Legislature:
Category:
Reset
Active:

Traffic Counts

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar traffic counts fid-diversi postijiet madwar Malta u Għawdex? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-counts?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tiġbor traffic counts skont il-bżonn tal-proġetti u mhux b’mod perjodiku. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant mitlub jispeċifika għal-liema traffic counts partikulari qed jirreferi.

Avukati — Għajnuna legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ avukati li ntużaw biex jagħtu l-għajnuna legali permezz tas-servizz mogħti mill-Gvern stess? Min kienu l-avukati nvoluti f’dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ avukati li għadhom jagħtu s-servizz fuq il-lista tal-għajnuna legali fil-Qorti (Malta) huwa erbatax (14) filwaqt li għal Qorti (Għawdex) huma tlieta (3) għal total ta’ sbatax (17). Lista tal-ismijiet tal-avukati tal-għajnuna legali qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #20279 Sitting 323 2015-11-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Airfield – Economic and Social Impact Assessment u Cost benefit Analysis

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Economic and Social Impact Assessment u l-cost benefit analysis dwar airfield f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ta natura kummerċjali b’informazzjoni sensittiva u għaldaqstant ma tistax tiġi rilaxxata.
Leg 12 PQ #20280 Sitting 323 2015-11-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Airstrip – Environment Impact Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ħarġitx tender ta’ environmental impact assessment għal dak li jikkonċerna airstrip f’Għawdex? Jekk iva, min ingħata t-tender biex iwettaq dan ix-xogħol u fiex wasal dan ix-xogħol? Kemm hi mistennija tkun in-nefqa għal dan l-istudju?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infomazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #20281 Sitting 323 2015-11-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Studju dwar baga — Xlendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol dwar l-istudju marbut mal-baga fix-Xlendi? Jista’ jagħti tagħrif dwar min qed jagħmel dan l-istudju jekk għadu għaddej?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istudji għadhom iridu jiġu konklużi. Dawn l-istudji qegħdin isiru bir-reqqa u bl-attenzjoni neċessarja sabiex ma jiġix ripetut l-iżball oħxon li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

Miżuri tal-baġit — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif intużaw it--€2.6 miljun li hemm indikat f’paġna 203 tad-dokument intitolat Implimentazzjoni tal-Miżuri tal-Baġit? Kemm kien hemm persuni li ngħataw għajnuna permezz ta’ dan il-vot?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ninsab infurmat li meta fl-2013 tħabbret il-miżura tal-Budget 2014 dwar it-tined tal-baqar li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, din kienet ibbażata fuq il-ftehim li kien daħal għalih il-Gvern preċedenti mingħajr ma kien biss ipprovda l-flus għalih. L-istess ftehim kien ukoll nieqes minn investigazzjoni korretta dwar dak li kienu intitolati għalih ir-raħħala. Għaldaqstant, fil-Budget ghall-2014, il-Gvern preżenti kien impenja ruħu li fuq medda ta’ snin jonora dak il-ftehim mingħajr ovvjament ma jikser regoli tal-Unjoni Ewropea. Kien għalhekk li kien sar eżerċizzju dettaljat ta’ verifika li wassal sabiex jiġu proposti għall-ħlas l-ammonti reveduti korretti skond ir-regoli tal-għajnuniet statali. Sussegwentement tħallsu 17-il raħħal filwaqt li numru ta’ raħħala oħra ma aċċettawx u bdew proċeduri legali kontra l-Gvern. Ovvjament l-eżitu ta’ dawn il-proċeduri jimpatta l-ammonti finali iżda min-naħa tal-Ministeru din il-miżura kienet implimentat. Sadanittant mill-kawżi li saru sa issa l-Qorti qatgħet l-ewwel sentenza f’Ottubru 2015 u din kienet favur il-Gvern.

Il-Mellieħa – postijiet perikolużi

Question

Billi fit-triq li mill-Mellieħa tgħaddi mill-Miżieb u twassal sat-triq tal-Imbordin hemm numru ta’ postijiet li huma perikolużi ferm, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex kull fejn hemm bżonn jitwaħħlu crash barriers biex jiġu evitati inċidenti serji?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

AFM – proċess fin-negozju

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif il-Forzi Armati Maltin, qed jipparteċipaw fil-proċess li jassiguraw level playing field fin-negozju? X’sar s’issa f'dan ir-rigward mill-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jamplifika aħjar id-domanda

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – persuni rtirati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu jaħdmu mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u issa rtiraw mix-xogħol? Kemm minn dawn għamlu hekk wara 25 sena servizz? Kemm hemm persuni f'dan id-Dipartiment li għadhom jaħdmu minkejja li għalqu l-25 sena servizz?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Ottubru 2015 kien hemm disa’ (9) persuni li rtiraw mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Seba’ minn dawn il-persuni rtiraw wara li għalqu l-ħamsa u għoxrin sena servizz. Wiehed (1) wara li ġie promoss għall-Direttur f’dipartiment ieħor tal-Gvern u l-iehor (1) irtira biex mar jaħdem fil-privat. Fil-pre¿ent hemm 31 persuna oħra li għalkemm għalqu l-ħamsa u għoxrin sena servizz għadhom jaħdmu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Tnejn (02) minn dawn il-31 persuna applikaw għal-pre retirement leave u ser jitterminaw l-impjieg tagħhom fil-ġimgħat li ġejjin. Hemm persuna oħra li ser tittermina l-impjieg tagħha minn mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fil-gimgħat li ġejjin minħabba l-eta` u mhux wara ħamsa u għoxrin sena servizz.

AFM – persuni li ngħataw kumpens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, kien hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, li matul din is sena ngħataw kumpens minħabba li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Korp tal-Pulizija – persuni li ngħataw kumpens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li matul din is-sena ngħataw kumpens minħabba li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – persuni li ngħataw kumpens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li matul din is-sena ngħataw kumpens minħabba li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li ngħataw kumpens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li matul din is-sena ngħataw kumpens minħabba li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Trasport pubbliku – persuni li tkeċċew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet matul din is-sena ta’ persuni li bħala miżura ta’ dixxiplina, tkeċċew mill-impjieg mill-operatur tat-trasport pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni illi qiegħda tiġi mitluba tirrigwarda l-operat tal-kumpanija privata li tmexxi is-servizz tat-trasport publiku u għaldaqstant tali informazzjoni għandha tintalab lill- istess kumpanija.

Trasport Pubbliku — Introduzzjoni ta’ rotot ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġu ntrodotti r-rotot il-ġodda f’dawk li hu servizz ta’ trasport pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil fir-rotot il-ġodda tat-trasport pubbliku se jiġi ntrodott b’mod gradwali f’fażijiet differenti aktar tard din is-sena. Fil-preżent għadu ma ġie effetwat l-ebda tibdil kaġun ta’ azzjonijiet industrijali msejħa mill-union li tirrapreżenta lill-ħaddiema tat-trasport pubbliku, u diskussjoniijet li għadhom għaddejjin f’dan ir-rigward.
Leg 12 PQ #20249 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fidi ta’ ċens – sidien ta’ garaxxijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, lokal b’lokal, li talbu biex isiru s-sid sid tal-garaxx tagħhom, jew biex jifdu ċ-ċens tal-istess garaxx fil-housing estates?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din l-skema kienet giet mnedija fi Frar ta din is-sena. Qed ngħaddi l-lista tal-applikazzjonijiet li daħlu f' kull lokal, għall-bejgħ ta' Garaxxijiet tal-Gvern jew fidi taċ-ċens tal-art fuq liema hemm mibnija dawn il-garaxxijiet li jinsabu fil-housing estates. MOSTA 21 B'KARA 7 IKLIN 16 STA LUCIA 28 SAN GWANN 22 ZEJTUN 30 PIETA' 2 MARSA 6 ZURRIEQ 6 RABAT MALTA 7 QORMI 18 XGHAJRA 2 GHAXAQ 4 SAN GILJAN 10 GHARGHUR 6 ZEBBUG MALTA 11 SIGGIEWI 4 QRENDI 7 NAXXAR 23 FLEUR DE LYS 1 BIRGU 1 LUQA 4 KIRKOP 7 DINGLI 16 PEMBROKE 1 MGARR MALTA 6 SANTA VENERA 1 FGURA 3 BIRZEBBUGIA 12 TA'XBIEX 2 HAMRUN 3 ZABBAR 10 GUDJA 3 VALLETTA 2 ST PAUL'S BAY 1 KALKARA 4 RABAT GOZO 13 LIJA 4 SAFI 2 TOTAL 326
Leg 12 PQ #20250 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt – Strada Merkanti – is-Suq tal-Belt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhu mistenni li jkun l-użu ta’ dak li qabel kien is-Suq tal-Belt fi Strada Merkanti? Meta hu mistenni li jibda jintuża għal dak il-għan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Suq l-antik tal-Belt wara snin ta’ telqa u kwazi abbandun, se jingħata l-ħajja mill-ġdid b’investiment privat ta’ 7 miljun ewro li se jibdel dan il-bini storiku f’ċentru kummerċjali ta’ikel, kultura u divertiment. Il-bini ta-Suq ha jkun ukoll restawrat fejn se ssir twaqqigħ tal-ġebel ezistenti fi ħdan il-qafas oriġinali tal-azzar sabiex jinfetaħ u jigi żviluppat mill-ġdid l-ispazju fil-qafas ezistenti tiegħu.H jsir ukoll restawr tal-istruttura tal-ħadid fondut fl-istess Suq li kien inbena bejn l-1860 u l-1861 u li huwa uniku f’Malta.
Leg 12 PQ #20251 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Household Budgetary Survey – indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-Household Budgetary Survey? Liema elementi rriżultaw li għandhom bżonn jinbidlu biex jiġi aġġornat l-indiċi tal-prezzijiet? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk b’riżultat ta' dan il-proċess inbidlux xi elementi importanti meħtieġa għall-indiċi tal-prezzijiet? Jekk kien hemm, liema kienu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi l-proċess qiegħed fil-fazi tal-ġbir tal-informazzjoni mingħand il-households, u r-rizultati preliminari huma mistennija li jiġu provduti lejn l-aħħar tas-sena 2016. Qabel ma l-informazzjoni ta’ sena sħiħa ma tkunx miġbura kollha, l-NSO mhix se tkun f’pozizzjoni li tagħti ħjiel fuq jekk l-istruttura tal-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut hix ser tinbidel meta komparata ma’ dik precenti.

Kunsilli Lokali — għajnuna għal xandir

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta' għajnuna ngħatat lill-kunsilli lokali, u lil liema minnhom, biex il-kunsilli jkunu f qagħda li jxandru l-laqgħat tagħhom fuq l-internet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħarġu tlett sejħiet li minnhom ibbenefikaw il-Kunsilli Lokali kollha. Dawn kienu permezz ta’ ‘Memo 17/2013 – Live Streaming’, fejn kull Kunsill ibbenefika sa massimu ta’ €2,300 għax-xiri tal-apparat u sena streaming; ‘Memo 17/2014 – Internet’, fejn kull Kunsill jew qed jitħallaslu l-internet mal-Melita plc sabiex issir l-istreaming, jew jekk daħlu f’kuntratt ieħor, qed jingħataw €25 fix xahar rimbors, l-istess ammont kemm qed jitħallas lill-Melita u ‘Memo 5/2014 – Streaming’, fejn kull Kunsill se jingħata sa massimu ta’ €1,000 fis-sena għal tlett snin oħra konsekuttivi għall-ispejjeż ta’ l-istreaming.

Klabbs tal-waterpolo — kollaborazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19929, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-applikazzjonijiet għal titjib fil-faċilità tal-klabbs tal-waterpolo li huma pendenti għand il-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru, ma għandux applikazzjonijiet għal titjib fil-faċilità tal-klabbs tal-waterpolo li huma pendenti.