Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotot il-ġodda, kif ukoll it-tibdil li se jkun hemm fir-rotot eżistenti, se jiġu mħabbra u spjegati fid-dettal kif ikunu qegħdin jigu introdotti.
Hekk kif diġà ġie mħabbar, in-nollijiet li se jkunu qegħdin jiġu mħallsa minn persuni li jkollhom il-card tat-trasport personalizzata maħruġa mill-operatur tat-trasport pubbliku huwa hekk kif gej:
Validu
Adulti
€
Studenti
€
Tfal, Persuni illi għandhom Karta Anzjan u persuni illi jikkwalifikaw għal
Concessionary Card
€
Single Journey
(sa limitu ta’ sagħtejn)
0.75
0.75
0.25
Ġimgħa
n/a
n/a
2.00
Xahar
26.00
21.00
n/a
Tliet xhur
n/a
55.00
n/a
In-noll tas-“single journey” huwa validu sabiex jintuża fuq kwalunkwe rotta, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, inkluż bdil ta’rotta jekk ikun hemm bżonn, sa ħin massimu ta’ sagħtejn.
Fil-każ tal-adulti n-nefqa hija sa massimu ta’ €26 fix-xahar. Fil-każ ta’ tfal, persuni li għandhom il-Karta Anzjan u persuni li jikkwalifikaw għal “Concessionary Card”, in-nefqa hija sa massimu ta’ €0.50 kuljum jew €2.00 fil-ġimgħa. Qed naħdmu wkoll flimkien mal-operatur fuq inċentivi aktar wiesgħa għall-persuni b’diżabilità.
Wieħed irid jinnota illi tfal sa tliet snin ma jħallsux. Mill-banda l-oħra, in-noll għal dawk il-persuni li m’għandhomx il-card tat-trasport se jkun ta’ €1.50 fil-perjodu tax-xitwa u €2.00 fil-perjodu tas-sajf għal biljett ta’ sagħtejn.
Infurmat ukoll li b’kollox hemm tlettax-il rotta li jaħdmu matul il-lejl. Dawn huma hekk kif ġej:
Rotta
Destinazzjoni
N3
San Ġiljan, Paola, Bormla, Birgu, Kalkara, Fgura
N11
San Ġiljan, Pembroke Park and Ride, Buġibba, Mellieħa, Ċirkewwa
N13
San Ġiljan, Sliema, Msida , Valletta
N21
San Ġiljan, San Ġwann, Għargħur, Naxxar, Mosta, Birkirkara, Msida
N31
San Ġiljan, Pembroke, Burmarrad, Mosta, Naxxar
N32
San Ġiljan, Msida, Birkirkara, Lija, Mosta, Naxxar, Għargħur, San Ġwann
N52
Pembroke, San Ġiljan, Fleur-de-Lys, Attard, Rabat, Dingli
N61
San Ġiljan, Msida, Ħamrun, Birkirkara, Żebbuġ, Siġġiewi, Qormi, Marsa
N62
Pembroke, San Ġiljan, Marsa, Qormi, Żebbuġ, Siġġiewi
N71
San Ġiljan, Paola , Sta Luċija, Luqa, Ajruport, Kirkop, Żurrieq , Qrendi, Mqabba
N81
San Ġiljan, Paola, Tarxien, Żejtun, Gudja , Ajruport
N82
San Ġiljan, Paola, Tarxien, Żejtun, Birżebbuga
N91
Pembroke, San Ġiljan, Paola, Fgura, Żabbar, Marsaskala
Dawn ir-rotot joperaw kull nhar ta’ Ġimgħa u Sibt bejn il-ħdax ta’ bil-lejl u l-erbgħa ta’ filgħodu.