Jista’ l-Ministru jgħid b’liema frekwenza jsiru l-ispezzjonjiet fuq il-pelican lights u traffic lights oħra li għandna f’pajjiżna? Jista’ jgħid jekk hemmx xi sistema ċentrali li tikkontrolla jekk ikunx hemmx ħsara fid-dwal jew le?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights u l-pelican lights ta’ Malta kollha jiġu spezzjonati min Transport Malta darbtejn fix-xahar. Transport Malta izzomm rekords ta’ dawn l-ispezzjonijiet u meta jkun hemm ħsarart jiġu irrapurtati lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru tal-Infrastrutura u Transport.
Billi jidher li r-roundabouts li hemm fit-Triq tal-Kosta jinħtieġilhom sinjalazzjoni iktar ċara, jista’ l-Ministru, permezz ta’ Transport Malta, jieħu l-passi neċessarji biex fejn meħtieġ, tiżdied is-sinjalazzjoni? B’mod partikolari, jistgħu jittieħdu passi biex fejn ir-roundabout ta’ qabel tibda nieżel lejn Baħar iċ-Ċagħaq, jittieħdu l-passi neċessarji biex ikun hemm xi crash barriers, minħabba l-blat li tħalla (għax hekk kien hemm bżonn) fl-istess roundabout?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta kienet diġa qiegħda tieħu l-passi neċessarji fir-rigward ta’ sinjali ta’ traffiku u x-xogħol kien għadu għaddej meta l-Onor. Interpellant għamel d-domanda tieghu. Installazzjonijiet addizzjonali minn dawk ippjanati jiġu kkunsidrati wara il-“post construction road safety audit” li huwa it-tielet “safety audit” li jsir fuq dawn it-tip ta’ proġetti.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20232, billi issa għadda iktar żmien milli kien għadda bejn il-perjodu ta’ meta għamilt il-mistoqsija parlamentari fl-2011 u l-elezzjoni li għaddiet, jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jassigura li din it-triq isir fiha x-xogħol neċessarju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-risponsabbilta’ ta’ Transport Malta u x-xogħlijiet fuq dawn it-toroq isiru skont il-prijoritajiet, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, flimkien mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali waslux għall-konklużjoni dwar liema hu l-Ministeru li hu responsabbli dwar il-clamping f'pajjiżna?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li, hekk kif stipulat fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.13, iż-żoni ta' klampjar jiġu ndikati f'avviż li jinħareġ mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-pjanti pubbliċi li jissemmew fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20234? Liema waħda mill-pjanti pubbliċi ġiet użata biex isir l-aċċess neċessarju għall-inħawi tas-Salina?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposata finali li Transport Malta ħejjiet għall-aċċess neċessarju għall-inħawi tas-Salina hija murija fil-pjanti li ġew sottomessi taħt l-applikazzjoni tal-MEPA, PA 01238/15.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għall-Intern wasalx għal-konklużjoni dwar liema ministeru huwa responsabbli mill-kwestjoni tal-clamping f'pajjiżna?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ministeru kkonċernat huwa l-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern wasalx għal xi deċiżjoni dwar il-mod ta' kif se tintuża l-art li fuqha kien maħsub li se jinbena ċ-ċentru sportiv tal-Qawra?
MEPA – Triq San Pawl il-Baħar – Applikazzjoni għal bini
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċevietx xi applikazzjoni biex l-ispazju miftuħ li hemm fi Triq San Pawl il-Baħar (St. Paul's by the Sea), San Pawl il-Baħar isir xi bini fuqu? Jekk iva, x'applikazzjoni jew permess hemm għal dan l-ispazju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant illi L-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irceviet applikazzjoni waħda fuq dan is-sit, PA 1421/10, biex isir ġnien pubbliku.L-applikazzjoni saret f’Marzu 2010 mill-Perit Graziella Galea. Dan il-permess ħareġ fil-15 ta’ Jannar, 2014.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif jiġu ttrattati applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini li jkunu qed isiru fuq siti li għalihom ikun għad hemm permessi validi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni l-ġdida tigi ttratata fuq il-merti tagħha, skont il-polices u l-proċeduri li jkunu japplikaw fiż-żmien ta' meta tigi proċessata l-applikazzjoni l-ġdida. Kull commitment bil -permess ta' qabel jittiehed ukoll in konsiderazzjoni. B'hekk jista jirrizulta li jkun hemm iktar minn permess wiehed validu fuq l-istess sit, kemm f'dak li jirrigwarda n-natura tal-proġett kif ukoll fejn jikkonċerna lill-perit u/jew l-applikant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'każ fejn l-applikazzjoni l-ġdida tkun qiegħda ssir minn perit differenti minn dak li jkun għamel l-applikazzjoni li għaliha l-permess ikun għadu validi, tali perit ikunx infurmat li saret applikazzjoni oħra fuq is-sit li tiegħu jkun perit?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f'każ ta’ applikazzjoni ġdida minn perit differenti, il-perit ta l-ewwel applikazzjoni ma jigix infurmat, hlief meta t-talba tkun biss għal renewal of permit fejn tintalab change of architect form ffirmata miż-żewg periti.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20235, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tat-toroq li minn two lanes kull direzzjoni, saru one lane f’kull direzzjoni u dan mill-1800 sal-lum?
Response (MIZZI, JOE)
Ma narax il-ħtieġa biex nuża r-riżorsi umani limitati sabiex niġbor informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peres li din trid ammont kbir ta’ ħin sabiex tinġabar.
Billi jirriżulta li numru ta’ toroq li nħarġu t-tenders għalihom, u li diġà ntgħażel il-kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol fuqhom, x-xogħol mhux ser jinbeda għalissa, u dan jirriżulta minn diversi risposti parlamentari dwar xogħol li suppost ser isir fuq toroq f’San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, fost l-oħrajn, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha x-xogħol neċessarju mhux ser jinbeda għalissa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi n-numri tal-Mistoqsijiet Parlamentari li għalihom qiegħed jagħmel referenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kif kienu maqsuma t-turisti li ġew u raqdu almenu lejl wieħed, għal kull lokalità, matul l-2014 u din is-sena, possibilment xahar b’xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex din il-mistoqsija jagħmilha lill-Ministeru kkonċernat li taħtu jaqa’ l-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ massage parlours (jew attività oħra simili) li ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, lokalità b’lokalità, matul l-aħħar sentejn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant kif ġejt nfurmat mill-Awtorita ta’Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
MassageParlours approvati
mill-1 ta' Jannar 2014.
Kunsill Lokali
Ammont
Balzan
1
Fontana
1
Mġarr
1
San Ġiljan
3
San Pawl il-Baħar
1
Total
7
Vetturi b’number plate ta’ barra – road side checks
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19763, billi fit-tweġiba qed jingħadd li ma tinżammx statistika ta’ kemm jinżamu road side checks, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kontroll isir fuq l-informazzjoni li tinġabar u waqt ir-road side checks?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta issir spezzjoni fuq vetturi kummerċjali (vetturi għal ġarr ta’ passiġġieri u vetturi għal ġarr ta tagħbija), waqt roadside check fit-triq, tinġabar informazzjoni dwar jekk instabx li hemm xi nuqqas/difetti fit-tali vettura. Fil-każ li jinstab xi nuqqas/difetti fil-vettura, filwaqt li tinħareġ ċitazzjoni, jingħata appuntament biex l-istess vettura terġa’ tiġi spezzjonata fi żmien tnax-il ġurnata. It-tieni spezzjoni issir biex jiġi assigurat li d-difetti/nuqqasijiet ġew irranġati. Kemm-il darba il-vettura ma tersaqx għat-tieni spezzjoni toħroġ restrizzjoni fuq il-liċenzja tal-vettura.
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar taħriġ fl-apikultura lokalment? Kemm kien in-numru ta’ persuni li attendew għal dan il-kors?
Response (BRINCAT, LEO)
Skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbiltà ta’ dan it-taħriġ mhix fil-kompetenza tad-Direttorat tal-Agrikoltura. Din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta’ persuni li għandhom xi kwalifiki fl-apikultura u li jaħdmu mal-Ministeru responsabbli mill-agrikoltura? Dawn il-persuni kemm ilhom impjegati ma’ dan id-dipartiment?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, billi ma jirriżultax li f’Malta hawn xi kwalifika fil-livell terzjarju fil-qasam tal-apikultura u peress li m’hemm l-ebda grad mal-Gvern li qatt kien jirrikjedi li persuna jkollha edukazzjoni f’livell terzjarju f’dan il-qasam, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika eżatt għal-liema tip ta’ kwalifika qed jirreferi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20210, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet pendenti li saru qabel din is-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li giet ivvalidata applikazzjoni waħda għal żvilupp relatat ma’ reklamazzjoni tal-art mill-ewwel ta’ Jannar 2013.