Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #16425 Sitting 270 2015-06-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ilma mitluf — lokalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-perċentwali ta' ilma li qed jintilef f'unaccounted for water? Kif ivarja l-ammont ta' ilma li jkun hemm mitluf minn lokalità għall-oħra? Liema huma l-iktar lokalitajiet li fihom jirriżulta li qed jintilef ilma, u liema huma l-lokalitajiet li fihom jirriżulta li jintilef l-inqas ilma? X'inhu l-ammont ta' ilma li jintilef b'dan il-mod, lokalità b'lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #16426 Sitting 270 2015-06-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Spezzjonijiet fuq bajjiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kull meta jsiru spezzjonijiet fuq il-bajjiet tagħna biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm kontaminazzjoni li tkun ġejja minn xi ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16424 (sittax-il elf, erba’ mija, erbgħa u għoxrin). Din il-frekwenza hija erba’ darbiet iktar minn dak rikjest skont id-Direttiva 2006/7/EC għal kwalita’ tal-ilma baħar.

Ġbir ta' skart mill-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet madwar Malta qed ikun hemm ġbir ta' skart mill-baħar, liema skart ikun ġej minn kurrenti li jwaddbu l-materjal fid-direzzjoni tax-xtut tagħna? Kemm kien l-ammont ta' skart li nġabar mill-baħar, matul l-aħħar tliet xhur?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament il-materjal ta’ skart li jiġi depożitat illegalment fil-baħar, jinġabar mill-art mill-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif permezz ta’ kopp, ladarba dan ikun daħal mal-kurrenti tal-baħar. Matul din is-sena sar investiment sabiex mis-sajf li ġej dan jibda’ jinġabar permezz ta’ qoxra tal-baħar li sal-lum qatt ma kienet għad-dispożizzjoni tad-Direttorat għat-Tindif. Matul l-aħħar 3 xhur, inġabru 106 tunellata ta’ skart mill-bajjiet tagħna, kif ukoll tneħħiet madwar 3,615 tunellata ta’ alka.

Opri tal-baħar liċenzjati — ġarr ta' passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar li huma liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri f'Malta u Għawdex? Minn liema lokalitajiet huma liċenzjati li joperaw dawn l-istess dgħajjes? Kemm hu n-numru totali ta' passiġġieri li hu kklakulat li jistgħu jinġarru minn dawn l-istess opri tal-baħar? Kemm hu n-numru ta' dgħajjes, hekk liċenzjati għal kull lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' opri tal-baħar li huma liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri f'Malta u Għawdex huwa ta’ 933. In-numru totali ta' passiġġieri li hu kkalkulat li jistgħu jinġarru minn dawn l-istess opri tal-baħar huwa ta’ 10,976. Minħabba li l-liċenzji tal-operaturi ma jispeċifikawx il-lokalita’ minn fejn dawn jistgħu joperaw, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Public Service Garages — vetturi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' public service garages li huma liċenzjati li joperaw minn kull waħda mil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? Kemm hu n-numru ta' vetturi li huma hekk liċenzjati skont il-kategoriji differenti li huma liċenzjati biex joperaw bħala vetturi tal-kiri? Kemm hu n-numru ta' vetturi li huma liċenzjati bħala minibuses fuq dawn l-istess garaxxijiet? Kemm hu n-numru ta' chaufeur driver vehicles li huma liċenzjati ma' dawn l-istess garaxxijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #16373 Sitting 269 2015-05-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — numru ta' ħaddiema - impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema li hemm fl-Air Malta, skont il-kategorija ta' impjiegi differenti li għandha l-Air Malta? Kif inbidel dan in-numru ta' ħaddiema skont il-grad tagħhom bejn Marzu 2013 u llum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ impjegati mal-Air Malta sa’ Marzu 2015 kien ta’ 1,014. Il-lista li tindika l-kategoriji ta’ impjiegi differenti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma wkoll lill-Interpellant illi bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar tal-Air Malta, fil-2012, il-kumpanija kienet infurmat lill-ħaddiema illi wara li ntgħażlu għall-pożizzjonijiet li kienu diġa’ jokkupaw jew pożizzjonijiet ġodda, kellhom jingħataw grad u salarju ġdid. In-negozjati mal–Union li tirrappreżenta dawn il-kategoriji ta’ ħaddiema kien ġie konkluż f'Diċembru 2014. Għaldaqstant, il-grad tal-ħaddiema kien inbidel skond il-pjan ta' ristrutturar hekk kif mifthem mal-Union rispettiva, liema ftehim kien daħal b'effett mill-1 ta' April 2012. Huwa għalhekk li ma kienx hemm bdil fil-gradi hekk kif mistoqsi f'din il-Mistoqsija Parlamentari minħabba li dan kien effettiv mis-sena preċedenti.

Dipartiment tal-Agrikoltura — bejgħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar li nbiegħu din is-sena mid-Dipartiment tal-Agrikolatura? X'tip ta' siġar kienu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ta' Qali — Pitkalija - bidliet strutturali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-bidliet strutturali li huma ppjanati fil-Pitkalija f'Ta' Qali? Meta hu mistenni li jinbdew dawn ix-xogħlijiet? Kemm hu stmat li jiswew?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14879.

Pitkalija — hawkers awtorizzati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' hawkers li huma awtorizzati li jidħlu jixtru mill-Pitkalija? Kif inbidel dan inn-numru minn Jannar 2014 sal-lum, kull xahar?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari n-numru ta' hawkers li huma awtorizzati li jidħlu jixtru mill-Pitkalija sal-lum ilaħħaq 616. Skond kif infurmat, ix-xerrej għandu l-obbligu li jġedded il-liċenzja sabiex ikun jista’ jidħol ġewwa l-Pitkalija. Din il-liċenzja tapplika għal dik is-sena kurrenti u fl-imgħoddi ma kienx jiġi nfurzat żmien fejn tista’ tiġi mġedda. Sadanittant meta xerrej jinstab dieħel mis-security tal-Pitkalija mingħajr liċenzja valida, dan kien jiġi dirett lejn l-amministrazzjoni sabiex iġedded din il-liċenzja. Huwa għalhekk li n-numru tax-xerrejja kien jitla’ ma’ kull xahar ta’ matul is-sena. Ninsab infurmat ukoll li fl-1 ta’ Mejju 2015 inħareġ avviż sabiex dawk ix-xerrejja li għad ma kellhomx il-liċenzja tal-2015 imġedda, għandhom jagħmlu dan sal-31 ta’ Mejju. Fin-nuqqas ma jitħallewx jidħlu ġewwa l-Pitkalija mill-1 ta’ Ġunju. B’żieda ma’ dan qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Trasport Pubbliku — rotot fis-sajf

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema rotot ta' trasport pubbliku jkunu qed jiġu estiżi fil-ħin, u fil-frekwenza, matul ix-xhur tas-sajf? Minn meta se jinbidlu dawn il-frekwenzi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-iskedi tas-sajf ser tiżdied l-frekwenza fil-ħinijiet peak tal-ġurnata fuq dawn ir-rotot: Numru tar-rotta Rotta Frekwenza f’minuti Skeda pre ż enti (kull x minuti) Skeda tas-sajf (kull x minuti) 12 Buġibba/Valletta 12 10 13 Pembroke/Valletta 12 10 15 Sliema/Valletta 30 20 42 Ċirkewwa/Valletta 60 30 44 Mġarr/Valletta 30 20 45 Buġibba/Valletta 20/60 20/30 51 Mtarfa/Valletta 30/60 30 52 Dingli/Valletta 30/60 30 53 Rabat/Valletta 30/60 30 221 Ċirkewwa/Buġibba 30 20 222 Ċirkewwa/Sliema 30 20 223 Buġibba/Golden Bay 60 20 225 Sliema/Golden Bay 30 20 322 Mġarr/Marsalforn 90 90/45/90 Dawn ir-rotot sejrin jiġu estiżi hekk kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Numru tar-rotta Rotta Estensjoni 37 Għadira/Valletta Estiża għall-Armier 71 Żurrieq/Valletta Estiża għal Blue Grotto 101 Ċirkewwa/Golden Bay Estiża għall-Imġarr u l-Ġnejna 102 Ċirkewwa/Golden Bay Estiża għall-Imġarr u l-Ġnejna 237 Għadira/Anchor Bay Estiża għal Paradise Bay u ċ-Ċirkewwa Dawn l-iskedi huma mistennija illi jidħlu fis-seħħ lejn l-aħħar ta’ Ġunju.

Trasport bit-trains — studji

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema studji seħħew fuq il-possibilità ta' xi forma ta' trasport bit-trains f'Malta? Minn min saru l-proposti tal-privat u ma' min saru d-diskussjonijiet s'issa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gvern qiegħed jevalwa kull mezz ta’ trasport li jista’ jkun vijabbli għal pajjiżna.

Cameras — tqegħid/twaddib ta' skart

Question

Billi ġie rrapurtat li l-Ministweu waħħal xi cameras fejn hemm problema ta' tqegħid/twaddib ta' skart b'mod regolari, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jitwaħħlu tali cameras?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-cameras li ser jitwaħħlu huma għodda ta’ infurzar tal-liġi u deterrent kontra ir-rimi ta’ skart b’ mod abbużiv. Għal raġunijiet li għandhom ikunu ovvji għall-Onor. Interpellant, ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni li ddgħajjef l-infurzar tal-liġi.
Leg 12 PQ #16352 Sitting 268 2015-05-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Stabilimenti turistiċi — żieda fil-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kollaborazzjoni qiegħda ssir mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex jiġi assigurat li fil-lokalitajiet fejn hemm bosta stabilimenti turistiċi, ikun hemm żieda fin-numru ta' pulizija li jkunu qed iservu fil-lokalità matul ix-xhur fejn il-preżenza tkun ikbar min-normal?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm koperazzjoni sħiħa bejn il-Ministeru li jaqa' taħt ir-risponsabilità tiegħi u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali u dana sabiex nilqgħu għall-isfida tan-numri rekord ta' turisti li qed jiġu f'pajjiżna. Nikkonferma li se tiżdied il-presenza tal-pulizija eżekuttiva fil-lokalitajiet fejn hemm bosta stabbilimenti turistiċi fix-xhur li ġejjien.
Leg 12 PQ #16369 Sitting 268 2015-05-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — investiment minn pubbliċità ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' investiment li hemm mill-pubbliċità ġenerali dwar Malta u Għawdex jagħmel il-Ministeru biex ikabbar l-identità lokali tad-diversi bliet u rħula li għadna f'Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħidma promozzjonali għal Malta u Għawdex barra l-pajjiż hija kontinwa u tara li tuża l-mezzi kollha possibli sabiex nilħqu kemm lill-pubbliku ġenerali li jfittex btala fi klima aħjar milli għandu f’pajjiżu, baħar sabiħ u postijiet storiċi x’iżur, kif ukoll niċeċ partikolari li l-għażla ta’ destinazzjoni tagħhom hi influwenzata minn dak li jinteressahom partikolarment bħal ma huma passatempi, attivita sportiva, gastronimija, storja, kultura, tagħlim tal-Ingliż kif ukoll vjaġġi għal negozju u konferenzi jew vjaġġi b’tema partikolari bħal ma’ huma pellegrinaġġi, żwiġijiet u qamar il-għasel fost oħrajn. Fost il-mezzi u¿ati nistgħu nsemmu reklamar fuq karta stampata, televizjoni, radju, karozzi tal-linja, trams, ferroviji, posters, billboards u internet. Issir ukoll attivita’ promozzjonali fuq networks ta’ midja soċjali, parteċipazzjoni ġo fieri ġenerali, fieri speċjalizzati u anke workshops. L-attività ta’ relazzjonijiet pubbliċi tinkludi l-ospitalità ta’ ġurnalisti, krews tat-televizjoni u bloggers barranin f’pajjiżna, komunikazzjoni għall-istampa, komunikazzjoni diretta permezz ta’ emails mal-pubbliku, operaturi turistiċi u assoċċjazzjonijiet li jinsabu fuq id-database tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kif ukoll attivitatijiet li l-istess Awtorità tipparteċipa fihom f’diversi pajjiżi regolarment. Issir ukoll attivita’ ta’ reklamar u promozzjoni ma’ operaturi turistiċi kif ukoll linji tal-ajru u tal-baħar. Filwaqt li l-objettiv prinċipali tal-ħidma promozzjonali li ssir għandha l-għan li tippromwovi l-gzejjer tagħna bħala destinazzjoni ġenerali permezz tal-prodott turistiku li nistgħu noffru, l-attivita’ tagħna tinkludi wkoll promozzjoni ta’ lokalitijiet partikolari jew attività li ssir fihom fejn it-turist jista’ jsib esperjenza tal-identita’ Maltija fl-aspett awtentiku tagħha. Id-domanda għal dan it-tip ta’ prodott qiegħda tikber fejn it-turist ifittex li jieħu esperjenza awtentika tal-pajjiż. L-investimenti li qiegħdin isiru fejn qiegħdin naraw żieda ta’ akkomodazzjoni turistika fl-irħula tagħna se tgħin sabiex dan il-prodott ikompli jikber u titwettaq il-wegħda tal-Gvern Laburista li tassigura li l-benefiċċji tal-Industrija tat-Turiżmu jinfirxu mal-pajjiż kollu.
Leg 12 PQ #16370 Sitting 268 2015-05-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Policy ta' ġbir ta' skart minn lukandi u stabilimenti ta' ikel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux xi policy dwar il-ġbir ta' skart minn lukandi u stabilimenti oħra ta' ikel? Jekk iva, kif jiġi garantit li din qed tiġi osservata?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #16371 Sitting 268 2015-05-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet blue flag

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-bajjiet blue flag li għandna f'Malta u Għawdex? Liema bajjiet oħra qegħdin fil-proċess li jiġu mogħtija dan l-istatus?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ bajjiet Blue Flag għas-sena 2015 jinkludu: - Il-Bajja tal-Għadira - Għajn Tuffieħa - Il-Ponta tal-Qawra - Buġibba Perched Beach - Il-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan - Fond Għadir - Paradise Bay Resort - Westin Dragonara Resort - Ir-Ramla l-Ħamra, Xagħra Għawdex. Tajjeb ukoll li ninforma lill-Interpellant li Golden Bay illi bħalissa tikkwalifika bħala Beach of Quality, mistennijja tieħu ċ-ċertifikat Blue Flag fl-2016.
Leg 12 PQ #16372 Sitting 268 2015-05-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Żieda fin-numru ta' sodod fil-lukandi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jiżdied in-numru ta' sodod fil-lukandi matul is-sena li ġejja? F'liema lokalitajiet, separatament, mistenni li sseħħ din iż-żieda?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn kien hemm 28-il applikazzjoni approvata mill-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu minn operaturi ta’ lukandi, kemm minn dawk preżenti, kif ukoll dawk prospettivi. Dawn jammontaw għal total ta’ 2636 sodda f’ dawn il-lokalitajiet: - San Ġiljan/Sliema/Gzira: 1298 - Bugibba/San Pawl il Baħar/Qawra/Salina: 564 - Valletta: 56 - Għawdex: 214 - Oħrajn: 504 Bħal ma jaf tajjeb l-Interpellant, il-liċenzjar ta’ dawn is-sodod addizzjonali jiddependi minn proċessi oħra kemm ta’ entitatijiet governattivi kif ukoll minn xogħlijiet u proċessi oħra li huma dipendenti fuq l-applikant. Ghaldaqstant anki jekk in-numru ta’ applikazzjonijiet huma indikattivi wieħed ma jistax jkun definittiv kemm minn dawn fil-fatt ser jiġu liċenzjati fis-sena li ġejja. Tajjeb ukoll ta’ min isemmi illi permezz tal-politika li nieda dan il-Gvern dwar l-aġġustament tal-limitazzjoni tal-għoli għal-lukandi, l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu, approvat erba’ applikazzjonijiet ġodda li daħlu din is-sena u li dawn potenzjalment ser iżidu l-bed stock bi kważi 300 kmamar ġodda, inklużi fil-lista f’hawn fuq. Dan kollu hu f’konformità mal-politika tal-Gvern għas-settur turistiku fejn hemm impenn sabiex nilħqu l-obbjettivi prinċipali li huma t-titjib tal-kwalità tal-prodott, tal-kompettittività u tas-sostennibilità tas-settur tagħna bil-għan li iktar investiment isarraf fi tkattir ta’ mpjiegi ġodda illi minnu jgawdu wkoll il-familji Maltin u Għawdxin.
Leg 12 PQ #16242 Sitting 267 2015-05-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Linji tal-Ajru li qed joperaw minn u lejn Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-linji tal-ajru low cost li diġà ftehmu biex jibdew joperaw minn u lejn Malta matul idin is-sena? Fuq liema rotot hu mistenni li jopperaw dawn l-istess linji tal-ajru? Liema huma l-linji tal-ajru, kemm low cost kifukoll le, li bħalissa qed joperaw lejn u minn Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames linji tal-ajru li dwarhom hemm ftehim sabiex jibdew joperaw minn u lejn Malta din is-sena. Dawn huma: Finnair minn Helsinki, Transaero minn Moska, Swiss minn Zurich, Agean minn Ateni u Jet2 minn ħames ajruporti fl-Ingilterra (Manchester, East Midlands, Leeds, Newcastle u Glasgow). Il-lista ta’ linji tal-ajru u rotot li bħalissa qed joperaw minn u lejn Malta, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra. Il-Gvern qed iżid il-linji tal-ajru li jtiru lejn u minn pajjiżna u dana bi strateġija ċara billi filwaqt li jikkonsolida dawk it-tourism source markets diġà importanti għal pajjiżna, ikun hemm proċess ta' diversifikazzjoni gradwali ta' dan. Strateġija oħra hi li dawn il-linji tal-ajru jagħmlu an all year round operation u dana sabiex inkomplu nsaħħu l-influss ta' turisti fix- xhur tax-Xitwa.
Leg 12 PQ #16264 Sitting 267 2015-05-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq Sant’Antnin – ħruġ ta’ ilma

Question

Billi fl-aħħar jiem kien ħiereġ ilma, li jidher li hu tal-vit, fil-parti pedonali ta’ Triq Sant Antnin, San Pawl il-Baħar, u dan b’ħela ta’ ilma għalxejn, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex din il-ħsara tissewwa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet diġa’ qed tieħu l-provvedimenti meħtieġa sabiex tissewwa l-ħsara. It-tiswijiet ġew iffinaliżżati fid-19 ta’ Mejju.
Leg 12 PQ #16329 Sitting 267 2015-05-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — land reclamation - sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu s-sottomissjonijiet li saru għal dak li jirrigwarda l-land reclamation u li waslu quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? X'kienu l-konsiderazzjonijiet li saru s'issa għal dak li jirrigwarda dawn it-talbiet? JIsta' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx talbiet partikolari biex f'San pawl il-Baħar ikun hemm xi tip ta' land reclamation? Jekk iva għal fejn (parti mil-lokalità) saru dawn it-talbiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda sottomissjonijiet fuq xi land reclamation project f San Pawl il Baħar li waslu quddiem l-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.