Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bini ta' serer u ġwiebi — policies

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20174, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-risposta timplikax li l-Ministeru mhux qed jagħti l-feedback tiegħu lill-MEPA dwar policies marbuta mal-bini ta’serer u ġwiebi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, intenni li r-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20174 kienet korretta u dan għas-sempliċi fatt li l-mistoqsija kienet dwar ‘policy’ ta’ bini, jew ossia żvilupp, ta’ ġwiebi u serer. Il-Ministeru tiegħi mhux responsabbli mill-politika relatata mal-iżvilupp jew bini ta’ ġwiebi u serer u allura lanqas biex jassigura li tali politika tkun osservata. Min-naħa l-oħra dan bl-ebda mod ma jimplika dak li qed jgħid l-Onorevoli Interpellant ossia li l-Ministeru ma jagħtix ‘feedback’ meta dan jintalab minnu mingħand il-MEPA. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf ukoll li lil hinn mil-lat ta’ aspett ta’ żvilupp li jaqa’ taħt il-MEPA, il-Ministeru m’għandux lanqas xi rwol regolatorju speċifiku fil-każ ta’ ġwiebi u serer. Iżda għat-twettiq tal-proċessi tar-Rural Policy and Design Guidance maħruġa mill-MEPA fl-2014, il-Ministeru jipprovdi f'mod regolari u kull meta mitlub l-informazzjoni relevanti lill-Agriculture Advisory Committee li jirċievi kull applikazzjoni li għandha x’taqsam ma’ żvilupp agrikolu.

Proġetti marbuta ma' Ten-Ts

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20171, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta marbuta mat-toroq tat TEN-T? Liema huma t toroq li jiffurmaw d-differenza fit-toroq bejn 51km u 112km?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tan-network oriġinali tat-Ten-T, li tiddefinixxi n-network ta’ toroq ta’ 51km; kif ukoll kopja tal-pjanta hekk kif ġiet riveduta għal 112-il kilomteru.

Proġetti marbuta ma' Ten-Ts

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20171, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ir-risposta għal din id-domanda timplikax li t-triq li twassal sal-Mellieħa hux se jibda x-xoghol fuqha qabel is-sena 2020?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għadha qed tikkonsidra l-aħjar mod ta’ kif għandha tipproċedi fuq din it-triq minħabba l-fatt li hemm diversi sfidi ambjentali u tekniċi. Madanakollu, qegħdin jiġu diskussi numru ta’ interventi li jistgħu jsiru qabel sabiex titejjeb it-triq eżistenti. Pero, wieħed irid iżid li, anke dawn l-interventi huma bħalissa dipendenti fuq xogħlijiet pendenti tal-kumpaniji tas-servizzi.

12-il distrett — proġetti ta’ restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ta' restawr li hu mistenni li jinbdew fit-12-il distrett matul ix-xhur li ġejjin?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Università ta’ Malta – korsijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema korsijiet ġodda nbdew din is-sena fl-Università ta' Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' korsijiet ġodda li bdew jew se jibdew fl-Università ta’ Malta fis-sena akkademika 2015/6.

Università ta’ Malta – korsijiet tal-masters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema korsijiet tal-Masters hu mistenni li jinfetħu matul ix-xhur li fadal f’din is-sena skolastika? Liema dipartimenti fl-Università hu possibli li fihom isiru studji f'livell ta' Masters, permezz ta' riċerka?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korsijiet li jwasslu għall-grad ta’ Master li huma mistennija li jinfetħu fl-Università ta’ Malta fis-sena akkademika 2015/6 (Frar 2016).

Kennedy Grove – siġar maqlugħin minħabba mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm siġar kellhom jinqalgħu minħabba xi mard, mill-Kennedy Grove (San Pawl il-Baħar)? X’kienet ir-raġuni għal dan il-qlugħ?

Response (BRINCAT, LEO)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 16658, ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti illi r-raġuni għalfejn inqalgħu dawn is-siġar kienet waħda ta’ mard bil-moffa. Infakkar ukoll li kif diġà għidt fit-tweġiba inkwistjoni dawn is-siġar kienu tat-tip Cupressus Leylandii li jien infurmat li jbatu minn din it-tip ta’ marda. Fil-fatt hija l-politika tad-Direttorat tal-Parks li s-siġar ta’ dan it-tip li qed jimirdu b’din il-marda qed jinbidlu b’siġar oħra tat-tip Cupressus Sempervirens li huma iżjed resistenti u adattati għall-kilma Mediterranja.

Siġar u pjanti li jingħataw mill-Privat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux xi arranġament partikulari ta' PPP, biex il-gvern jingħata siġar/pjanti mill-Privat, li mbagħad jintużaw għal xi proġett pubbliku?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li m’hemm l-ebda arranġament formali biex siġar u pjanti jingħataw mill-privat għal xi proġett pubbliku. Madankollu ta’ min wieħed isemmi li kien hemm żieda sostanzjali ta’ kumpaniji privati li resqu ‘l quddiem u offrew għotjiet ta’ siġar u pjanti. Din hija xi ħaġa li qed titqies pożittiva u inkoraġġanti għaliex apparti li tikkomplimenta l-ħidma tal-Gvern fil-qasam tal-afforesazzjoni, tiftaħ oppurtunità biex kumpaniji li fil-biċċa l-kbira tagħhom m’għandhom l-ebda rabta diretta mal-qasam ambjentali, xorta waħda jkunu jistgħu jagħtu xhieda tal-impenn ambjentali tagħhom permezz ta’ turija ta’ Corporate Social Responsibility kif spiss jagħmlu wħud minnhom b’sehem attiv fi ‘clean up campaigns’.

Toroq li djiequ

Question

Billi waqt id-dibattitu tal-baġit ta' din is-sena kien hemm referenza għal toroq li djiequ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu dawn it-toroq li saret referenza għalihom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li għamilt referenza għalihom saru kollha fi żmien l-amministrazzjonijiet preċedenti u li hu kien jifforma parti minnha.

Ajruplani tal-Gwerra – spazju ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk irriżultalhiex lill-Transport Malta li fil-jiem bejn it-Tlieta, 20 ta’ Ottubru u l-Ħamis, 22 ta’ Ottubru għaddew xi ajruplani tal-gwerra mill-ispazju tal-ajru ta’ Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’hiex l-entita’ responsabbli fuq dan is-suġġett. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #20299 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjonijiet, awtoritajiet, kumpaniji u aġenziji tal-Gvern – ħaddiema impjegati

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19958 u 18805, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li huma inklużi fl-informazzjoni li ngħatat fir-risposta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li r-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 18805 tirreferi għall-Impjegati Pubbliċi li qegħdin f’Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, kif mitlub mill Onor. Interpellant stess.
Leg 12 PQ #20436 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Bajja tax-Xemxija u l-inħawi tal-Veċċja — irwejjaħ

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga r-raġuni li għaliha, kemm fl-inħawi tal-bajja tax-Xemxija, kif ukoll fl-inħawi tal-Veċċja San Pawl il-Baħar qed ikun hemm riħa ta’ drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li wara li dawn issiġillaw it-tappieri tad-drenaġġ fl-inħawi msemmija m'għadx hemm aktar riħa ta' drenaġġ.
Leg 12 PQ #20437 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – tqegħid ta’ mains tal-ilma fl-inħawi ta’ Għajn Stas u San Martin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq it-tqegħid ta’ mains tal-ilma fl-inħawi ta’ Għajn Stas u San Martin, fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet tal-mains tal-ilma fl-inħawi ta' Għajn Stas se jitlestew is-sena d-dieħla wara li jinħareġ it-tender biex jintgħażel il-kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet.
Leg 12 PQ #20438 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr – pjanti tat-toroq – mains tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tat-toroq li minnhom se jgħaddu l-mains tal-ilma fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-mains tal-ilma fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr se jgħaddu minn dawn it-toroq: · Triq il-Biedja, Manikata · Għajn Tuffieħa Camp Site · Għar u Casa c/w Barkazza · Triq il-Kaħli · New Street in Port Ruman · Sant'Anna c/w Dun F. Sciberras · Triq il-Mistra · It-Telgħa ta' Selmun · Parti minn Triq il-Manikata · Parti minn Triq il-Marfa · New Street in Triq l-Etna · Triq Profs David Trump · Triq Selmun · Triq it-Tumbrell

12-il distrett — proġetti ta’ restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ta' restawr li qed iwettaq il-Ministeru fil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Il-Kappara — xogħlijiet

Question

B’referenza għad-diskors tal-baġit tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, u b’mod partikolari għal dik il-parti tad-diskors li tittratta alternative routes għal dawk li huma x-xogħlijiet meħtieġa b’riżultat tax-xogħol li mistenni jsir fil-Kappara, jista’ jagħti tagħrif dwar liema se jkunu r-rotot li se jiġu miftuħa/irranġati biex minnhom jgħaddi t-traffiku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li se jiġu rranġati huma s-segwenti: San Ġwann Triq l-Istefanotis San Ġwann Triq R. Caruana Dingli Gżira Triq Reggie Miller San Ġwann Triq G.Briffa, Triq il-Plejju San Ġwann Triq Birkirkara (from Triq in-Naxxar to Triq Bellavista) San Ġwann / Swieqi p/o Triq il-Pelikan San Ġwann p/o Vjal ir-Rihan San Ġwann p/o Triq in-Naxxar, Triq Mensija to Triq Birkirkara; p/o Triq in-Naxxar from Triq Birkirkara sal- junction San Ġwann / San Ġiljan p/o Junction taħt il- bridge fi Triq Birkirkara San Ġwann p/o Triq Bella Vista San Ġiljan p/o Triq Birkirkara San Ġiljan p/o Telgħet San Ġiljan San Ġwann p/o Triq il-Balal (San Ġwann) Msida p/o Triq M.A Vassalli Msida/Gżira p/o Rue D'Argens

Ċertifikazzjoni ta’ effiċjenza tal-enerġija — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta jistgħu jintlaqgħu applikazzjonijiet minn persuni interessati, biex jagħmlu l-kors li permezz tiegħu jkunu jistgħu joħorġu ċertifikazzjoni ta’ effiċjenza tal-enerġija għall-bini kemm dak privat, kif ukoll dak kummerċjali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li ż-żmien biex wieħed jinkiteb għall-korsijiet ta’ bini kummerċjali (non-dwellings) għalqu u qed isiru l-lezzjonijiet u l-eżamijiet rispettivi tagħhom. Fir-rigward t’imkejjen domestiċi (dwelllings) il-ħsieb hu li jsiru korsijiet għal din il-kategorija fl-2016.

Sistema tal-Parole — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li applikaw biex jibbenefikaw mis-sistema tal-parole? Kemm minn dawn il-każijiet ġew approvati u kemm ma kenux approvati?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.
Leg 12 PQ #20293 Sitting 325 2015-11-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl — drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jinvestiga r-raġuni li għaliha fl-inħawi tal-għassa u l-BOV fi Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar, qed ikun hemm riħa qawwija ta’ drenaġġ kważi l-ħin kollu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li minn investigazzjonijiet li saru irri¿ulta li ma kien hemm ebda riħa ta' drenaġġ fl-inħawi msemmija. Il-Korporazzjoni se tkompli tosserva ż-żona msemmija biex tassigura li f'każ li jkun hemm xi riħa ġejja mis-sistema tad-drenaġġ, jittieħdu l-passi meħtieġa.

Is-Salina – xogħlijiet fuq l-inħawi tas-salini tal-melħ

Question

Billi matul dawn l-aħħar xhur ma jidhirx li kien hemm ħaddiema fuq ix-xogħol tant meħtieġ dak li jitkompla l-inħawi tas-Salini (għal dak li jikkonċerna x-xogħol fuq l-inħawi tas-salini tal-melħ), jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol fuq dan il-proġett? Liema hu x-xogħol li fadal isir f’dan il-post?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-pedamenti tal-pont tal-ħadid fl-entratura tas-Salini tal-melħ. Fil-frattemp ix-xogħol tal-pont tal-ħadid innifsu hu prattikament lest fil-fabbrika tal-kuntrattur u hekk kif jitlesta x-xogħol tal-pedamenti dan jkun jista’ jitpoġġa f’postu. Wara li jitlesta dan ix-xogħol , ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet ikun jeħtieġ li jagħmlu l-aħħar xogħlijiet tat-tlestija tat-triq interna li tgħaqqad mal-pont. Ix-xogħol fuq il-pont u x-xogħol fuq it-triq interna mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena.