Billi riċentement kien irrappurtat li l-Awtorità tad-Djar għandha madwar 1,200 blokk ta’ appartamenti, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn jinsabu dawn l-appartamenti, n-numru ta’ blokki kull raħal u kemm minn dawn l-appartament għadhom tal-Awtorità u jinsabu bil-kera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ blokki msemmija huwa n-numru approssimattiv ta’ blokki li l-Awtorità tad-Djar għandha taħt il-ħarsien tagħha. Minn dawn, il-proprjeta’ murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra biss tinsab fuq il-kotba tal-Awtorità. Dawn jinkludu 3,339 proprjeta’ mikrija, li l-biċċa l-kbira minnhom, għajr għal xi djar u maisonettes, jinsabu f’529 blokk ta’ appartamenti, kif qed ikun indikat fit-tabella li qed tiġi ppreżentata. Il-kumplament huma proprjetà fuq il-kotba tad-Dipartiment tal-Artijiet, u fil-fatt, matul dawn l-aħħar snin inbeda eżerċizzju sabiex il-kumplament tal-blokki residenzjali, jgħaddu kollha fuq il-kotba tal-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għandha permessi validi għall-bini ta’ xi proprjetà u f’kull każ, fejn huma dawn il-permessi, raħal b’raħal? Kemm għandha applikazzjonijiet pendenti għal bini residenzjali l-istess awtorità quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? F’kull każ jista’ jgħid fejn huma u kemm hu maħsub li se jinbnew residenzi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar, bħalissa, għandha permessi validi għal units residenzjali f’dawn il-lokalitajiet :
Attard, Birgu, Birkirkara Bormla, Kirkop, Luqa, Marsaskala, Mellieha, Msida, Naxxar, Paola, Qrendi, Rabat, Siggiewi, Żabbar u Żebbug, Żejtun u Żurrieq.
L-Awtorita’ tad-Djar għandha applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Ambjent u Ippjanar għal units residenzjali f’dawn il-lokalitajiet :
Burmarrad, Fgura, Kirkop, Luqa, Msida, Qormi, Qrendi, Valletta, Żebbug u Żurrieq.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema hu mistenni li jkunu l-pitches tal-waterpolo li se jingħataw għajnuna finanzjarja matul l-2016? Liema pitches ingħataw għajnuna matul din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport fl-2015 ta għajnuna lil Neptunes WPSC għal xogħol li sar fil-pitch tagħhom, u Otters ASC għall-pitch tagħhom f’Marsalforn, f’Għawdex. Preżentement il-Ministeru wasal biex ilesti x-xogħlijiet tiegħu fuq il-pitch ġdid ta’ Birżebbuġa.
L-għajnuna għall-2016 ma tistax tiġi kwantifikata għax l-applikazzjonijiet għadhom pendenti u jiġu deċiżi sa tmiem din is-sena. Intant, matul is-sena 2016 il-Ministeru għandu jlesti l-bini tal-clubhouse ħdejn il-pitch tal-waterpolo f’Birżebbuġa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għamlitx xi spezzjoni fuq ix-xogħol ta' patching (jew major patching) li sar u tħallas mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, matul Marzu/April 2015, f'diversi toroq tal-lokalità? Jekk ma sarux tali spezzjonijiet, jista' l-Ministru jitlob lill-Transport Malta twettaq dawn it-testijiet, u li l-istess riżultati jitqiegħdu fuq il-Mejda tal Kamra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta sa issa għamlet spezzjonijiet waqt ix-xogħlijiet, fuq Triq Busewdien, San Pawl il-Baħar. L-Ispezzjonijiet ta’ Transport Malta saru biex tiġi assikurata li x-xogħlijiet għaddejin skont il-permess maħruġ. Transport Malta għadha qed tistenna r-rapport ta’ konformità tax-xogħlijiet mill-Kunsill Lokali qabel tiddeċiedi hemmx lok għal iżjed kontrolli minn naħa tagħha.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex tappiera/tappieri tad-drenaġġ li jinsabu fit-triq ħdejn il-bajja tax-Xemxija, li milli jidher inqalgħu minn posthom, jiġu rranġati minnufih, peress li jistgħu jkunu ta' periklu għat-traffiku li jgħaddi minn dawk l-inħawi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tappieri fil-post imsemmija mhumiex tas-sistema tad-drenaġġ.
Transport Malta – spezzjonijiet ta’ xogħol ta’ toroq li jkunu saru mill-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta wetqitx spezzjonijiet fuq xogħol ta’ toroq (kemm jekk toroq ġodda kif ukoll ta’ manutenzjoni) li sar minn kunsilli lokali, sabiex jiġi ċċekjat l-kwalità tax-xogħol li jkun sar? Jekk iva, fejn saru dawn l-ispezzjonijiet, u x’kienu r-riżultati li nstabu? X’passi ħadet Transport Malta fejn ix-xogħol instab li mhux ta’ livell sodisfaċenti?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17819. Minħabba n-numru estensiv ta’ xogħlijiet li saru, ikun difficli sabiex jingħadd in-numru ta’ spezzjonijiet viswali li saru kemm waqt it-twettieq tax-xogħlijiet, kif ukoll spezzjonijiet ta’ moniteraġġ viswali matul is-sentejn garanzija kif stipulat LS 499.57. Ninfurmak ukoll li mir-rekords ma hemmx riżultati ta’ xogħlijiet ta’ livell inaċċettabli jew mhux sodisfaċenti.
San Pawl il-Baħar — Triq San Publiju – parking spaces
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’deċiżjonijiet ħadet Transport Malta għal dak li jikkonċerna Reserved Parking fi Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid meta dan ir-Reserved Parking ġie approvat l-ewwel darba u meta ġie approvat li jitneħħew xi reserved parking spaces mill-istess triq? Jista’ jgħid meta Transport Malta ħadet id-deċizjoni li parking space li kien tneħħa, jerġa’ jinżebagħ fuq il-post?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infumat li din il-kaxxa ta’ parkeġġ riżervat għall-persuni b’diżabbilta’ kienet ġiet oriġinarjament approvata fl-25 ta’ Lulju 2014 għal erba’ xhur tas-sajf. Sussegwentament, l-Awtorità tat-Trasport ġiet mgħarrfa li tali kaxxa tal-parkeġġ riżervat ġiet imneħħija. Din il-kaxxa kienet tneħħiet mingħajr l-approvazzjoni tal-Awtorita’. L-Awtorità kkonsultat mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar iżda ma kienu jafu xejn dwar it-tneħħija ta’ tali kaxxa u l-Kunsill talab li l-permess ta’ tali kaxxa tal-parkeġġ riżervat jiġi rivedut permezz ta’ email bid-data 15 ta’ April 2015. Il-Bord għall-Parkeġġ Riżervat Persuni b’Diżabbilta’ rriveda dan il-każ u l-każ reġa’ ġie approvat fis-26 ta’ Gunju 2015. Il-kaxxa tal-parkeġġ riżervat reġgħet inżebgħet.
Billi r-residenti tal-Qawra, u persuni oħra li jkollhom bżonn imorru għal xi servizz mill-Aċċess, jew mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li hemm fil-Qawra qed isibuha diffiċli minħabba nuqqas ta’ servizzi ta’ karozzi tal-linja, jista’ l-Ministru jassigura li llum qabel għada jinbidel u jiżdied dan is-servizz f’dawn l-inħawi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bl-introduzzjoni tan-network il-ġdid ser ikun hemm servizz tat-trasport pubbliku li jgħaddi minn Dawret il-Qawra fiż-żewġ direzzjonijiet. Għaldaqstant, min ikollu bżonn jagħmel użu miċ-ċentru tal-Aċċess jew tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Qawra se jkun moqdi b’dan is-servizz. Dan it-tibdil huwa ppjanat illi jiġi ntrodott sal-aħħar ta’ din is-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu maċ-ċivil f’April 2013 u kemm hu llum, maqsuma skont il-kategoriji ta’ mpjieg kif huma fiċ-ċivil?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kif jirrizulta minn din it-tabella minn April 2013 sa Settembru 2015, 72% tal-impjiegi li ¿diedu fiċ-ċivil kienu fil-gradi medici, fil-gradi tal-infermiera u l-paramedici u fil-gradi tal-edukazzjoni.
Fil-fatt minn April 2013 sa Settembru 2015 zdiedu 809 impjiegi fil-gradi medici, fil-gradi tal-infermiera u l-paramedici u fil-gradi tal-edukazzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li huma mpjegati maċ-ċivil u li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ mpjiegi skont il-liġi ta’ impjieg ta’ persuni b’diżabilità? F’liema gradi huma impjegati dawn il-persuni u kemm hemm impjegati f’kull każ u f’kull dipartiment?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fl-aħħar t’Awwissu, 2015 kien hemm 225 impjegati fis-Servizz Pubbliku li huma rreġistrati mal-Kummissjoni Persuni b’Di¿abilita’.
Dettalji tal-gradi li huma rreġistrati bihom mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, kif ukoll tal-Ministeri jew Dipartimenti li huma rreġistrati magħhom, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kienet il-kwantità ta’ tadam li ntilef din is-sena minħabba l-preżenza qawwija tat-Tuta absoluta fit-tadam?? X’tip ta’ kumpens hu mistenni li jingħata lill-bdiewa minħabba dan it-telf ta’ produzzjoni?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond kif infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, l-Aġenzija tal-Pagament Agrikoli u Rurali għadha qed tistenna s-sottomissjonijiet finali dwar deliveries tat-tadam tal-2015 għall-iproċessar mingħand l-proċessuri kollha tat-tadam, u għaldaqstant għadu kmieni wisq sabiex tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kunsilli lokali li talbu biex ikollhom ħaddiema iktar mill-complement kif stabbilit mil-Liġi? Liema minn dawn it-talbiet ġew approvati? X’kien ir-riżultat, f’termini ta’ żieda ta’ impjegati b’riżultat ta’ dawn l-approvazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17796 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Billi huma bosta ċ-ċirkostanzi li fihom siti ta’ kostruzzjoni jitħallew mhux imdawra sew b’xi forma ta’ protezzjoni, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm irċeviet ilmenti l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar dan, lokalità b’lokalità matul din is-sena? X’passi ttieħdu, u dwar liema każijiet ttieħdu dawn il-passi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’refernza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 18005, inżid li huma ftit ħafna l-każi li qed issir referenża għalihom peress li dan l-Uffiċċju jara lant ta’ kostrużżjoni fit-totalita’ tiegħu u mhux f’iżolament u meta kien hemm każi li qed issir referenża għalihom tingħata ordni relattiva biex tiġi regolariżżata l-pożizzjoni.
Transport Malta – spezzjonijiet fuq tpinġija ta’ reserved parking spaces
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17820, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif għal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, dwar liema, skont Transport Malta huma l-permessi kollha li ġew approvati minn Transport Malta u li għadhom validi għal kull waħda mill-kategoriji ta’ sinjali bħal dawn? F’kull każ, f’liema toroq jinsabu dawn l-ispazji riservati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija tal-Qawra kellhiex raporti ta' preżenza ta' sustanzi bħad-drogi f'xi inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar jekk irriżultax xi każ pożittiv minn dawk li rċeviet il-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li waqt il-qadi ta’ dmirijithom jew waqt investgazzjonijiet il-Pulizija tal-Qawra u sezzjonijiet oħra speċjalment, l-Iskwadra ta’ Kontra Drogi, ikollhom diversi ħjiel jew informazzjoni dwar presenza ta’ sustanza ta’ drogi, f’dan il-każ anke fl-inħawi ta’ San Pawl. Konsegwenza ta’ dawn l-investigazzjonijiet li joriġinaw minn diversi sorsi jew rapporti u anke waqt il-qadi normali tax-xogħol tagħhom, fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Gunju ta din is-sena, il-Pulizija irriżultawlhom erbatax (14) il-każ, fl-inhawi ta’ San Pawl il Baħar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17643, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ir-risposta tfissirx li fil-verità, l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu ma tafx min għandu ftehim validu jew le, u lanqas qed tikkontrolla li il-ftehim filfatt ikun wieħed validu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
B’referenza għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17643, huwa ndikat b’mod ċar illi fi spezzjonijiet li jsiru kemm għar-rigward ta’ applikazzjonijiet ġodda kif ukoll għal dawk ta’ rutina li l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu tagħmel fi stabillimenti tal-ikel, jiġi assigurat li hemm ftehim bejn l-istabbilimenti u kolletturi awtorizzati għal ġbir ta’ swill.
Għal darb’oħra nagħmilha ċara, għal benefiċċju tal-Onorevoli Nterpellant, illi l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu m’hijiex l-Awtorita` kompetenti għal separazzjoni ta’ skart, sorveljanza u monitoraġġ ta’ abbuż mill-operaturi ta’ tali stabbilimenti.
San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar – vetturi mneħħija mit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm vetturi li tneħħew mit-toroq matul din is-sena, minn San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar? X’kienet ir-raġuni li tneħħew dawn l-istess vetturi? Jista’ jgħid il-Pulizija x’informazzjoni għandha dwar karozzi li għandhom pjanċa barranija u li jkunu f’Malta? Kemm ilha għandha din l-informazzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm sitta u erbgħin każ ta karozzi li tneħħew mit-toroq minn San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar. Ħdax tneħħew minn Naxxar, tlieta u tletin minn San Pawl il-Baħar u tnejn mil-Mellieħa. Ir-raġunijiet huma kif indikat fit tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Dwar l-informazzjoni fuq il-vetturi bi pjanċi ta’ registrazzjoni barranin, il-Pulizija ġeneralment tiriċievi rapporti mil-pubbliku jew tosservahom waqt ir-ronda. Kien hemm li kienu b’insurance skaduta jew ma jkunux ġew reġistrati ma’ Transport Malta fiż-żmien stipulat mil-liġi, għalkemm bosta minnhom ikunu ta’ ostaklu u għalhekk ġew irmonkati, kif ukoll raġunijiet oħra, kif jidher fit-tabella.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17616, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu s-siġar u l-pjanti magħżula mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, kif intgħażlu s-siti fejn tqegħdu, u kif ġie garantit li dawn is-siġar u pjanti kienu tajbin għall-postijiet li tpoġġew fihom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti l-għażla tas-siti u l-pjanti oriġinali saret mill-Kunsill Lokali fuq linji gwida li ngħataw mill-konsulenti mqabbda fuq dan il-proġett. Wara l-ewwel sottomissjoni tal-Kunsill Lokali saru tibdiliet mill-konsulenti skond il-karatterstiċi tas-sit – kemm fuq effetti mix- xemx, mid-dell u mir-riħ, it-tip u daqs tal-pjanti mixtieqa, l-manteniment neċessarju u l-ispejjeż involuti biex b’ hekk l-għażla tkun ibbażata kemm jista’ jkun fuq dan kollu. L-ispeċi li ntagħżlu għal Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar huma kif ġew irrapurtati diġà fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13048.
Lista ta’ lokalitajiet – twaqqiegħ ta’ bini u qtugħ ta’ blat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17795 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm waslu rapporti għand il-Building Regulations Office matul din is-sena? Fejn kienu l-każijiet li ġew rappurtati u kemm kien hemm każijiet f'kull lokalità li ġew irrapurtati, u x'passi ttieħdu mill-Building Regulations Office dwar il-każijiet rrapurtati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena, jiġifieri bejn Jannar u Ġunju 2015 daħlu total ta’ 1759 ilment fl-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini. Dawn kienu mqassma 110 f’Jannar, 110 fi Frar, 145 f’Marzu, 363 f’April, 559 f’Mejju u 472 f’Ġunju. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bir-rapporti li daħlu f’kull xahar f’postijiet differenti. Kull każ saritlu speżżjoni u ttieħdu l-passi neċċessarji skont il-Liġijiet ta’Malta.
Lista ta’ lokalitajiet – twaqqiegħ ta’ bini u qtugħ ta’ blat
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17795, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xorta waħda rapporti dwar dan li waslu għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u fil-każ, jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn ir-rapport għaddewx għand il-Building Regulations Office?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi la darba l-infurzar tar-regolamenti rigward xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ ta’ bini f’zoni turisici fix-xhur tas-sajf jaqgħu fir-responsabilta` tal-Building Regulation Office, meta l-Awtorita` tircievi ilmenti dwar dan, hi tinforma lill-klijenti li huma ghandhom jikkuntatjaw lill-Building Regulation Office.