Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għandniex kunsilli lokali li ffirmaw il-commitment tagħhom biex jintlaħqu t-targets dwar l-enerġija alternattiva sal-2020? Jekk iva, liema huma l-kunsilli li għamlu tali ftehim?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li hemm 29 Kunsill Lokali fil-Patt tas-Sindki. Dawn huma l-Kunsilli Lokali tal-Imdina, Ħal Qormi, ir-Rabat (Victoria), Had-Dingli, l-Għarb, Ħal Għargħur, Għajnsielem, Ħal Għaxaq, l-Iklin, l-Isla, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Marsaskala, il-Mellieħa, Pembroke, il-Qala, il-Qrendi, San Ġiljan, Santa Luċija, is-Swieqi, Ħal Tarxien, Ta’ Xbiex, ix-Xagħra u x-Xewkija, Ħaż-Żebbuġ, Birkirkara, il-Fgura, Ħal Lija u n-Naxxar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jkun hemm il-ħtieġa li jkun hemm devjazzjoni tat-traffiku, minħabba xogħol li jkun se jsir permezz ta’ kuntratturi mqabbdin minn Transport Malta stess, () issirx konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali minn Transport Malta li se jkollhom toroq affettwati? Jekk iva, kif issir din il-konsultazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li kull proġett ta' xogħol ta'kostruzzjoni ta' toroq għandu bżonn Trenching Permit. Tali permess jinħadem permezz ta' sistema komputeriżżata fejn jiġu kkonsultati l-entitajiet fosthom il-kunsilli lokali rispettivi. Ukoll, fejn ikun hemm n- neċessita' ta' devjazzjoni tat-traffiku minħabba xogħolijiet ta' kostruzzjoni ta' toroq mill-Awtorit’ tat-Trasport, il-kunsill lokali jiġi notifikat bid-devjazzjonijiet kollha ppjanati. Tinħareġ ukoll notifika fil-gazzetti.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fl-inħawi tal-Moll tal-Veċċja?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond tagħrif mogħti lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, is-sejħa għas-sottomissjonijiet tat-tenders għalqet u saret l-evalwazzjoni tal-offerti mitfugħa. Il-perjodu tal-appell għalaq u l-kuntrattur magħżul sejjer jiġi avviċinat sabiex jiffirma l-kuntratt. B’hekk ikun jista’ jibda x-xogħol.
MEPA – Triq il-Mosta u Wesgħa Doris Zarb – arranġamenti ta’ parkeġġ
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex applikazzjonijiet pendenti biex isiru arranġamenti ġodda ta’ parkeġġ fi Triq il-Mosta u f’Wesgħa Doris Zarb, San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta saru dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm tali applikazzjonijiet li diġà ġew approvati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li nħareġ permess bi DNO (DN 498/15 - site to be used as parking area from date of approval). Dan il-permess inħareġ fis 7 ta'April 2015. Fuq dan is sit partikolari l-MEPA rċievet ukoll applikazzjoni għal permess (full development TRK 162600 - Site to be used as parking as per approved DNO 498/15. Din l-applikazzjoni waslet fl-istadju ta’ screening.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17596 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u jgħid jekk jikkunsidrax il-possibilità li fil-water park ta’ Buġibba jkun hemm xi forma ta’ xelter temporanju biex il-ġenituri li jakkumpanjaw lil uliedhom f’dan il-park ikollhom fejn jistkennu mill-elementi?
Response (BRINCAT, LEO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3524, ngħarrfu wkoll li ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li minn dak iż-żmien ‘l hawn xorta waħda ġew impoġġija numru ta’ umbrellel kbar ġewwa l-Water Park. Il-problema tax-xemx qatt ma kienet indirizzata fil-livell ta’ disinn, pjanti u l-implimentazzjoni tal-proġett li kien sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Il-Ministeru huwa kommess li jindirizza din is-sitwazzjoni u fil-fatt beda xogħol ta’ stallazzjoni ta’ tined protettivi. Dawn it-tined qed jitwaħħlu tul il-ġenb fejn hemm il-bankijiet. S’issa twaħħlet tinda ta’ madwar disa’ metri tul u jidher li dan ix-xogħol ġie apprezzat ħafna mill-pubbliku. Fil-ġranet li ġejjin ser jitkompla x-xogħol biex il-bankijiet jiġu mgħottija b’aktar tined.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwarjgħid jekk l-iskeda mibdula tal-karozzi tal-linja daħlitx fis-seħħ inkella le? Jekk iva, liema parti minnha daħlet fis-seħħ u liema le? Jsita’ Jista’ jagħti wkoll tagħrif dwar jekk is-servizz lejn il-Ġnejna u lejn l-Armier inbediex ukoll? Jekk iva, meta beda u b’liema frekwenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-Ħadd 12 ta’ Lulju 2015 is-sussegwenti rotot ġew estiżi hekk kif ġej:
Numru tar-Rotta
Rotta
Estizi
37A
Armier - Valletta
Estiża għal-Armier
41A
Xemxija- Valletta
Żewġ vjaġġi addizjonali li jibdew mix-Xemxija
71A
Għar Lapsi - Valletta
Estiża għall- Ghar Lapsi
101/102
Ċirkewwa - Ġnejna
Estiżi għall-Mgarr u il-Ġnejna
109
Baħrija - Għar Lapsi
Estiża għall-Għar Lapsi
Mill l-istess data l-operatur tat-trasport pubbliku huwa obbligat illi jżid il-frekwenzi fuq is-sussegwenti rotot:
Numru tar-Rotta
Rotta
12/13
Buġibba - Valletta/ San Ġiljan -Valletta
31
Buġibba - Valletta
41
Ċirkewwa- Valletta
42
Ċirkewwa- Valletta
45
Buġibba - Valletta
221
Ċirkewwa - Buġibba
222
Ċirkewwa - Sliema
223
Buġibba - Għajn Tuffieħa
225
Sliema - Għajn Tuffieħa
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fl-għasses tal-Qawra u ta' San Pawl il-Baħar, almenu fix-xhur tas-sajf ikun hemm żieda sostanzjali f'dak li jikkonċerna n-numru ta' pulizija preżenti u dan fid-dawl li matul dawn ix-xhur, f'dawn l-inħawi jkun hemm żieda ta' eluf ta' persuni li fil-fatt jiġu joqogħdu f'dawn l-inħawi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li kull meta jkun hemm il-ħtieġa li jiżdiedu l-uffiċjali tal-Pulizija fid-diversi lokalitajiet u mhux neċessarjament l’għases biss, u l-esigenzi tas-servizz ikunu jitolbu żieda ta’ uffiċjali, dan isir. Kif intqal f’Mistoqija Parlamentari oħra, matul ix-xhur tas-sajf il-Pulizija isaħħu il-preżenza tagħhom f’lokalitajiet turistiċi u ta’ villeġġatura, u dawn jinkludi iż-żoni tal-Qawra u ta’ San Pawl il-Baħar. Dan isir billi il-Pulizija torganizza ronda kemm permezz ta’ vetturi u muturi tat-traffiku, kif ukoll permezz ta’ pulizija fuq il-bicycle flimkien ma dawk tal-klieb u kavallerija, u dan dejjem kif jinħass li hu l-aħjar mezz.
Jista' l-Minstru jagħti taghrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li terġa' tiddaħħal ir-rotta ċirkulari li keinet tgħaddi minn bosta toroq ta' Buġibba u l-Qawra, biex taqdi aħjar il-bżonnijiet tal-persuni li joqogħdu fiċ-ċentru tal-Qawra/Buġibba u li jkollhom bżonn jattendu għal xi bżonnijiet tagħhom f'San Pawl il-Baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’ hemmx il-ħsieb illi terġa tiddaħħal rotta ċirkulari dedikata sabiex tgħaqqad lil Buġibba u l-Qawra ma’ San Pawl il-Baħar.
Minkejja dan, bin-network il-ġdid li ser jiġi introdott gradwalment matul din is-sena, permezz ta’ diversi rotot tat-trasport pubbliku, xorta ser ikun hemm konnettivita’ bejn l-inħawi imsemmija.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tal-Artijiet fil-fatt tax xi konċessjoni biex art li tinsab fil-parkeġġ (parti mill-istess art) li kien inawgurat xi xhur ilu, mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttra u mis-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva, filfatt jintuża għal xi skop ieħor? Jekk iva, lil min ingħata il-konċessjoni u taħt liema kundizzjonijiet? Kemm qed jitħallas tagħha din l-art u minn min?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Jista l-Onorevoli Interpellant jgħid għal liem lokalità qegħda tirreferi id-domanda parlamentari Nru 17867.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li jinqdew mill-Berġa ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm drabi jkun hemm tabib li jattendi f'din il-berġa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mil-1 ta’ Jannar sa’ 31 ta’ Mejju ta’ 2015 inqdew 1,102 persuna mil-Berga ta’ San Pawl il-Bahar. Is-servizz ta’ tabib flimkien ma’ nurse jinghata, kull nhar ta’ Tnejn mid-9:30 sal-10:30 u kull nhar ta’ Gimgha mis- 7:30 sal-11:00.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta l-aħħar li ntbagħtet ċirkolari lill-operaturi tal-istabiliment kummerċjali li jservu l-ikel, biex tgħarrafhom bl-obligi tagħhom li jisseparaw l-iskart tagħhom, u li suppost għandhom jagħtu l-istess skart lill-kolletturi awtorizzati? Fejn intbagħtu dawn iċ-ċirkularitajiet u kemm kien hemm verifika li filfatt ir-regoli kienu qed jiġu osservati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 16751, datata 10 ta’ April 2015; 16984, datata 17 ta’ Ġunju 2015; 17230, datata 23 ta’ Ġunju 2015; 17384, datata 6 ta’ Lulju 2015; u 17643, datata 14 ta’ Lulju 2015.
Nerġa’ ntenni, għal darb’oħra, illi l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu m’hijiex l-Awtorita` kompetenti għal separazzjoni ta’ skart u għaldaqstant ma tibgħatx ċirkulari li qed tirreferi għalihom il-Mistoqsija.
Huma l-operaturi infushom illi għandhom ikunu jafu x’inhuma l-obbligi tagħhom, skont il-liġijiet illi jirregolaw is-settur tagħhom.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-vapuri tal-Gozo Channel qed isakkru l-kafetterija tagħhom waqt numru ta' vjaġġi li jkunu qed isiru mill-istess kumpanija? Jista' jikkonferma li dan l-għeluq ġie awtorizzat minn Transport Malta, sezzjoni marittima, biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm riskji għall-passiġġieri li jkunu qed jinġarru bejn iż-żewġ gżejjer?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant, illi l-kafeteriji tal-Gozo Channel ilhom jingħalqu matul ċertu vjaggi ta’ bil-lejl sa mil-2011. Dan il-fatt bl-ebda mod ma jista’ jpoġġi riskju fuq il-passiġieri.
Ħdejn il-bieben tal-kafeteria tinsab ukoll ċavetta ġo ‘break glass unit’ biex f’kull każ ta’ emerġenza il-kafeteria tkun tista’ tinfetaf immedjatament.
Vjaġġi bejn Malta u Għawdex — persuni 'l fuq minn 60 sena
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' passiġieri li għandhom iktar minn 60 sena li nġarru bejn Malta u Għawdex matul l-ewwel sitt xhur tal-2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurnat li l-kumpanija Gozo Channel Company Ltd fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2015 ħarġet 93,663 biljett lil persuni ‘l fuq minn 60 sena għall-ġarr bejn Għawdex u Malta.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti jew xogħlijiet li huma mistennija li jsiru mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett diġà għandhom il-permessi tal-MEPA għalihom? Jista’ jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet oħra li hu maħsub li jsiru mill-istess kunsilli lokali għandhom applikazzjoni pendenti għal dan ix-xogħol? Liema huma x-xogħlijiet li għandhom applikazzjoni pendenti? Liema xogħlijiet oħra li diġà nħarġu permessi għalihom huma mistennija li jinbdew matul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kemm hemm, u f'kull każ fejn jinstabu t-traffic calming measures li hemm imqegħdin fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar? F'kull każ, jista' jagħti tagħrif dwar meta tpoġġew dawn l-istess sleeping policemen?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li mill-informazzjoni li kiseb mingħand Transport Malta jirriżulta li matul is-snin il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar kiseb l-approvazzjoni ta’ sitt permessi għal road humps, b’waħda minnhom tkun fl-2014 u l-kumplament qabel.
Infurmat ukoll li minħabba li s-Segretarju Eżekuttiv preċedenti kien informa li se jagħmel eżerċizzju biex jistabbilixxi fejn hemm
road humps
, u peress ukoll li jidher li dan l-eżerċizzju qatt ma sar, mir-riċerka li għadu kemm għamel il-Kunsill dwar ordnijiet li saru għal dawn il-
humps
lill-kuntrattur partikulari, l-ewwel informazzjoni turi biċ-ċar li mill-inqas minn Marzu 2013 ġew ordnati ammont konsiderevoli ta’
road humps
.
Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista’ ta’ tali road humps kif provduta mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Bord tal-Governanza dwar il-Kunsilli Lokali — ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm ilmenti li ġew ikkunsidrati mill-bord tal-Governanza dwar il-kunilli lokali, matul l-aħħar 12-il xahar, dwar kunsilli tat-12-il distrett elettorali? X'kienu l-ilmenti investigati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar 12-il xaħar kien hemm tlett każijiet l-informazzjoni mitluba dwarhom tinsab fit-tabella li tidher hawn taħt.
Każ Numru
Kunsill Lokali
Dettalji
011/2014
Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex kollha
Stħarriġ mill-Bord ta’ Gvernanza Lokali rigward Bye Laws pendenti
002/2015
San Pawl il-Baħar
Allegat każ li deher f’ġurnal lokali rigward petizzjoni sabiex jitneħħew tlett ħaddiema bi bżonnijiet speċjali
003/2015
Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex kollha
Direttiva tal-Bord ta’ Gvernanza Lokali rigward ilmenti dwar ħsarat ta' vetturi f'toroq responsabbli għalihom il-Kunsilli Lokali
Transport Malta – spezzjonijiet fuq tpinġija ta’ reserved parking spaces
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tagħmilx spezzjonijiet fuq il-post biex tara jekk isirx abbuż f’dik li hi tpinġija ta’ reserved parking spaces, disabled parking spaces u loading/unloading bays? Jekk iva, meta u fejn saru l-aħħar spezzjonijiet? X’irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li approvazzjonijiet ta’ parkeġġi riservati u dawk għal persuni b’diżabbilta’ jsiru għall-ewwel darba minn Transport Malta. Kaxxi għall-ħatt u tagħbija tal-merkanzija jiġu approvati mill-Awtorita’ u jiġu mplimentati mill-kunsill lokali rispettiv. F’każ li jkun hemm rapport ta’ xi allegat abbuż, issir spezzjoni fuq il-post u ssir verifika fir-rekords tal-Awtorita’. F’kaz li l-allegat abbuż jiġi kkonfermat, jittieħdu l-passi neċessarji sabiex l-abbuż jigi ndirizzat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk f’każijiet li jkunu approvati reserved parking spaces għall-perjodu ta’ żmien, pereżempju Ġunju, Settembru, dawn l-istess spazji jerġgħu jiġu rikonsidrati kull sena jew le? Jekk iva, kemm każijiet ta’ dan it-tip ġew deċiżi li jitneħħew din is-sena? Fejn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li kull approvazzjoni għall-parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabbilta’ li jiġu approvati għall-perjodu bejn Ġunju u Settembru, jkunu għall-postijiet ta’ villeġġatura. Dawn il-permessi jiġu approvati għal sena u dan jiġġedded awtomatikament sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġra sabiex issir reviżjoni tal-każ. Minn dawn il-każijiet ta’ parkeġġi riservati għal villeġġatura waħda ġiet riveduta fuq talba mill-kunsill lokali u oħra tneħħiet fuq informazzoni li ngħatat mill-kunsill lokali rispettiv.
Billi fit-tweġibiet preċedenti ngħad li Transport Malta ma żżommx statistika/informazzjoni dwar il-vetturi li fuqhom ikunu twaħħlu s-sinjali ta’ żgumbrament ta’ vetturi, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif kif allura Transport Malta ssegwi l-istess rapporti biex tara jekk is-sidien ikunux segwew l-ordni ta’ tneħħija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li Transport Malta tibqa’ ssegwi il-każ żgumbrament tal-vettura sakemm l-istess vettura titneħħa minn postha. Kif il-vettura titneħħa r-rapport jitneħħa wkoll mis-sistema.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Pulizija waħħlu avviżi ta’ żgumbrament fuq vetturi f’San Pawl il-Baħar matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena il-Pulizija waħħlu ħdax (11) il-avviżi ta’ żgumbrament fuq vetturi f’San Pawl il-Baħar kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.