonijiet ad hoc għand diversi pitkala biex ikun żgurat l-osservanza tar-regolament f’dan ir-rigward. Għar-rigward tal-allegazzjonijiet li saru fid-data msemmija, peress li dawn setgħu jikkostitwixxi frodi, ġiet immedjatament involuta l-pulizija. Barra dan ittieħdu diversi kampjuni tal-prodotti agrikoli mingħand il-Pitkal indikat. Dawn il-kampjuni ġew analizzati morfoloġikament minn espert indipendenti. Ġew ukoll analizzati d-dettalji tal-bdiewa kollha nvoluti u ġew imwettqa kontrolli amministrattivi u fuq il-post. Sal-lum ma rriżultax li kien hemm xi ksur tar-regolamenti li tista’ tittieħed azzjoni dwarhom.

Prodotti tat-tiġieġ — kwalità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li l-prodotti tat-tiġieġ li qed jiġu minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea qed ikunu tal-aqwa kwalità? Kemm saru spezzjonijiet u testijiet fuq dawn il-prodotti impurtati?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, kull importazzjoni ta’ prodotti tat-tiġieġ minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea jiġu spezzjonati u ttestjati skont l-obbligu legali li jaqa’ taħt dan il-Ministeru, permezz tan-National Residue Control Plan, li sal-lum irriżultaw negattivi.
Leg 12 PQ #12982 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi — Konċessjonijiet tal-MEPA

Question

Billi fil-media dehru rapporti li numru ta' lukandi hu mistenni li jagħmel użu mill-konċessjoni tal-MEPA li tippermetti żieda fin-numru ta' sulari li wieħed jista' jibni f'area partikolari, minħabba li l-proprjetà tkun użata bħala lukanda, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta l-istess lukandi talbu li jibbenefikaw minn din il-possibilità u meta l-istess talbiet intlaqgħu mill-MTA?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm applikazzjoni waħda (1) li kienet approvata f’Ottubru 2013 taħt l-ewwel policy li kienet ippublikata u sussegwentement kien hemm disgha (9) proposti li kienu approvati wara l-pubblikazzjoni tat-tieni policy. Dawn il-proposti daħlu bejn Settembru w Ottubru 2014 u kienu approvati mill-Awtorità Maltija ghat-Turiżmu fl-istess perjodu. F’dan l-istadju qed jkun jbassar li ser jkun hemm 18-il lukanda li ser jkabbru l-operat tagħhom. Dan l-investiment mistenni jlaħħaq mal-€100,000,000 fuq firxa ta’ erba’ snin, li tirriżulta f’żieda fl-ammont ta’ impiegi ta’ 0.4%. Dan ser jiġġenera tkabbir ekonomiku ta’ 0.3% tal-prodott gross domestiku.
Leg 12 PQ #12983 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ħlas ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' familji Maltin u Għawdxin li kienu qed jingħataw għajnuna għal dak li jikkonċerna l-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, minħabba li kellhom dħul baxx? Kif inhuma mqassma dawn l-istess familji skont il-lokalitajiet differenti, lokal b'lokal?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #12984 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Enemalta — arloġġi tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl li għandha l-Enemalta, f'Malta u Għawdex, rispettivament? Kif inhuma maqsuma dawn l-arloġġi, skont il-kategoriji differenti li għandha l-Enemalta, lokalità b'lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta għandha 289,341 (mitejn disgħa u tmenin elf, tlett mija, wieħed u erbgħin) arloġġ tad-dawl f’Malta u Għawdex. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #12985 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — servizzi tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' servizzi tal-ilma li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, lokalità b'lokalità, maqsuma skont il-kategoriji ta' servizzi li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 60,459 (sittin elf, erba’ mija, disgħa u ħamsin) servizz residenzjali, 164,020 (mija, erbgħa u sittin elf, u għoxrin) servizz domestiku u 34,854 (erbgħa u tletin elf, tminn mija, erbgħa u ħamsin) servizz mhux residenzjali. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #12986 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Enemalta — bdiewa - arloġġi tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl li għandha l-Enemalta, li huma stallati fuq faċilitajiet tal-bdiewa, bħal spieri, kmamar fl-għelieqi u serer, lokalità b'lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub ma jistax jinġabar peress li l-indirizz tas-sit fejn il-klijenti jkollhom il-provvista tal-elettriku mhux dejjem jindika n-natura jew l-użu tal-propjeta’.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – Agreements dwar xogħlijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12713, jista' l-Ministru jwieġeb u jgħid b’referenza għall-intervent tal-Ministru fid-dibattitu tal-Baġit, fejn intqal li l-Ministru għamel 30 agreement ma’ kuntratturi għal xogħol li jista’ jkun hemm mill-Ministeru, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-agreements u jgħid ukoll x’tip ta’ xogħol hu mistenni li jsir minn dawn il-kuntratturi? Jista' wkoll jagħti tagħrif dwar liema kienu x-xogħlijiet li saru bħala parti minn dawn l-agreements? Fejn sar ix-xogħol li hemm referenza għalih fir-risposta, u f'kull każ kemm kien il-ħlas, u min kienu l-kuntratturi li għamlu dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-framework agreement ghadhom kif gew approvati u se jibdew jigu ffirmati.

LSA — skejjel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru totali ta' LSAs li għandu l-Ministeru? Kif inhuma mqassma dawn l-LSA skont l-iskejjel li qed jaħdmu fihom? Kemm hu n-numru ta' LSA li qegħdin jaħdmu fi skejjel tal-Knisja jew privat li iżda huma mħallsa mill-Gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, kif ġej:- Tabella 'A' - Numru totali ta' LSAs li għandu l-Ministeru u kif inhuma mqassma Tabella 'B' - Numru ta' LSAs li jinsabu fi skejjel non-statali. L-informazzjoni hi maqsuma fi Skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti.

Ħal Lija — xogħlijiet fuq triq

Question

Billi fl-inħawi fejn qed isir ix-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ f'Ħal Lija, u b'mod partikulari fit-triq alternattiva li qed tintuża bħalissa matul it-triq prinċipali, it-triq li qed tintuża qatt ma kienet maħsuba għall-vetturi kbar, bil-konsegwenza li l-istess triq sfrundat f'diversi partijeit tagħha, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessaarji biex din il-parti tat-triq li minnha għaddej it-traffiku preżentement, tiġi mogħtija wiċċ ġdid billi qed tkun sors ta' ħsarat lil bosta vetturi li jgħaddu minnha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la darba x-xogħol li qed isir f'parti minn Triq in-Naxxar , Lija / Iklin mill-WSC u dak li qed isir b'relazzjoni man-National Flood Releif Project (NFRP) jitlesta, Transport Malta ser tkun qiegħda tagħmel resurfacing ta’ din il-parti tat-triq. Xogħlijiet oħra jsiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Leg 12 PQ #12970 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Skema ta' xiri tal-ewwel proprjetà

Question

B'referenza għall-iskema ta' xiri tal-ewwel proprjetà, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-iskema tippermetti li tkun applikata ukoll għal dawk li għalkemm għandhom proprjetà din il-proprejtà mhi xejn ħlief qabar jew one car garage?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemmx ħsieb għal tibdil ta din l-iskema.
Leg 12 PQ #12979 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fortizza Campbell — pjanijiet dwar ix-xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġu ffinalizzati l-pjanijiet dwar ix-xogħol li għandu jsir fuq il-Fortizza Campbell, limiti tal-Mellieħa? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm l-involviment tal-Kunsill Lokali biex dawn l-inħawi jiġu żviluppati, inkella le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12679.