Legislature:
Category:
Reset
Active:

Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar – tourism police

Question

Billi skont informazzjoni li dehret f’xi ġurnali, jidher li fl-inħawi ta’ Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar mhux ser jiżdiedu pulizija msejħa tourism police, jista’ l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li din id-deċiżjoni tiġi riveduta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li peress li qed jingħataw lectures fir-reklutaġġi dwar l-istorja, il-patrimonju u l-kultura nazzjonali sabiex l-Pulizija jkollhom għarfien aħjar dwar dawn is-suġġetti u għalhekk dawn il-Pulizija huma f’pożizzjoni aħjar li jkunu ta’ servizz għat-turisti.

MEPA — policies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar sottomissjonijiet mill-Ministeru għal dak li jikkonċerna l-policies li hemm jew li kien meħtieġ li jinbidlu għal dak li jikkonċerna l-MEPA, u liema kienu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-Ministeru fuq diversi policies li jikkonċernaw l-MEPA huwa kontinwu.

Breakfast Club

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti u mil-liema lokalità li jattendu l-breakfast club?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti reġistrati biex jattendu l-Breakfast Club huwa ta’ 2,405. L-istudenti jiġu minn dawn il-lokalitajiet: Għajnsielem, Għarb, Kerċem, Nadur, Qala, San Lawrenz, Sannat, Victoria, Xagħra, Xewkija, Iż-Żebbuġ, Għargħur, Mellieħa, Mosta, Naxxar, San Pawl il-Baħar, B’Buġia, Għaxaq, Gudja, Kirkop, Mqabba, Qrendi, Safi, Żurrieq, Gżira, Pembroke, San Ġwann, Sliema, San Ġiljan, Floriana, Ħamrun, Marsa, Paola, Pieta’, Valletta, Luqa, Qormi, Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Bormla, Kalkara, Isla, Birgu, Xgħajra, Żabbar, Attard, Baħrija, Dingli, Mġarr, Mtarfa, Rabat, Birkirkara, Lija, Balzan, Iklin, Msida, Santa Venera, Fgura, Marsascala, Marsaxlokk, Tarxien u Żejtun.

Skejjel tal-Gvern – każi ta’ bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta’ bullying li ġew irrapurtati fi skejjel tal-Gvern, skola skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li n-numru ta’ każijiet ta’ bbuljar bejn studenti li ġew irrappurtati fi skejjel tal-Gvern huwa kif ġej: Skejjel Primarji 118 Skejjel Sekondarji 165 Skola Post-sekondarja 1 ALP 6

Programmi ta’ tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema skejjel ġew imnedija programmi ta’ tagħlim għal dawk it-tfal li la jafu bil-Malti u lanqas bl-Ingliż qabel ma jintegraw b’mod totali fil-kumplament tal-klassi? Kemm kien hemm tfal li ġew mogħtija dan it-taħriġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena skolastika kurrenti sat-3 ta' Novembru 2015, infetħu ħamsa u għoxrin (25) klassi għal studenti fl-Iskejjel Primarji (mill-Year 1 sa Year 6). Dawn il-klassijiet huma mqassma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kemm jista’ jkun, il-klassijiet ġew iffurmati minn studenti ta’ etajiet qrib xulxin – jiġifieri, per eżempju,Yr 1-3 grupp għalih u Yr 4-6 grupp għalih. Fejn hemm numru ta’ klassijiet ikbar bħal f’San Pawl il-Baħar u San Ġwann, il-gruppi ġew iffurmati aktar bi tfal tal-istess eta`. Fl-Iskejjel Sekondarji is-sitwazzjoni hi xi ftit differenti minħabba li dawn għandhom numru ta’ studenti li ġejjin minn pajjiżi differenti u bi ħtiġijiet ta’ sapport differenti. Hemm Skejjel Sekondarji bħal Mosta Żokrija, Pembroke u Naxxar li minħabba n-numru ta’ studenti, diġa għandhom gruppi stabbiliti ta’ studenti li qed jingħataw dan is-sapport. Skejjel Sekondarji oħra, bħar-Rabat, Żejtun, Kirkop, Sliema, Blata l-Bajda u Ħandaq, qed jingħatalhom sapport b’mod regolari għal numru ta’ sessjonijiet kull ġimgħa minn għalliema mħarrġa.

MCAST — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ żgħażagħ li qed jistudjaw fl-MCAST? F’liema linja ta’ studju qed jistudjaw l-istudenti li hemm f’dawn il-korsijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li qed jistudjaw fl-MCAST hu ta’ 6,676. Dawn l-istudenti huma mqassmin kif se nsemmi: Istitut Għadd ta’ studenti Institute of Applied Sciences 556 Institute of Business Management and Commerce 1151 Institute of Community Services 1184 Institute for the Creative Arts 856 Institute of Engineering and Transport 1535 Institute of Information and Communication Technology 1160 Gozo Campus 203 Pathway to Independent Living 31 Total 6676

Skola Primarja tal-Mellieħa – trasport provdut mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu l-iskola primarja tal-Mellieħa u li jitwasslu l-iskola permezz tat-trasport provdut b’xejn mill-Gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li jitwasslu l-iskola primarja tal-Mellieħa permezz tat-trasport provdut b’xejn mill-Gvern huwa ta’ 190 student.

Malta Shooting Federation – shooting range

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk intlaħaqx ftehim mal-Malta Shooting Federation, dwar fejn u meta se tinbena shooting range tal-għola livell?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat tal-Isport qed iżomm kuntatt kontinwu mal-Malta Shooting Federation u għaqdiet oħra dwar fejn u meta se tinbena shooting range tal-ogħla livell.
Leg 12 PQ #20487 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Maltin f’ħabsijiet barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hawn ċittadini Maltin li jinsabu miżmuma f’ħabsijiet barra minn Malta u f’liema pajjiż? Kemm minn dawn għadhom qed jistennew li jiġu proċessati u kemm minnhom qegħdin iservu sentenzi ta’ ħabs?

Response (VELLA, GEORGE)

Hemm tlettax-il persuna ta' nazzjonalita' Maltija li jinsabu miżmuma f'ħabsijiet barra minn Malta, kif imsemmi hawn taħt : Awstralja 5 Italja 1 Brażil 1 Libja 1 Renju Unit 2 Stati Uniti 1 Ġappun 1 Tuneżija 1 Tnejn minnhom għadhom qegħdin jistennew li jibdew il-proċeduri kriminali kontrihom.
Leg 12 PQ #20488 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Maltin rapportati nieqsa barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux rapporti ta’ Maltin li b’xi mod mhux magħruf ġew irraportati nieqsa meta kienu jinsabu f’pajjiż barra minn Malta? F’liema pajjiżi huma rrapportati nieqsa u f’kull każ kemm ilhom hekk nieqsa?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm każ ta' persuna Libjana li għandu wkoll passaport Malti li ġie rrapurtat nieqes minn daru f'Benghazi f'Novembru 2011. Minn dak iż-żmien 'l hawn ma sar ebda kuntatt, sa fejn huwa magħruf, mal-familja tiegħu u ma hemm ebda ħjiel fejn jista' jkun.

Diskors tal-baġit – 50 miljun ewro — proġetti Housing Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti u fuq kemm żmien hu mistenni li jintefqu l-50 miljun ewro għall-housing soċjali ġdid li hemm indikati fid-diskors tal-budget li qara l-Ministru tal-Finanzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa pjanat li l-50 miljun ewro għal housing soċjali ġdid li hemm indikat fid-diskors tal-budget jintefqu fuq perjodu ta' tliet snin. Il-lista dwar liema huma dawn il-proġetti ma tistax tingħata għalissa peress li bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar qed tiffinalizza eżerċizzju ta’ liema huma l-aħjar siti għal dan il-proġett, waqt li wkoll għaddejjin diskussjonijiet mal-MEPA sabiex isiru xi amendi fuq il-pjanti ezistenti.
Leg 12 PQ #20478 Sitting 329 2015-11-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li qed iwettaq il-Ministeru għal Għawdex f’kull waħda mil-lokalitajiet li hemm Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x’inhuma x-xogħlijiet li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu.

Transport Malta — esproprjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-esproprjazzjonijiet li saru din is-sena wara talba minn Transport Malta? Fejn huma dawn l-esproprjazzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Minstru kkonċernat.

Transport Malta – policy għar-residential parking schemes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jista’ jiġi stabbilit residential parking scheme f’xi lokalità partikolari? Liema policy qed tuża Transport Malta biex jiġu stabbiliti residential parking schemes fid-diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent mhux qed jiġu pproċessati talbiet għal Parkeġġ ikkontrollat għar-Residenti għax il-polza għal tali skema ġiet ristrutturata u ser titnieda bħala parti mid-dokument tal-polza l-ġdida dwar il-parkeġġ fit-toroq fejn sussegwentament kull skema eżistenti trid ukoll tottempra ma’ tali polza hekk kif riveduta.

Residential Parking Schemes — awtorizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li għandhom residential parking schemes awtorizzati? F’kull każ, meta ġew awtorizzati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi ta’ Parkeġġ Ikkontrollat għar-Residenti huma awtorizzati fil-lokalitajiet hekk kif elenkati fl-Avviż Legali 293 tal-2001, fl-Avviż Legali 200 tal-2009, fl-Avviż Legali 76 tal-2011 u fl-Avviz Legali 157 tal-2013. L-awtorizzazzjoni fuq bażi permanenti għal kull skema hija d-data tal-Avviż Legali rispettiv.

Toroq — Service culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema toroq qed isiru diskussjonijiet mal-korporazzjonijiet li jagħtu servizz, biex fihom isiru service culverts fil-ġnub tal-istess toroq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li service culverts jiġu diskussi ma’ kull entita’ li tagħti servizz qabel kull proġett ta’ rikostruzzjoni f’toroq arterjali u distributorji.
Leg 12 PQ #20483 Sitting 329 2015-11-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – użu ta’ art għal ċentru sportiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk seħħewx xi żviluppi dwar l-użu tal-art li fil-passat kienet maħsuba li se tintuża bħala ċentru sportiv fl-inħawi tal-Qawra, San Pawl il-Baħar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru W313.

Clamping zones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iċċarat min, bejn il-pulizija u TM hu responsabbli mill-kontroll ta' clamping zones? Liema huma l-clamping zones li għandna f'pajjiżna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, hekk kif stipulat fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.13, iż-żoni ta' klampjar jiġu ndikati f'avviż li jinħareġ mill-Kummissarju tal-Pulizija.

Qrati Maltin – maġistrati/imħallfin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li jinħtieġu maġistrati/imħallfin biex ilaħħqu max-xogħol tal-Qrati Maltin?

Response (BONNICI, OWEN)

Sabiex ngħinu lil Maġistrati u Imħallfin ilaħħqu max-xogħol tal-Qorti, mhiex kwistjoni biss li nżidu iktar membri tal-ġudikaturi. L-effiċjenza tas-sistema tista' titjieb b'riżultat ta' emendi legali li qed nagħmlu, kif ukoll ta' tisħiħ ta' riżorsi li ser joffru assistenza diretta lil ġudikatura, bħal l-impjieg riċenti tal-guristi. Iżda, huwa minnu ukoll li kellna nuqqas ta' membri ta' ġudikatura kemm fil-kamp ċivili kif ukoll f'dak kriminali, u dan aħna bdejna nindirrizzawh bid-diversi ħatriet li għamilna dawn l-aħħar snin. Nafu ukoll li hemm qrati partikolari li jeħtieġu aktar membri tal-ġudikatura sabiex ileħħqu aħjar max-xogħol li għandhom. L-istatistika tindika li hemm bżonn ta' aktar riżorsi f'dawn il-qrati: Kamp Ċivili: - Qorti tal-Appelli Ċivili Superjuri - Qorti Ċivili Prim'Awla - Qorti tal-Maġistrati Kamp Kriminali: - Qorti tal-Appell Kriminali Inferjuri
Leg 12 PQ #20470 Sitting 328 2015-11-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – policy għal bini ta’ serer u ġwiebi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex xi policy speċifika għal dak li jolqot il-bini ta' serer u ġwiebi? X'tip ta' kollaborazzjoni hemm bejn il-MEPA u l-Ministeru responsabbli mill-Agrikultura, għal dak li jirrigwarda dan is suġġett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għanda policies kemm għall-bini ta' serer kif ukoll għal bini ta’ ġwiebi. Dawn il-policies jinstabu f’dokument wieħed, cioe, ir- Rural Policy and Design Guidance, 2014 li ġie fis-sehh fit 22 ta’ Awwissu 2014, u jġibu in-numru 2.6 u 2.7 rispettivament. Dawn l-istess policies jesigu li waqt il-process ta’ applikazzjoni ghal dan it tip ta’żvilupp, fost l-ohrajn, isiru konsultazzjonijiet ma’ l- Agricultural Advisory Committee (AAC), kif ukoll ma’ l-Awtorita responsabbli mill Ambjent u r-Riżorsi. Id-Dipartiment tal- Agrikultura jigi kkonsultat dwar kull applikazzjoni li tirrigwardja żvilupp relatat ma’ l-agrikultura qabel l-AAC jaghti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.