Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #20172 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi — skemi ta' għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm lukandi li bbenefikaw minn xi skema ta' għajnuna biex il-lukandi f'Malta u Għawdex jibdew jużaw l-ilma baħar għal diversi affarijiet fil-lukandi? Jekk kien hemm, fiex tikkonsisti din l-għajnuna u kemm kienet l-ispiża involuta bħala sussidju/għajnuna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat tal-Iżvilupp tal-Prodott fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, m’għandux informazzjoni dwar xi skemi jew proġetti ta' għajnuna biex il-lukandi f'Malta u Għawdex jibdew jużaw l-ilma baħar.

Skart Organiku — boroz

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu s'issa r-riżultati marbutin mal 'hekk imsejħa 'tielet borza' u ċjoè dik tal-iskart organiku?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti l-proġett fir-rigward tal-hekk imsejħa ‘tielet borża’ beda f’Lulju 2015 b’kampanja edukattiva bieb bieb f'ħames lokalitajiet li huma B'Kara, Bormla, Għaxaq, Mdina u Ta’ Xbiex. L-iskop ta’ din il-kampanja hu li tispjega lir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet l-iskop ta' dan il-proġett u kif sa jiffunzjona. Kull dar qed tingħata ukoll barmil u boroż apposta biex jinġabar l-iskart organiku fihom. Ninsab infurmat ukoll li l-ġbir propju tal-iskart organiku minn dawn il-lokalitajiet ser jibda l-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru 2015. Il-Ministeru jkun f'pożizzjoni li jagħti informazzjoni dwar riżultati marbutin ma’ dan il-progett ladarba l-ġbir tal-iskart organiku jibda fil-ġranet li ġejjin fil-lokalitajiet imsemmija.

Bini ta' serer u ġwiebi — policies

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux xi policy partikolari marbuta mal-bini ta' serer u ġwiebi? Jekk iva, kif qed jassiugra li dawn il-policies jiġu osservati?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policies dwar bini ma jaqgħux fi ħdan dan id-dekasteru, u għaldaqstant nitolbu jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

In-Naxxar — Triq li tgħaqqad Triq is-Salina ma' Triq Burmarrad - xogħlijiet

Question

Billi sqaq il-Kustinjuż, limiti tan-Naxxar, triq li tgħaqqad Triq is-Salina, ma' Triq Burmarrad tinsab fi stat tal-biki, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jassigura li din l-istess triq tingħata wiċċ bit-tarmak, iktar u iktar minħabba li din l-istess triq tista' sservi ta' passaġġ għall-karozzi li jkunu sejrin f'direzzjonijiet opposti, b'mod partikulari lejn il-Magħtab?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Għajn Tuffieħa — Triq li tieħu mix-Xemxija - xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19669, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fejn se jiġi miftuħ l-ilma li se jgħaddi minn dawn il-culverts? Min se jagħmel dan ix-xogħol? Kemm se jiġi jiswa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilma li se jkun qed jgħaddi mill-culverts se jinġabar skont arranġamenti mal-bdiewa tal-lokal. Bħalissa Transport Malta qiegħda għaddejja b’xogħlijiet ta’ skavar tal-culverts u se jkun qed jingħata wiċċ ġdid lil parti minn din it-triq. Ix-xogħlijiet ta’ skavar u dawk relatati mal-culverts se jiswew mal-75,000 Ewro.

Burmarrad — xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta se jsir ix-xogħol fuq it-toroq li fadal isir f'Burmarrad?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq dawn it-toroq isiru skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Transport Malta — talbiet għal toroq fil-kampanja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta ssottomettietx talbiet ġodda għal toroq fil-kampanja biex jitjiebu fl-istat tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ toroq rurali li qed isiru hija skont il-grant agreement u għaldaqstant ma kienx hemm sottomissjonijiet ġodda.
Leg 12 PQ #20091 Sitting 311 2015-10-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema ma' awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qed jaħdmu mal-awtoritiajiet u korporazzjonijiet tal-Gvern f'Marzu 2013 u kemm hu llum? F'liema aġenziji huma impjegati dawn il-persuni? Kemm huma impjegati ma' kull entità separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tad-Djar — appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema appartamenti u fejn, se jinbnew għall-Awtorità tad-Djar matul is-sena d-dieħla? Kemm se jinbnew f'kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar qed tiffinalizza eżerċizzju waqt li wkoll għaddejjin diskussjonijiet mal-MEPA sabiex jiġu identifikati l-aħjar siti għall-bini ta’ appartamenti. Għalhekk, il-lista dwar liema appartamenti u fejn ser jinbnew għadha ma tistax tingħata għalissa.
Leg 12 PQ #19957 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Urban Improvement Fund – tiswijiet ta’ toroq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħlasijiet li jsiru mill-Urban Improvement Fund jistgħux jintużaw biex isiru tiswijiet fit-toroq tal-madwar proġetti partikolari, liema toroq jitkissru b’riżultat ta’ tali proġett? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar twettaqx xi forma ta’ spezzjoni fuq it-toroq ta’ madwar il-proġett, kemm qabel jinbeda x-xogħol kif ukoll wara li jitlesta x-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onorevoli Membru li proposti li normalment jikkwalifikaw għal-UIF huma dawk li huma imniżżla skont id-dokument mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll il-link : http://www.mepa.org.mt/projects-initiatives ,l-ispezzjonijiet li jsiru huma marbutin u limitati mal-progetti li jkunu maqbula b'mod kontrattwali li jikkwalifikaw għal-fondi tal-UIF.
Leg 12 PQ #19958 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjonijiet, awtoritajiet, kumpaniji u aġenziji tal-Gvern – ħaddiema impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li huma impjegati mad-diversi korporazzjonijiet, awtoritajiet, kumpaniji u kull tip ta’ aġenzija oħra tal-Gvern, preżentament, każ b’każ? Kemm kien in-numru ta’ persuni impjegati mal-istess gruppi, separatament f’Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 18805
Leg 12 PQ #19959 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Art mhux maħduma — ħamrija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma, u fejn qegħdin, f’numru għal kull lokalità, it-talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex art mhux maħduma, tinkesa bil-ħamrija jew tiżdied ħamrija ma’ dik li diġà hemm? Kemm art hija proposta li tiġi affetwata b’tali applikazzjonijiet? Kemm tali applikazzjonijiet ġew approvati mill-MEPA, matul l-aħħar tliet snin? Kemm art kienet affetwata b’dawn id-deċiżjonijiet, u f’liema lokalità, lokalità b’lokalità, jinsabu dawn l-ispazji?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19959, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiema ħamsa u għoxrin (25) applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ tqiegħid jew żieda ta’ ħamrija fuq art mhix maħduma u ġew approvati għaxar (10) applikazzjonijiet għall-istess tip ta’ żvilupp mill ewwel ta’ Jannar 2013 sa llum. Annessa tinsab lista li turi l-ammonti ta’ applikazzjonijiet u l-ammonti totali ta’ art f’metri kwadri, kif kwotata mill-Periti fl-applikazzjoni oriġinali, ta’ dawn l-applikazzjonijiet maqsuma skont il-lokalità. Lokalità Ammont ta' Applikazzjonijiet Ammont ta' Art f'metri kwadri Dingli 1 1,800 Ghajnsielem 1 315 Gudja 1 4,621 Mqabba 1 4,412 Naxxar 1 1,230 Rabat 1 4,100 Safi 1 905 San Gwann 1 303 Siggiewi 1 1,559 Xewkija 1 1,440 Grand Total 10 20,685

Pulizija f'żoni turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux f'pożizzjoni li jassigura li fis-sajf li ġej, jibdew joperaw pulizija għaż-żoni turistiċi kif kien imwiegħed kważi tliet snin ilu? Jekk iva, minn fejn hu mistenni li jibdew joperaw dawn il-pulizija u x'se tkun il-funzjoni tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa maħsub li dan l-proġett pilota se jibda f’April 2016. Il-ħsieb huwa li nibdew miż-żona ta’ Paceville-San Ġiljan minħabba n-numru ta’ bed-stock li hemm f’din iż-żona.

Neighbourhood watch — programm

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru fassalx xi programm li permezz tiegħu jibda jopera n-neighbourhood watch flimkien mal-kunsilli lokali? Minn fejn hu mistenni li jinbeda dan il-programm?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 11650.
Leg 12 PQ #19966 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Bereġ f'Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-bereġ li fadal jaħdmu fid-diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex? F'kull każ, x'servizz qed joffru minn dawn il-bereġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li hawn 43 Berga f’Malta, wahda ghal kull local kif gej – Sta. Lucia, B’Bugia, Tarxien, Luqa, Kalkara, Vittoriosa, Senglea, Fgura, Ghaxaq, Gudja, Zejtun, Pembroke, Ta’ Xbiex, Pieta’, San Gwann, St. Julian’s, Msida, Sliema, Zebbug, Siggiewi, Hamrun, St. Venera, Qrendi, Mqabba, Kirkop, Marsa, Safi, Valletta (Evans), Zurrieq, Zabbar, M’Scala, Xghajra, M’Xlokk, Dingli, Attard, Gharghur, Lija/Balzan, Iklin, Mellieha, St. Paul’s Bay, Naxxar, Mtarfa, u Mgarr. Minn kull berga jinghata servizz ta’ tabib tal-familja u nfermiera. F’Ghawdex hemm 12 Berga: Xewkija, Ghasri, Gharb, San Lawrenz, Nadur, Qala, Ghajnsielem, Munxar, Kercem, Zebbug, Sannat, Xaghra. Servizz ta’ Speech Language Pathologist jinghata wkoll minn dawn il-bereg - Attard, B’Bugia, Dingli, Għargħur, Ħamrun, Kirkop, Mellieħa, Mġarr, Mtarfa, Naxxar, Qrendi, Safi, St. Paul’s Bay, Sta Venera, Tarxien, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. Jinghata wkoll is-servizz tal-lifestyle clinic f’dawn il-bereg: Gudja, San Gwann, Msida, Zabbar, Zurrieq, Mellieha, Naxxar, St Paul’s Bay u Hal-Tarxien
Leg 12 PQ #19930 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta’ pompi tal-petrol — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm preżentament applikazzjonijiet għall-bini ta’ pompi tal-petrol f’Malta u Għawdex quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Fejn, bħala lokalità huma dawn l-applikazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li bħal issa din għandha quddiemha seba’ u sittin (67) applikazzjoni għal żvilupp relatati ma’ pompi tal-petrol. Mit-tagħrif mogħti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-applikazzjonijiet saru f’dawn il-lokalitajiet kif indikat f’din it-tabella : Kunsill Lokali Ammont Attard 2 Birkirkara 3 Birzebbugia 1 Floriana 1 Ghajnsielem 2 Ghaxaq 1 Gzira 2 Hamrun 1 Iklin 2 Kirkop 1 Lija 1 Luqa 3 Marsascala 1 Marsaxlokk 1 Mdina 1 Mellieha 1 Mosta 2 Mqabba 1 Msida 3 Naxxar 3 Paola 2 Qormi 4 Rabat 2 Rabat (Gozo) 3 Safi 1 San Giljan / Sliema 1 San Pawl il-Bahar 6 Santa Venera 1 Siggiewi 2 Swieqi 1 Tarxien 1 Xaghra 1 Xewkija 2 Zabbar 2 Zebbug 1 Zejtun 2 Zurrieq 2 Total 67
Leg 12 PQ #19931 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta’ Djar tal-Anzjani — applikazzjonjiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm preżentament applikazzjonijiet għal Djar tal-Anzjani, f’Malta u Għawdex? F’liema lokalitajiet huma dawn l-applikazzjonijiet inkluż talbiet għal charge of use għal djar tal-anzjani? Kemm minnhom huma tal-Gvern, kemm minnhom huma tal-privat u kemm huma f’forma ta’ PPP?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat mill l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiemha tnejn u tletin (32) applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ djar tal-anzjani li tletin minnhom saru mill-privat, waħda mill-gvern u oħra minn kunsill lokali. Mit-tagħrif moghti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-applikazzjonijiet saru f’dawn il-lokalitajiet kif indikat f’din it-tabella : Kunsill Lokali Ammont Attard 1 Balzan 1 Balzan / Lija 1 Birkirkara 2 Birzebbugia 1 Gharb 2 Gudja 1 Gzira 1 Hamrun 1 Marsascala 1 Msida 1 Mtarfa 1 Pieta 1 Rabat (Gozo) 2 Safi 1 San Giljan 2 San Lawrenz 1 San Pawl il-Bahar 1 Santa Lucija 1 Sliema 2 Swieqi 2 Vittoriosa (Birgu) 1 Xaghra 1 Zebbug 3 Total 32
Leg 12 PQ #19947 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq Parti Ġużepp Calleja - ħmieġ f'bitħa ta' flat

Question

Billi diversi drabi saru kuntatti dwar it-tindif meħtieġ f'bitħa fi blokk ta' appartamenti, fi Triq Patri Ġużepp Calleja, San Pawl il-Baħar, liema bitħa hi mnittna b'kull tip ta' ħmieġ u sid il-flat jinsab imsiefer, jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tas-Saħħa jikkoordina mal-pulizija biex din il-bitħa titnaddaf għaliex qed tikkawża problemi kbar lir-residenti l-oħra tal-blokk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17373

Appartamenti tal-Gvern — tiswijiet

Question

Billi qed jingħad li se ssir tiswija ta' blokki ta appartamenti tal-Gvern, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema blokki se jsir xogħol fihom? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fejn l-appartamenti diġà nxtraw mill-privat hux ser jsir xogħol ta' manutenzjoni fihom ukoll? Fejn inbeda x-xogħol s'issa, u jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx każijiet fejn ix-xogħol inbeda issa, iżda l-istess xogħol kien diġà mibdi f'Marzu li għadda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar kontinwament qed tagħmel xogħlijiet ta’ tiswija f’diversi blokki t’appartamenti tal-Gvern u tal-Awtorita’ tad-Djar madwar Malta u Għawdex. Ikun hemm każijiet fejn, allavolja l-appartamenti jkunu nxtraw, l-Awtorita’ tad-Djar xorta tagħmel tiswijiet, b’mod partikolari fejn dawn ikunu jirrigwardjaw areas komuni. Fejn kien inbeda kwalunkwe xogħol qed jitkompla u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #19955 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Selmun Palace Hotel — xerrej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu x-xerrej tal-binja ta’-Selmun Palace Hotel u jgħid meta hu mistenni li terġa’ tiftaħ il-bibien tagħha, kif ukoll bħala xiex se tkun qed tiffunzjona ladarba terġa’ tiftaħ din il-binja?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-binja ta' Selmun Palace ser tigi rritornata lill-Gvern sabiex dan jiskatta process kompetittiv halli din il-binja terga' tinfetah mis-settur privat ghal skopijiet turistici.