Jista' l-Ministru jikkonferma li l-fergħa tal-APS Bank fil-Pitkalija se tagħlaq? Jekk iva, x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandi mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, l-Bank APS għandu uffiċċju li permezz tiegħu jamministra d-debituri u l-kredituri tal-Pitkalija skont kuntratt li kien hemm bejn dan il-Bank u l-Gvern. Dan il-kuntratt skada f’Diċembru 2012. L-APS Bank kien ilu żmien li informa l-Gvern preċedenti li ma kienx bi ħsiebu jerġa jġedded il-kuntratt, iżda aċċetta li jġeddu għall-sena waħda biss sa Diċembru 2013. Wara din id-data l-amministrazzjoni preżenti flimkien ma l-APS qablu li jġeddu dan il-kuntratt sakemm id-Direttorat tal-Agrikoltura jsib soluzzjoni sabiex il-bdiewa jkunu assigurati li ser jitħallsu fil-ħin, l-ammont kollu dovut lilhom. Is-soluzzjoni ġiet identifikata, kif ukoll maqbula flimkien mal-APS, u ser tkun implimentata fil-futur qrib biex b’hekk ikun assigurat li l-bidwi jibqa’ jitħallas dak dovut lilu. Permezz ta’ din is-sistema l-ġdida ser jintuża jew s-servizz tal-internet banking jew, jekk mixtieq, depositu go xi fergħa tal-APS f’Malta u wara l-APS iħallas l-ammont dovut lill-bidwi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandiex xi kriterji parikolari li permezz tagħhom tapprova jew le t-tqegħid ta' traffic calming measures, fosthom sleeping policemen? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-kriterji kif applikati minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li Transport Malta għandha gwida dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri biex titnaqqas il-veloċita tas-sewqan. Transport Malta tapplika dawn il-kriterji skont standards Ewropej.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta wettqitx xi spezzjoni fi triq prinċipali li mix-Xemxija tagħti għal Għajn Tuffieħa, fl-inħawi magħrufa bħala Għaj Stas/Ta Rkuplu, biex jitwaħħal bus stop fl-istess post, ħalli jiġi assigurat li l-persuni li jużaw tal-linja, jkollhom fejn jieqfu, biex jaslu fid-djar tagħhom? Jekk iva, meta saret l-ispezzjoni u x'deċiżjoni ħadet l-istess Transport Malta dwar dan il-bus stop li hu tant meħtieġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien ninsab infurmat li fil-ġranet li ġejjin Transport Malta ser tkun qegħda twettaq spezzjoni fl-inħawi magħrufa bħala Għaj Stas/Ta Rkuplu sabiex tiġi investigata l-possibilita’ li jiġi imwaħħal bus stop f’din l-akwata.
San Pawl il-Baħar — reserved parking u loading/unloading - sinjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-ispazji reserved, loading/unloading, reserved for disabled persons, jew reserved oħra li ġew, approvati minn Transport Malta matul x-xhur Settembru 2014 sa Frar 2015, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Min jassigura li dawn ir-reserved, jiġu mpinġija fl-art wara li jkunu ġew approvati? Min jagħmel dawn is-sinjali wara li jkunu ġew approvati l-ewwel darba? Fejn ġew approvati (f'liema toroq)? Fl-istess perjodu kemm kien hemm minn dawn is-sinjali li tneħħew?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li l-ispazji reserved, loading/unloading, reserved for disabled persons, jew reserved oħra li ġew, approvati minn Transport Malta matul x-xhur Settembru 2014 sa Frar 2015, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, ġew approvati kif ġej:
Reserved Parking for Disabled
Street Name
Date of Approval
Removed
St George Street
18/09/2014
Triq iz-Zernieq
18/09/2014
Triq Alka
19/09/2014
Qawra Road
19/09/2014
Wesgha M D Zarb
23/10/2014
Triq il-Lampuki
28/10/2014
05/02/2015
Triq Sir Luigi Preziosi
23/01/2015
Un/loading Bays in St Paul's Bay
Date of Approval
Un/loading Bays
In the vicinity of
Street Name
11/06/2014
Un/loading Bay
Timed & Communal for the shifting of existing un/loading bay in the vicinity of Chef Choice
Triq il-Mosta
16/12/2014
Un/loading Bay
Timed & Communal
Triq ic-Caghaq
Transport Malta tassigura li dawn il-parkeġġi riżervati għall-persuni b’diżabbilta’ jiġu miżbugħa fl-art wara li jkunu ġew approvati.
Transport Malta wkoll timplimenta dawn il-parkeġġi riżervati għall-persuni b’diżabbilta’ għall-ewwel darba meta dawn jiġu approvati.
Fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant tneħħiet kaxxa waħda ta’ parkeġġ riżervat għall-persuni b’diżabbilta’.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' anzjani li qed jistennew li jingħataw xi forma ta' homehelp f'San Pawl il-Baħar? Kemm hu bħalissa n-numru ta' anzjani li qed jingħataw dan is-servizz fl-istess lokalità? Kemm hemm persuni li qed jagħtu dan is-servizz? F'każ ta' residenti mhux Maltin, li iżda ilhom jgħixu Malta għal snin twal, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' għajnuna li tingħata lil dawk li jkollhom bżonnha? Jekk iva, kif iridu japplikaw għal din l-għajnuna l-persuni li jistgħu jirċievu din l-istess għajnuna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' anzjani li qed jistennew li jingħataw xi forma ta' homehelp f'San Pawl il-Baħar huwa kif spjegat hawn:
Kazijiet biex jiġu kkunsidrati mill-Bord tal-Allokazzjoni tas-Servizz:
San Pawl il-Baħar 3
Qawra 1
Wardija 1
TOTAL 5
Kazijiet li għad irid isir assessment tas-social worker:
San Pawl il-Baħar 2
Wardija 1
TOTAL 3
In-numru t'anzjani li qed jingħataw dan is-servizz fl-istess lokalitajiet huwa kif spjegat hawn taħt:
San Pawl il-Baħar 38
Qawra 16
Bugibba 35
Wardija 2
TOTAL 91
Hemm 13-il persuna li qed jagħtu dan is-servizz f’dawn il-lokalitajiet.
Persuni barranin residenti Malta u għandhom ID card jistgħu japplikaw għal dan is-servizz bħal kull ċittadin Malti.
Dawk interessati jistgħu imorru fil-Kunisill Lokali tal-lokal u jiġbru applikazzjoni għas-servizz jew jagħmlu kuntatt maċ-Ċentru Servizz Anzjan, Valletta fuq tel-22788800 jew ma’ l-Uffiċċju tas-Servizz Għajnuna fid-Dar (Home Help Service) fuq in-numri 22788435/6/7 u jingħataw kull informazzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarx, jew jekk hux se jsir xi xogħol ta' tarmak fil-Wardija? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt kienx hemm xi bidla mill-post oriġinali li fih kellu jsir ix-xogħol għaliex jidher, min-numru ta' complaints li rċevejt mir-residenti, li se jsir xogħol li mhux skont kif miftiehem u maqbul fl-istess kunsill lokali? Jekk dan hu l-każ, jista' jagħti tagħrif dwar min biddel id-deċiżjoni tal-kunsill u x'kienet ir-raġuni għal dan it-tibdil?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi ser isir xogħol ta’ tarmak fi Triq Busewdien, u ma kienx hemm bidla mill-post oriġinali. Minħabba l-ħsarat f’din it-triq konsegwenza tal-maltemp, il-Kunsill iddeċieda li jibda ix-xogħol minn-naħa ta’ Ras il-Wied lejn il-Wardija, li hija l-aktar parti li joqgħodu fiha residenti. Intant, ninsab infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-istess Kunsill Lokali għad irid jiddiskuti jekk hux ser isir xi xogħol li hu differenti minn kif oriġianrjament miftiehem.
San Pawl il-Baħar — Triq San Ġużepp - tneħħija ta' tabella
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14549, billi hemm tabella waħda li taqa' taħt id-deskrizzjoni li hemm fl-istess domanda, għaliex hemm biss kantuniera waħda li taqa' taħt l-informazzjoni li tajt fil-mistoqsija oriġinali, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex din l-istess tabella li m'għandha l-ebda funzjoni fil-post fejn qiegħdha tinqala'?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li fi Triq San Ġużepp, kantuniera ma’ Triq San Publiju hemm tabella tan-NO ENTRY. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa mitlub li jgħid eżatt dwar liema tabella qed jistaqsi sabiex inkunu f’pożizzjoni li nieħu l-azzjoni meħtiega.
San Pawl il-Baħar — Triq ix-Xagħra tal-Bandieri - asfaltar
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14548, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk twaqqfux l-oġġezzjonijiet legali li kien hemm min xi nies li kienu qed jitolbu li x-xogħol f'din it-triq ma jsirx?Jekk twaqqfu l-oġġezzjonijiet, billi Transport Malta kienet waslet biex tibda x-xogħol fuq il-post, jista' jassigura li l-istess triq tiġi mogħtija t-tarmak? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx servizzi li għad iridu jsiru f'din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellantlli, hekk kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14548 , l-asfaltar ta’ din it-triq huwa responsabilità ta’ Transport Malta u għaldaqstant Transport Malta tagħmel dawk ix-xogħolijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha. Fir-rigward tas-servizzi, Transport Malta għamlet il-ko-ordinazzjoni neċessarja mal-entitajiet qabel jinħareġ it-tender.
Ċertifikati dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija fil-bini
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jiġi organizzat il-kors għal dawk il-persuni li jkunu jistgħu jiġu awtorizzati biex joħoġru ċ-ċertifikati dwar l-effiċjenza tal-enerġija fil-bini? Meta hu mistenni li toħroġ is-sejħa għal dawk li huma interessati li jagħmlu dan l-istess kors?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħarġet sejħa mill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini biex dawk interessati jagħmlu l-kors ta’ Assessuri għan-non-dwellings. Ir-reġistrar ta’ dawk interessati għalaq fit-23 ta’ Frar 2015 u l-applikanti issa jiġu nfurmati gradatament dwar meta jkun imisshom jattendu għall-lectures relattivi.
B'referenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari dwar il-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel, billi donnu l-bejgħ se jinkludi wkoll il-bejgħ tal-Palazz ta' Selmun innifsu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan hux il-każ? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm xi kundizzjonijiet partikolari dwar l-użu ta' dan l-istess palazz?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konċessjoni ta’ Selmun ser tinkludi l-Palazz ta’ Selmun li hu ġja’ inkluż fil-konċessjoni ta’ ċens oriġinali datata 16 ta’ Settembru 1976. Dan kollu ser isir dejjem b'rispett lejn ir-regoli tal-ippjanar, kif ukoll lejn dak li hu ta’ valur storiku, bħall-istess Palazz innifsu.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk wara risposti għall-mistoqisja parlamentari preċedenti dwar spezzjonijiet fil-Fortizza Campbell f'Selmun, filfatt sarux spezzjonijiet fuq il post? Jekk iva, x'kienu r-riżultati? Jekk għadhom ma sarux spezzjonijiet, meta hu mistenni li jsiru l-ispezzjonijiet meħtieġa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ma wettaq l-ebda spezzjoni fil-Fortizza Campbell. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern mhuwiex attrezzat biex jagħmel studju u evalwazzjoni kompleta tal-ħsarat estensivi li hemm f’din il-Fortizza.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skejjel mistennija li jibdew jinbnew matul l-2015? Fejn jinsabu dawn l-istess skejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel li hu mistenni li jibdew jinbnew matul l-2015 huma l-iskola sekondarja f'Ħal Kirkop (Karwija) u l-iskola sekondarja fir-Rabat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul is-sajf li ġej hux mistenni li jkun hemm pulizija on patrol fl-inħawi taż-żoni turistiċi bħal San Pawl il-Baħar, San Ġiljan u Marsaxlokk?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħal ma sar fis-snin ta’ qabel, anke’ matul ix-xhur tas-sajf li ġej, il-Pulizija ser issaħħaħ il-preżenza tagħha f’lokalitajiet turistiċi u ta’ villeġġatura.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jinfetħu għasses ġodda f'Malta matul din is-sena? Fejn hu mistenni li jiġri dan? Meta hu mistenni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena ix-xogħol fil-qasam tal-Għases ser jibqa wieħed kontinwu. Aktar informazzjoni tingħata fiż-żmien opportun.
MEPA — applikazzjonijiet pendenti mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li saru mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett, u li għadhom pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li fis-sena skolastika li jmiss, fl-Università hux mistenni li jkun hemm korsijiet ġodda? Jekk iva, liema hu mistenni li jkunu dawn il-korsijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għas-sena akkademika li jmiss 2015/16, l-Università bi ħsieba toffri għadd ta’ korsijiet ġodda.
Fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jidhru seba’ korsijiet ġodda li diġà ġew approvati u li l-applikazzjonijiet għalihom huma miftuħa, kif ukoll għadd ta’ korsijiet oħra li qed jiġu żviluppati u kkunsidrati mill-Università bil-ħsieb li jkunu offruti wkoll f’Ottubru li ġej.
San Pawl il-Baħar — sottomissjonijiet tal-applikazzjoni għal bini ta' skola ġdida
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm sottomissjonijiet formali tal-applikazzjoni għal bini ta' skola ġdida fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Jekk saret, meta saret u jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li ġiet sottomessa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ma għamlitx sottomissjonijiet formali tal-applikazzjoni għal bini ta' skola ġdida fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta' restawr li għandu jsir fuq il-Gżejjer ta' San Pawl? Kemm hu mistenni li jiswa dan ir-restawr u minn min se jsir?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onoveroli Interpellant illi l-ispejjeż ta’ dan ir-restawr ser jiġu ffinanzjati minn Din l-Art Ħelwa - organizzazzjoni non Governattiva. Madanakollu, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ser tipprovdi assistenza finanzjarja ta’ €19,000 sabiex tiġi restawrata l-istatwa ta’ San Pawl li tinsab fuq dawn il-gżejjer.