Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar – xogħlijiet fuq slipways

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħol li qed jitwettaq fuq slipways f’San Pawl il-Baħar? Fuq liema slipways qed isir dan ix-xogħol? Kif intgħażlu s-slipways li fuqhom twettaq ix-xogħol? Fuq liema slipways oħra fl-istess lokalità hu mistenni li jsir xogħol? Meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, f’San Pawl il-Baħar qed isiru interventi fuq żewġ slipways li jagħmlu parti mill-moll tal-Veċċja. Dan il-moll qed jiġi restawrat u msaħħaħ wara li ġarrab ħsarat estensivi peress li għal numru ta’ snin ma kienet saret l-ebda manutenzjoni fuqu. Skont il-pjanti approvati mill-MEPA, bħala parti minn dan il-proġett, slipway żgħira eżistenti se tkun qed tingħalaq sabiex jiżdied aktar spazju fuq il-moll. Min-naħa l-oħra, slipway akbar eżistenti se tkun qed issir mill-ġdid u se tiġi mwessgħa biex taqdi aħjar il-ħtiġijiet tas-sajjieda tal-post. Ninsab infurmat ukoll li dan ix-xogħol qed isir wara proċess ta’ konsultazzjoni mas-sajjieda tal-post, residenti taż-żona u anke mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Barra minn hekk, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li riċentament sar ukoll xogħol ta’ bini mill-ġdid fuq slipway fix-Xemxija (żona tal-Fekruna), li tlesta fil-jiem li għaddew. Din is- slipway tifforma parti mill-moll fejn jinħatt il-ħut tas-sajjieda.

Boroż ta’ studju — Masters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema kategoriji ta’ studju ngħataw is-651 borża ta’ studju f’livell ta’ Masters, kategorija b’kategorija, skont l-istudju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li s-651 borża ta’ studju f’livell ta’ Masters kollha taħt l-iskema MASTER it! ingħataw f’dawn il-kategoriji: § Creative Industries § Educational Services § Environment § Financial Services § High End Manufacturing § Higher Quality Tourism § ICT § Life Sciences § Transport & Advanced Logistics

Business Incubation Centre — studji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studji għaddejjin fil-Business Incubation Centre ta’ Kordin? Liema aspetti ta’ produzzjoni qed jiġu mistħarrġa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Business Incubation Centre ġewwa Kordin (KBIC) għandu l-għan li jilqgħa intrapriżi innovattivi fil-perjodu ta’ start-up. Bħalissa hemm ħmistax-il kumpanija start-up fi stadji differenti tal-business life cycle tagħhom. Dawn il-kumpaniji jispecpalizzaw f’ setturi diversi li jvarjaw minn l-inġinerija, riċerka fuq produzzjoni ta materjal avvanzat, produzzjoni ta’ logħob diġitali riċerka u żviluppp fil-manifattura avvanzata u għodot speċjalizzati.

Boroż ta’ Studju – Malta Government Scholarship Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar f’liema oqsma ingħataw boroż ta’ studju għallMalta Government Scholarship Post Graduate Scheme matul il-perjodu Marzu 2013 sa Settembru 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-boroż ta’ studju li ngħataw taħt il-Malta Government Scholarships Scheme – Post Graduate matul il-perjodu Marzu 2013 sa Settembru 2014 kienu f’dawn id-disa’ oqsma: § Aerospace § Education § Environment § Crops and Food Biotechnology § Health Biotechnology § Financial Services ICT § Digital Games Production § High Value Added Manufacturing § Tourism
Leg 12 PQ #20530 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – tenders għall-ġonna u parks

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm każijiet pendenti quddiem id-Dipartiment tal-Artijiet, dwar talbiet biex ikun hemm ħruġ ta' tenders biex jiġu kkummerċjalizzati faċilitajiet f'ġonna u parks, madwar Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 20530, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Artijiet għandu talba waħda pendenti quddiemu.

Kennedy Grove — parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk, fl-inħawi ta' Kennedy Grove, hux se jkun possibli li tipparkja, biex individwu jkun jista' jagħmel użu mill-faċilitajiet tal-istess inħawi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li fil-viċinanzi ta’ Kennedy Grove diġa’ hemm faċilitajiet adekwati ta’ parkeġġ. Fl-istess ħin ma hux rakkommandabbli li xi parti tal-park tkun użata għall-parkeġġ u dan minħabba periklu għal min juża’ l-park. Fil-fatt jien infurmat li qatt, l-anqas fl-amministrazzjoni preċedenti, ma kien hemm xi ħsieb bħal dan.

Tkabbir ta’ siġar indiġeni

Question

Billi riċentement kien hemm diversi okkażjonijiet fejn saret referenza għall-fatt li suppost se jsir tħawwil ta' siġar indiġeni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn qed jitkabbru dawn is-siġar, jew minn fejn inxtraw/se jinxtraw?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari it-tkabbir ta’ siġar/pjanti ġodda isir ġewwa l-mixtla f’Ta’ Qali. Meta jkun hemm bżonn xiri dan isir b’tender.
Leg 12 PQ #20512 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każijiet ta’ approval by default

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' approval by default, matul din is-sena? F'liema dipartimenti kien hemm dawn id-defaults, u kemm f’kull Ministeru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-enfasi fuq id-direttiva numru 8 hija fuq deċizjonijiet fil-ħin u fuq il-ħtieġa li kull uffiċċjal pubbliku jagħraf il-klijenti tieghu. Il-ħidma fuq din id-direttiva hija iktar biex narawha titwettaq milli biex narawha tfalli. Fil-fatt id-direttiva halliet il-frott mixtieq sa issa.

Land Registry – użu ta’ pjanti aġġornati tal-MEPA

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20208 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jkun possibli li r-Reġistru tal-Artijiet jibda juża l-pjanti aġġornati li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li din kienet waħda mis-sistemi li tħallew f’telqa assolut mill-gvern preċedenti fil-Lands & Public Registry. Il-pjanti tal-artijiet f’waħda mis-sistemi ta’ dan id-dipartiment ilhom ma jiġu aġġornati għal dawn l-aħħar 8 snin. Filfatt, ħafna ismijiet tat-toroq fil-pjanti li jinħarġu bħalissa mid-dipartiment ma jaqblux ma dawk preżenti. Wara li qed isir l-upgrade neċessarju fis-software flimkien ma diskussjonijiet mal-MEPA, jekk kollox imur kif pjanat, sal-aħħar ta’ din is-sena se jkollna l-pjanti aġġornati u b’hekk il-pubbliku se jkun jista’ jixtri l-pjanti bl-ismijiet tat-toroq kif fattwalment huma.

Negozju – koordinazzjoni dwar modi ta’ dixxiplina

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20207 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qed jittieħdu xi passi partikolari biex ikun hemm koordinazzjoni dwar modi ta’ dixxiplina fuq dawk li għandhom xi forma ta’ negozju? Jekk iva, f’liema oqsma seħħew xi bidliet matul din is-sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-l-Onor. Interpellant xi jrid ifisser bil-kelma dixxiplina.

Buġibba – Kennedy Drive – triq użata bħala car park

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li wara li tkun lesta Triq il-Kosta t-triq eżistenti minn ħdejn Kennedy Drive sad-daħla ta’ Buġibba fejn illum hemm il-lights, tiġi konvertita għall-car park?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex din iż-żona tinbidel f’car park, il-Kunsill Lokali irid jagħmel talba lill-MEPA li min-naħa tagħha tikkonsulta ma’ Transport Malta.

Triq il-Kosta – persuni li jkunu jridu jinżlu jgħumu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun possibli biex persuni li jkunu jridu jinżlu ħdejn il-baħar, jagħmlu dan fit-tul ta’ Triq il-Kosta? Jista’ jassigura li jkun hemm aċċess għal fuq il-blat u l-baħar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm aċċess għal fejn il-baħar fejn kien possibli u permessibli li jsir tul Triq il-Kosta.
Leg 12 PQ #20520 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz pubbliku — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma, il-ħaddiema li ġew impjegati mas-servizz pubbliku, skont il-kategoriji tax-xogħol, kategorija b’kategorija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.

Pulizija tat-traffiku — taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija, b’mod speċjali dawk li mhumiex pulizija tat-traffiku, hux qed jingħataw xi taħriġ speċifiku qabel ma jintbagħtu jikkontrollaw it-traffiku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-taħriġ li jingħataw ir-rekluti fl-akkademja jinkludi appuntu l-kontroll tat-traffiku. Ninfurmah ukoll li perjodikament jingħa wkoll taħriġ aġġornat lil membri l-oħra tal-korp.

Ċitazzjonijiet għal ksur tar-regolamenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta’ ċitazzjonijiet li ħarġu għall-ksur ta’ regolamenti tat-traffiku matul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena, il-Pulizija ħarġet 2,352 il-ċitazzjoni fuq reati kontra l-liġijiet tat-traffiku kif ukoll u 54,265 traffic offence ticket fid-diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex.

San Pawl il-Baħar – Triq tax-Xtut – tneħħija ta’ karozza abbandunata

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex titneħħa karozza li hemm abbandunata fi Triq tax-Xtut, il-Qawra, San Pawl il-Baħar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-vettura msemmija tneħħiet minn triq tax-xtut, il-Qawra.

Il-Qawra – tneħħija ta’ karozza

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex karozza abbandunata, imkissra u bla number plate li hemm wara l-knisja tal-Qawra titneħħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-vetturi msemmija tneħħew.

Rapporti dwar siringi fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija rċevewx xi rapporti matul l-aħħar ġimgħat, li kien hemm siringi mitluqin mal-art fit-triq? Jekk iva, x’passi ttieħdu mill-pulizija biex dawn is-siringi jitneħħew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul l-aħħar gimgħat ta’ Settembru u Ottubru 2015, il-Pulizija rċiviet ħmistax –il rapport rigward siringi mitluqin fl-art. Infurmat ukoll li wara li l-Pulizija televa s-siringi misjuba, dawn jiġu mogħdija liċ-Ċentru tas-Saħħa tal-lokal sabiex jiġu distrutti. Il-Pulizija tkompli tagħmel spezzjonijiet u sorveljanza fiż-żona ta’ fejn jinstabu s-siringi sabiex telimina kull abbuż ta’ droga.
Leg 12 PQ #20511 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttiva 7 – ingaġġ ta’ ħaddiema minn awtoritajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet matul l-2015, fejn awtoritajiet ingaġġaw ħaddiema skont id-direttiva numru 7, u ċjoè mingħajr ma għaddew mill-proċess tal-PAHRO? Kemm ġew ingaġġati nies b’riżultat ta’ hekk, f'liema livell u fejn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Għassa tal-Qawra — Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm żdiedu pulizija fl-għassa tal-Qawra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mid-29 ta’ Settembru 2015 u ċjoè meta spiċċa l-aħħar reklutaġġ ta' Kuntistabbli, sas-27 t’Ottubru 2015 kien hemm tmien (8) membri tal-Korp li ġew stazzjonati fid-distrett tal-Qawra.