Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu l-bidliet proposti għall-inħawi tas-Selmun Palace Hotel? Min ressaq dawn il-proposti għall-bidliet fil-mod kif dawn l-inħawi jistgħu jiġu żviluppati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il applikazzjoni għall-yacht marina hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Liema huma, u fejn hu propost li jiġu żviluppati dawn l-istess marinas? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar daħlitx f'diskussjonijiet biex tiġi żviluppata Marina f'San Pawl il-Baħar? Jekk iva, ma min?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15834, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiemha seba’ applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ yacht marinas, li anness hawn il-lista taghhom. L-Awtorità ta Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal Marina f'San Pawl il-Baħar.
TRK / PA No.
Location
Local Council
Proposal
146856
Mgarr Yatch Marina, Triq Martino Garces, Ghajnsielem, Gozo
Għajnsielem
Proposed yacht berths and floating pontoon
146857
Mgarr Yatch Marina, Triq Martino Garces, Ghajnsielem, Gozo
Għajnsielem
Proposed organised boat mooring
PA/03254/03
Marsamxetto Harbour/Lazzaretto Creek, Manoel Island, Manoel Island
National Territory
Construction of breakwater to enclose marina.
PA/08201/06
No. 1, Dock Area, Misrah Gavino Gulia, Cospicua (Bormla)
Cospicua (Bormla)
Outline application for the rehabilitation & redevelopment of the dock area bormla, to include residential & mixed use facilities, landscaping, restoration of existing buildings & yacht berthing facilities.
PA/04637/07
South Shore, Ix-Xatt Ta' Tigne', Sliema
Sliema
Installations of pontoons for yachts
PA/00118/09
Marsascala Bay ( various streets), Marsascala Bay, Marsascala
Marsascala
Proposed redevelopment of ex-National Waterpolo pitch into a mixed use development including sports and recreational facilities, residential, tourist accomodation and commercial spaces; and redevelopment of an all-weather yacht marina including reorganisation of mooring, construction of breakwater, placing of pontoons and upgrading of quays and ancillary facilities.
PA/01010/15
Marsamxett Harbour, Triq Sa Maison, Floriana, Triq Marina, Triq Zammit Clapp, Pieta, Malta
Floriana
Sa Maison Marina at Marsamxett Harbour in lieu of existing Ro-Ro berth. Installation of (a) new marina with landside improvements at Sa Maison and (b) new jetty, revetment system and electrical supply trench extension at Pieta, including sub-station.
San Pawl il-Baħar — żvilupp dwar bini ta' skola primarja
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupppi ġodda għal dak li jirrigwarda l-bini ta' skola primarja ġdida f'San Pawl il-Baħar? Jekk iva, x'kiienu dawn l-istess żviluppi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f'dan l-istadju l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qegħda tħejji l-pjanti neċessarji biex b'hekk tkun tista' tissottometti l-applikazzjoni l-MEPA għall-bini ta' skola ġdida fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew quddiem il-bord tal-appell tal-istess Awtorità għal dak li jikkonċerna bini ta' kmamar tan-nar? Jekk iva, liema huma l-applikazzjonijiet pendenti? Liema kienu l-aħħar applikazzjonijiet li ġew approvati għall-bini ta' kmamar tan-nar ġodda matul l-aħħar sentejn? Fejn jinstabu l-istess kmamar tan-nar li ġew approvati?
San Pawl il-Baħar — applikazzjonijiet pendenti mal-iżvilupp tas-salini tal-melħ
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti marbutin mal-iżvilupp tas-salini tal-melħ, fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar/in-Naxxar? Jekk hemm, x'inhuma l-applikazzjonijiet li huma hekk pendenti? X'qed iżomm milli dawn l-istess applikazzjonijiet jiġu deċiżi?
Billi jidher li Transport Malta stallat bus shelter ħdejn il-grawnd tal-futbol tas-Sirens FC fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan ix-shelter jitwaħħal mal-ħajt tal-istess grawnd, minflok ma jitħalla distanza żgħira ’l barra, u b’hekk tiġi evitata l-possibilità li persuni jistaħbew wara dan ix-shelter?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bus shelters, dejjem sakemm ikun possibli, jitwaħħlu b’tali mod li jippermettu li dawn jiġu mnaddfa u għaldaqstant, din hija r-raġuni għalfejn jitħalla ċertu distanza fuq in-naħa ta’ wara tal-bus shelters u l-istrutturi li jkun hemm warajhom.
San Pawl il-Baħar — tiswijiet fil-pitch tal-water polo
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupp għal dak li jikkonċerna l-ħsarat li saru bil-maltemp ta' xi xhur ilu fuq il-pitch tal-waterpolo, tas-Sirens ASC f'San Pawl il-Baħar? Jekk għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar l-għajnuna li jista' jingħata dan il-klabb biex isewwi l-istess ħsarat li ġraw, peress li issa s-sajf dalwaqt magħna, jista' jieħu l-passi neċessarji biex tali deċiżjoni tittieħed kemm jista' jkun malajr?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Sirens ASC għamlu talba formali għal fondi mill-Fond għal Kawżi Ġusti fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, liema talba ser tkun evalwata u tittieħed deċiżjoni sa nofs Mejju.
San Pawl il-Baħar — xogħlijiet fuq il-berġa tad-Dipartiment tas-Saħħa
Question
Billi l-Berġa tad-Dipartiment tas-Saħħa fi Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar ilha magħluqa għal numru kbir ta' ġimgħat, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol sar s'issa fl-istess berġa, billi suppost, skont nota li hemm imwaħħla mal-istess bieb, kellu jkun qed isir xogħol fuq il-post qabel ma jerġa' jibda jintuża? Meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li hu meħtieġ isir fl-istess post? Min qed iwettaq ix-xogħol meħtieġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment Tas-Sahha fil-Kura Primarja kien fi stadju ta’ tahdidiet mall-kunsill lokali ta’ qabel l-ahhar elezjonijiet ta’ April 2015.
Issa, li nbidel il-kunsill, se jitkomplew it-taħdidiet. Sadanittant is-servizz sejjer jibqa' jingħata komplut minn post ieħor ipprovdut mill-kunsill lokali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-xogħlijiet li qed iwettaq il-Ministeru, permezz tal-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta jew permezz ta' xi entità oħra li taqa' taħt l-istess Ministeru, fl-inħawi li jaqgħu taħt il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jinbeda xi xogħol ġdid mill-istess Ministeru fl-istess inħawi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għadha kif inawgurat ix-xogħol ta’ restawr fuq it-Torri Wignacout kif ukoll fuq il-‘WW11 beachpost’ ġewwa San Pawl il-Baħar, liema proġett kien ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja b’investiment ta’ €110,000.
Flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, l-istess Awtorità kienet qed taħdem mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex jittejjeb il-prodott turistiku ta’ din iż-żona. M’għandix dubju li l-Kunsill Lokali l-ġdid ta’ San Pawl il-Baħar iżomm din l-istess sinerġija sabiex iż-żona tibqa’ tibbenefika mill-ġid ekonomiku li qed joħloq dan il-Gvern.
Dan jinkludu diversi proġetti fosthom tibdil ta’ bankijiet fil-
promenade
ta’ San Pawl il-Baħar u ftuħ ta’
Tourist Information Office.
B’investiment ta’ €150,000 mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser isiru estensjoni u tisbiħ tal-
promenade,
tisbiħ tal-
belvedere
ġewwa San Publiju, passaġġ li qiegħed viċin il-Menqa ta’ San Pawl il-Baħar u l-
belvedere
ta’ Triq il-Luzzu. Il-proġetti msemmija qed jiġu implementati mill-Kunsill Lokali.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, flimkien mal-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi
wittew programm ta’ manutenzjoni li jikkonsisti
fi
blasting, galvanising,
żebgħa u tiswija fuq
railings
u arbli
tad-dawl dekorattiv tul il-
promenade
kollu mix-Xemxija sal-Qawra.
San Pawl il-Baħar/Naxxar — proġett ta' restawr fl-inħawi tas-Salini
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol għad fadal isir minn dak li hu l-proġett ta' restawr tal-inħawi tas-Salini, fil-limit ta' San Pawl il-Baħar/Naxxar? X'qed iżomm milli x-xogħol kollu li kellu jkun lest xhur ilu jitlesta? Jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol kollu f'dawn l-inħawi?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellent għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15436, ninfurmaħ li x-xogħlijiet fil-proġett ta’ restawr tal-inħawi tas-Salina, fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar/ Naxxar mistennija li jkunu lesti sa’ tmiem l-2015. Dan ix-xogħol jikkonsisti fir-restawr tal-burmielaħ u x-xagħri, it-tlestija tat-triq interna fis-Salini u bini ta’ pont ġdid tal-ħadid fl-entratura tas-sit.
Barra minn hekk ikun jonqos li jitlesta r-restawr kollu tas-Sukkurs.
Barra dan kollu ta’ min wieħed isemmi li bħalissa għaddej xogħol tat-tindif tas-Sukkurs mill-kwantità kbira ta’ alka li daħlet wara l-maltemp li laqat l-inħawi riċentament.
Billi issa parti sostanzjali tax-xogħol marbut mat-Triq tal-Kosta, minn Sant'Andru għall-Buġibba hu lest, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti kollha, differenti li għaddew għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġu approvati? Liema partijiet tal-istess pjanti għad iridu jiġu approvati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti kollha huma pubbliċi. L-applikazzjonijiet pendenti huma biss inkwantu dettalji ta’ irfinar .
San Pawl il-Baħar – skola primarja – cubicles fil-klassijiet
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitneħħew mill-klassijiet fejn saret il-votazzjoni fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar, il-cubicles li ntużaw għall-votazzjonijijet, għaliex dawn il-cubicles għadhom fil-klassijiet u qed inaqqsu l-ispazju fl-istess klassijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kien hemm skeda ta’ meta l-cubicles li ntużaw għall-votazzjonijiet kellhom jitneħħew mill-iskejjel mill-Kummissjoni Elettorali. Dawk fl-iskola ta’ San Pawl il-Baħar tneħħew nhar il-Ħamis, 16 t’April 2015 kif kien skedat.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawk il-ġenituri li m’għandhomx kompjuter jew li ma jafux jużaw il-kompjuter, ikollhom iċ-ċans li japplikaw għas-summer school ta’ uliedhom fuq formoli apposta li ma jimtlewx bl-użu tal-kompjuter? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex il-ġenituri jkunu informati b’din il-possibilità, għaliex kien hemm ġenituri li lmentaw li ma jridux itellfu s-summer school lil uliedhom iżda ma jistgħux japplikaw għall-istess summer school peress li ma jafux jużaw jew ma għandhomx kompjuter?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn nhar il-Ġimgħa 10 ta’ April, 2015 u matul il-ġimgħa ta’ wara, tqassmu ċirkolari u applikazzjoni lill-istudenti kollha sabiex jiġi spjegat kif u fejn wieħed jista’ japplika għal Skolasajf 2015. Minn din is-sena l-familji jistgħu japplikaw sew online jew b’mod manwali, billi jirrikorru fl-eqreb fergħa tal-Maltapost għalihom sat-8 ta’ Mejju, 2015.
San Pawl il-Baħar – Trejqet Toni Fenech – riħa ta’ drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jinvestiga, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ir-raġuni li għaliha qed ikun hemm riħa qawwija ta’ drenaġġ fl-inħawi ta’ Trejqet Toni Fenech, kantuniera ma’ Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar u dan billi minn żmien għal żmien, din l-istess riħa qiegħda tkun ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti tal-istess inħawi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ma nstab xejn ħażin fil-main tad-drenaġġ.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Konverżjoni — Ħruġ ta’ Ilma
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tas-Saħħa għamilx analiżi tal-ilma li qed joħroġ fi Triq il-Konverżjoni, San Pawl il-Baħar, biex jiġi stabilit minn liema sors hu ġej dan l-istess ilma, fis-sens li jiġi stabbilit jekk dan hux ilma tad-drenaġġ, ilma tal-vit, jew xi ilma ieħor peress ligħalkemm dan l-ilma joħroġ b’mod frekwenti, mhux xi ħaġa li tiġri ta’ kuljum? Jekk għadu ma sarx dan l-istess ittestjar, jista’ jaċċerta li jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji biex dan l-inkonvenjent jitneħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda lment rigward ħruġ ta’ ilma fit-triq indikata. Minn spezzjoni li għamel id-Direttorat ma ġie nnutat l-ebda ħruġ ta’ ilma ġewwa t-triq indikata.
San Pawl il-Baħar – Triq Toni Bajada – mains tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta tqiegħdu l-mains tal-ilma fi Triq Toni Bajada, San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid jekk dawn il-mains humiex fin-nofs tat-triq, inkella fil-ġnub tal-istess triq? ? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq dawn il-mains tal-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija hemm żewġ mejnijiet tal-ilma fuq kull naħa tat-triq. Il-mains tpoġġew madwar għoxrin sena ilu u huma moniterjati kontinwament. Ninsab infurmat li dawn il-mains huma ta’ kwalita’ tajba ħafna tant li faċilment iservu għal sittin sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux infurmat dwar jekk l-operatur il-ġdid tas-servizz tal-karozzi tal-linja għadux jimpjega l-istess numru ta’ xufiera, żidhomx jew inkella naqqashomx? Jekk kien hemm bidliet, jista’ jagħti tagħrif dwar x’kienu dawn il-bidliet li seħħew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif kien ingħad f’numru ta’ okkażżjonijiet, in-numru ta’ xufiera mpjegati mall-kumpanija Malta Public Transport kellu jiżdied. Fil-fatt, jien infurmat mill-istess kumpanija li minn Jannar ta’ din is-sena ġew impjegati madwar 250 xufier ġdid.
Billi jidher li xi persuni qed jabbużaw mill-fatt li hemm id-dlam fid-daħla taċ-Ċimiterju ta' Burmarrad, jista' l-Ministru jikkordina bejn l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jitwaħħlu bozzoz fid-daħla taċ-Ċimiterju biex dawn l-abbużi jitnaqqsu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed f’kuntatt mal-entitajiet konċernati dwar dan.
San Pawl il-Baħar — rapport dwar il-kundizzjonijiet tat-toroq
Question
Billi ripetutament issir referenza għar-rapport li suppost sar dwar il-kundizzjonijiet tat-toroq ta' San Pawl il-Baħar li skont kif jiġi rrapurtat li huma meħtieġa €9 miljuni għax-xogħol neċessarju, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istess rapport? Min ħejja r-rapport? ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux pjani konkreti biex jestendi l-inħawi ta' ħdejn Kennedy Grove għal dak li huwa użu pubbliku?
Response (BRINCAT, LEO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li skont kif jien mgħarraf mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti hemm pjanijiet biex tiġi estiża l-parti t’isfel ta’ Kennedy Grove, billi jitwaħħlu numru ta’ appart għal-logħob tat-tfal, outdoor gym u twaħħil ta’ għamara biex ikompli jisebbaħ il-post u joffri aktar faċilitajiet għall-viżitaturi. Dan ix-xogħol se jsir skont il-permess maħrug mill-MEPA b’ numru DN 1818/14.