Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Qawra – bini ta’ ċentru għall-iscouts — pjanti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li jikkonċernaw il-bini ta’ Ċentru għall-iscouts fil-Qawra? Fejn se jinbena dan il-post? Fiex waslu l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess għal dan il-bini ħareġ f'Jannar tal-2014 .Qed inpoġġi kopja tal-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra.

CCTV Cameras – persuni li jarmu skart barra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma l-postijiet madwar Malta u Għawdex li fihom twaħħlu cctv cameras? Kemm twaħħlu cameras u kemm inqabdu nies f’kull każ, jarmu l-iskart? Kemm ittieħdu passi kontra persuni li nqabdu jarmu l-iskart?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għat-Tindif fis-sena 2014 xtara 4 CCTV cameras, li dawn jistgħu jiċċaqalqu minn post għall-ieħor skont l-esiġenzi. Il-CCTV cameras twaħħlu f’erba' postijiet fejn kien qed ikun hemm abbuż sfrenat ta’ rimi ta’ skart illegali, li kien jammonta għal tunellati kbar. Dawn il-postijiet huma kif ġej : Iż-Żejtun – Triq il-Ħotba Ħaż-Żabbar – Il-Foss Kalkara – Wied Għammieq Gżira – Manoel Island Matul ix-xhur li għaddew il-CCTV cameras, ġew imċaqalqa wkoll f’dawn il-postijiet : Floriana - Bombi Bormla – Verdala Hemm il-ħsieb li fil-ġimgħat li ġejjin in-numru ta’ cameras jiżdiedu, sabiex jintlaħqu iktar żoni. Tajjeb ngħidu li dawn il-cameras qed jitwaħħlu fejn jidhru, sabiex iservu ta’ deterrent u nevitaw li persuna tarmi fil-postijiet imsemmija. B’din il-loġistika qed nevitaw li jkompli li jsir rimi ta’ skart illegali fiż-żoni . Tajjeb ngħidu li fiż-żoni imsemmija l-abbuż ta’ rimi ta’ skart illegali waqaf totalment. Sa issa ġiet imressqa persuna waħda l-qorti.

Ponta tal-Fekruna — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fuq il-ponta tal-Fekruna? Kemm ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ tisbieħ fuq il-Ponta tal-Fekruna, fis-sit fejn qabel kien jinsab il-Fekruna Restaurant, bil-ħsieb li jitlesta sa’ l-aħħar ta’ Marzu 2016. S’issa l-ispejjeż li jkopru l-materjali (inkluż kiri ta’ inġenji) li qed jintużaw għall-implimentazzjoni tal-proġett kif ukoll dwal dekorattiv u railings jammontaw għal € 71,030.
Leg 12 PQ #20242 Sitting 320 2015-11-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ix-Xemxija — boathouses

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ boathouses tal-Gvern li hemm fl-inħawi tax-Xemxija, fejn qabel kien jorbot il-vapur t’Għawdex? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq dawn il-boathouses, u kemm mill-boathouses instab li għandhom ħsarat estensivi fihom, b’mod partikulari fis-saqaf? Billi fuq dawn il-boathouses hemm triq pubblika, jista’ jaċċerta li l-ħsarat li hemm f dawn il-boathouses jissewwa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-boathouses li qed jagħmel referenza għalihom huma mibnija fuq art li kienet ngħatat b’ċens perpetwu permezz ta’ kuntratt datat 20 ta’ Lulju 1728. Infurmat ukoll illi t-triq li hemm fuq dawn il-boathouses ġiet iffurmata meta nbnew dawn il-boathouses u għalkemm hija triq pubblika mhiex meqjusa bħala li hi proprjetà tal-Gvern.

Trasport Pubbliku — Tibdil ta’ rotot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbidlu rotot minn meta bdiet topera l-kumpanija l-ġdida, minn dawk li kienu użati fi żmien l-Arriva?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta bdiet topera l-kumpanija l-ġdida nbidlu is-sussegwenti rotot ġewwa Għawdex: · Rotta 301 Ir-Rabat - L-Imġarr · Rotta 303 Ir-Rabat - Ix-Xewkija - In-Nadur - Il-Qala – Għajnsielem - L-Imġarr · Rotta 307 Ir-Rabat - Ix-Xagħra · Rotta 312 Ir-Rabat - L-Għarb - San Lawrenz · Rotta 323 Ir-Rabat - Ix-Xewkija – Għajnsielem - L-Imġarr · Rotta 330 Ir-Rabat - Il-Fontana - Ix-Xlendi
Leg 12 PQ #20230 Sitting 318 2015-10-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta’ pompi tal-petrol — applikazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19930, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-applikazzjonijiet għall-bini ta’ pompi ta’ petrol indikati fir-risposta, diġà qegħdin quddiem il-case officers? Fejn huma dawn il-każijiet indikati fit-tweġiba?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li din għandha quddiema 34 applikazzjoni validata fejn għadu ma ġiex konkluż ir-rapport tad-Direttorat tal-Ippjanar. Tabella li turi l-ammonti ta’ dawn l-applikazzjonijiet kif inhuma maqsuma skont il-lokalità: Kunsill Lokali Ammont Għajnsielem 2 Ħal Għaxaq 1 Il-Gżira 1 L-Iklin 1 Ħal Luqa 2 Wied il-Għajn 1 Il-Mellieħa 1 Il-Mosta 1 In-Naxxar 2 Paola 2 Ħal Qormi 4 Ir-Rabat 1 Ir-Rabat (Għawdex) 3 San Ġiljan / Sliema 1 San Pawl il-Baħar 2 Is-Siġġiewi 1 Is-Swieqi 1 Ix-Xagħra 1 Ix-Xewkija 2 Ħaż-Żabbar 2 Iż-Żurrieq 2 Total 34
Leg 12 PQ #20231 Sitting 318 2015-10-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – pompi tal-petrol f’San Pawl il-Baħar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn jinsabu s-siti li saru applikazzjonijiet għalihom għall-bini ta’ pompi tal-petrol f’San Pawl il-Baħar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni kif mgħoddija mill-MEPA hija li zewg siti huma applikazzjonijiet għall-bini ta’ pompi tal- petrol ġodda f’San Pawl il-Bahar li huma dawn: Site at, Triq Burmarrad, Burmarrad, San Pawl il-Baħar Site at, Triq Burmarrad, Burmarrad, San Pawl il-Baħar

Transport Malta – Burmarrad – miżuri fuq triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minn Transport Malti sabiex fit-triq li minn Burmarrad twassal għat-Telgħa t’Alla u Ommu, jitneħħa l-periklu għax meta jinżel l- ilma tax-xita tegħreq parti minn din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-risponsabbilta’ ta’ Transport Malta. Madankollu iddiskutejt ma’ Transport Malta biex wieħed jara kif nistgħu nagħtu l-għajnuna tagħna. Infakkar lill-Onor. Interpellant f’Mistoqsija Parlamentari li hu stess kien għamel fl-2011 lill-Ministru responsabbli mill-infrastruttura ta’ dak iż-żmien fuq l-istess problema tat-triq imsemmija. Dak inhar, fi tweġiba għal din l-Mistoqsija, l-Onor. Interpellant kien ġie mwiegħed li għalkemm it-triq in kwistjoni kienet responsabilta’ tal-Kunsill Lokali, dak iż-żmien Kunsill Lokali Nazzjonalista, xorta “ix-xogħol kien se jiġi evalwat u kunsidrat fil-futur fil-kuntest tal-programm ta’ Transport Malta fejn jidħol – jekk ikun hemm il-fondi – biex jagħmel xogħol minflok il-kunsill lokali.” Jidher ċar li dawn ix-xogħlijiet baqgħu ma sarux kif kien imwiegħed, ġaladarba l-Onor. Interpellant qed jerġa jsaqsi fuq din it-triq.

Is-Salina – aċċess għar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-aċċess għar-residenti tas-Salina jitlesta? X’passi ttieħdu biex dan ix-xogħol isir fl-iqsar ħin possibli?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari 19188, u ċioe’ li l-permess mill-MEPA għal xogħlijiet permanenti għadu ma ngħatax lil Transport Malta u għaldaqstant l-Awtorita’ ma tistax tippjana data meta x-xogħlijiet huma mistennija jibdew jew jispiċċaw. Sadattant, Transport Malta diġa’ assigurat lir-residenti ta’ din iż-żona li ser tkun qed tagħmel arranġamenti neċessarji sabiex l-aċċess alternattiv li diġa’ ġie pprovdut, jibqa’ pprovdut sakemm jitlestew dawn ix-xogħlijiet.

Is-Salina – aċċess — pjanti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti differenti li saru għall-Aċċess għall-inħawi tas-Salina?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti msemmija huma diġa’ pubbliċi.

Toroq li djiequ minn two lanes għall-one lane

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tat-toroq li djiequ u minn two lanes saru one lane? Jista’ jqiegħed il-kopji tal-pjanti kif it-toroq kienu qabel u kif saru wara?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.
Leg 12 PQ #20205 Sitting 316 2015-10-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-IPSL – impjieg permanenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tal-IPSL (RSS) li ġew identifikati bħala li jistgħu jiġu mqiegħda f’impjieg permanenti, matul din is-sena? Ma’ liema organizzazzjonijiet, korporazzjonijiet jew awtoritajiet ġew impjegati b’mod permanenti, f’kull każ separatament? ? Kemm fadal persuni li għad iridu jiġu f’post permanenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Wara li fl-2014 gie ffinalizzat il-Ftehim Kollettiv li bih il-ħaddiema tal-RSSL ingħataw id-dinjita’ li jixraqilhom, illum l-Gvern qiegħed jagħti l-opportunita li fejn jkun hemm postijiet permanenti ma’ entitajiet pubblici u/jew servizz pubbliku, fejn ikun possibbli skont ir-regoli taċ-Ċivil, il-ħaddiema tal-RSSL jingħataw id-dritt li japplikaw. Ix-xogħol fuq l-ezerċizzju li għamel riferenza għalih l-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu għadu jinsab għaddej.
Leg 12 PQ #20206 Sitting 316 2015-10-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – ħwienet li qalbu l-kirja għal ċens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-ħwienet fil-Belt Valletta li tagħhom hu sid il-Gvern, , li matul din is-sena qalbu l-kirjiet tagħhom għal ċens,? Kemm fadal ħwienet biex jagħmlu din il-qalba?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-Iskema tal-Ħwienet li għalissa hija miftuħa għall-ħwienet tal-Belt biss, u dawn qegħdin jiġu proċessati. L-ewwel kuntratti mistennija jsiru fil-ġranet li ġejjien.
Leg 12 PQ #20207 Sitting 316 2015-10-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Negozju – koordinazzjoni dwar modi ta’ dixxiplina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu xi passi partikolari biex ikun hemm koordinazzjoni dwar modi ta’ dixxiplina fuq dawk li għandhom xi forma ta’ negozju? Jekk iva, f’liema oqsma seħħew xi bidliet matul din is-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #20208 Sitting 316 2015-10-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Land Registry – użu ta’ pjanti aġġornati tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jkun possibli li r-Reġistru tal-Artijiet jibda juża l-pjanti aġġornati li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #20209 Sitting 316 2015-10-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar/Qawra – proprjetajiet li jridu jiġu regolarizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proprjetajiet f’San Pawl il-Baħar/Qawra ġew identifikati biex jiġu regolarizzati? Fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet, f’liema toroq, u kemm units hemm involuti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riċerki sabiex jigi stabbilit it-titlu tal-art għadu għaddej. Kif jigi konkluz dan l-ezerċizzju, jkun jista’ mbagħad jinbeda l- proċess ta’ identifikazzjoni ta’ dawk il-propjetajiet li jkunu jridu jigu regolarizzati.
Leg 12 PQ #20210 Sitting 316 2015-10-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-art — sottomissjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm sottomissjonijiet għall- proposti għar-reklamazzjoni tal-art, matul din is-sena? Fejn huma l-lokalitajiet ta’ dawn il-proposti, u kemm minnhom qed jiġu evalwati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena , ma kien hemm l-ebda applikazzjoni mal-MEPA għar-reklamazzjoni tal-art.

Kunsilli Lokali — finanzjament - formoli

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra l-possibiltà li l-formola ta' finanzjament tal-kunsilli lokali tinbidel biex tkun iktar rapprezentattiva ta' dak li jiġri fil-lokalitajiet differenti, per eżempju biex tieħu in konsiderazzjoni l-fatt li jkun hemm bosta residenti fix-xhur tas-sajf li jkunu fil-lokalità differenti minn dik li jgħixu fiha matul il-kumplament tas-sena kif ukoll biex jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li bosta drabi jkun hemm ukoll numru kbir ta' viżitaturi fil-weekends, jew bosta turisti li kollha jkollhom effett fuq l-infrastruttura ta' lokalitajiet partikulari?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed isiru l-analiżi interni opportuni.

Kawżi ta' libelli maqgħtuha

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-kawżi ta' libell li nqagħtu matul l-aħħar tliet snin, li ma ġewx appellati? Kemm hu n-numru ta' kawżi li ġew appellati u li għadhom pendenti quddiem il-Qrati ta' Appell? Jista' jagħti tagħrif dwar f'kemm il-każ nqatgħet mingħajrJ m'hemm appell pendenti għaliha, fil-fatt tħallsu l-ħlasijiet li għalihom ġew ikkudannati li jħallsu dawk li ġew ikkundannati mill-qrati tagħna? Liema huma l-entitajiet/persuni li minkejja li ma appellawx għadhom ma ħallsux dak li kien dovut li jitħallas skont l-istess sentenzi tal-qrati Maltin?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġetti marbuta ma' Tent-Ts

Question

Jista ' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema partijiet tax-xogħol marbut mat-Tent-T għadu ma twettaqx? Meta hu mistenni li jitwettaq? B'mod partikolari, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li titkompla dik il-parti tal-proġett li tgħaqqad lill-San Pawl il-Baħar, mal-Mellieħa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tar-regolament tal-Unjoni Ewropea 1315/2013, li jkkonċerna l-linji gwida għar-reviżjoni tat-Trans-European Transport Network (TEN-T), l-istess network tat-TEN-T ġiet estiża minn 51km għal 112km. L-istess regolament imsemmi hawn fuq, jobbliga lill-Istati Membri sabiex ilestu t-TEN-T Core Network sas-sena 2030 u t-TEN-T Comprehensive Network sas-sena 2050. Fil-preżent hemm żewġ proġetti li huma ppjanati li jitlestew qabel is-sena 2020, li huma: - Upgrade tal-junction tal-Kappara - Upgrade tal-junction tal-Addolorata fil-Marsa