Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trabi li jkunu passiġġiera f’car seat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bidliet għal dak li jikkonċerna l-mod ta’ kif u fejn fil-vettura jitqiegħdu t-trabi li jkunu passiġġiera f’car seat, meta fil-karozza jkun hemm biss ix-xufier, mingħajr ma jkun hemm passiġġiera oħra fl-istess vettura? Meta nbidlu, jekk inbidlu dawn ir-regolamenti u x’kienet ir-raġuni li għaliha nbidlu l-istess regolamenti?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20925.

Skejjel liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm skejjel li huma liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Fejn jinsabu dawn l-iskejjel, lokalità b’lokalità? Kemm huma f’kull każ, liċenzjati li jgħallmu studenti barranin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li f’Malta hawn 47 skola liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lil studenti barranin. Infurmat ukoll li l-liċenzja toħroġ f’isem l-iskola u mhux fuq in-numru ta’ studenti. Il-lokalitajiet li jinsabu fihom dawn l-iskejjel huma: Sliema, Pembroke, San Ġwann, San Ġiljan, Floriana, Valletta, Msida, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Gżira, Swieqi, Kappara, Mosta, Smart City, Ta’ Giorni, Birkirkara, Lija u Kerċem. Skont survey li jsir kull sena u li jiġi ppubblikat min-National Statistics Office (NSO), l-iktar pajjiżi li minnhom jiġu barranin għat-tagħlim tal-Ingliż huma: Italja, Ġermanja, Russja, Franza u Awstrija (f’din l-ordni).

Skejjel li joperaw biex jgħallmu studenti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ skejjel li joperaw f’Malta, biex jgħallmu studenti barranin? Fejn jinsabu dawn l-iskejjel, u mil-liema pajjiż hu maħsub li jiġu l-istudenti li jattendu dawn l-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Iskejjel Indipendenti li joperaw f’Malta biex speċifikament jgħallmu studenti barranin huma kif murija fit-tabella t’hawn taħt: Isem tal-iSkola Lokalità Nazzjonalità tal-Istudenti Quality Schools International Malta - Mosta Mosta Chinese, Czech, English, French, German, Irish, Italian, Libyan, North Korean, Russian, South African, Spanish, Swedish, Turkish, USA Russian Boarding School - Bugibba Bugibba Bulgarian, English, French, German, Hungarian, Moldovan, Pakistani, Russian, Serbian, Ukrainian Russian Boarding Upbringing and Education Centre Ltd Marsaskala Russian Verdala International School - Pembroke Pembroke Argentinian, Australian, Austrian, Belgian, Canadian, Chinese, Czech, Danish, Dutch, Egyptian, English, Estonian, Finnish, French, Hungarian, Irish, Israeli, Italian, Kazakh, Latvian, Libyan, Maltese, Norwegian, Pakistani, Philippine, Romanian, Russian, Serbian, South African, South Korean, Spanish, Sudanese, Swedish, Tunisian, Turkish, Ukrainan,USA Libyan School Ta' Giorni Libya

Skejjel Primarji tal-Gvern – tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal li jattendu l-iskejjel primarji tal-Gvern, skola b’skola? Kemm minn dawn it-tfal, f’kull każ jattendu l-kindergarten?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

MCAST – studenti Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti Għawdxin li qed jattendu f’xi wieħed mill-kulleġġi tal-MCAST f’Malta, maqsumin skont il-kors li qed jattendu u s-sena tal-kors li qegħdin fiha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Social housing

Question

Billi matul din il-leġiżlatura l-Gvern bosta drabi tkellem fuq social housing sostenibbli, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’sar s’issa biex dan il-kliem ikun jista’ jissarraf f’realtà?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħala miżuri ta’ Social Housing sostenibbli, l-Awtorità tad-Djar ħasbet għal pjanijiet kemm short term kif ukoll long term. Bħala miżura short term, l-Awtorità ħarġet sejħa għal proposti, liema sejħa tinsab fi stadju avvanzat. Bħala miżura long term, l-Awtorità tad-Djar ser tkun qed tinvesti mal-€50 miljun f’bini ta’ postijiet ġodda li dan għandu jħalli numru konsiderevoli ta’ appartamenti fi żmien tliet snin.

Tkabbir ta’ prodotti organiċi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ bdiewa, raħħala jew produtturi oħra li huma meqjusa li qed ikabbru prodotti organiċi? Kemm minn dawn huma hekk ċertifikati mill-MCCAA? Xi prodotti jkabbru jew jipproduċu u f’kull każ fejn jinsabu?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li r-risposta dwar kemm hu n-numru ta’ bdiewa, raħħala jew produtturi oħra li huma meqjusa li qed ikabbru prodotti organiċi għandha tingħata mid-Dipartiment tal-Agrikutura li huwa l-Awtorita’ Kompetenti għall- biedja organika. Hemm 10 bdiewa li huma ċċertifikati mill-MCCAA. It-tabella hawn taħt turi lista tal-lokalitajiet u dettalji mitluba dwar dawk il-bdiewa ċċertifikati mill-MCCAA: LokalitaProdotti Organici PaolaGħeneb QormiGħeneb għall-inbid TarxienDwieli, ħxejjex tal-ikel, prodotti ortikulturali, frott tal-għadma, zebbuġ Il-Fawwara - Siġġiewizebbuġ MellieħaDwieli, ħxejjex tal-ikel, prodotti ortikulturali, frott tal-għadma, zebbuġ, għalf għall-annimali MellieħaPatata, ħjar, kaboċċi, bettiegħ, basal, b¿ar aħdar, qargħa ħamra, tadam, qargħa bagħli, qamħirrun, brunġiel, ħass, frawli, karrotti, karfus, tursin, pizelli, tin, għeneb, rummien, tut MġarrGħeneb għall-inbid, għeneb tal-mejda, frott tal-għadma, frott taċ-ċitru, rummien, tut, tin, khaki, ¿ebbuġ, ħaxix tal-ikel, ħwawar, ħaxix għall-għalf, bajtar tax-xewk, sagħtar, klin, kappar, ħarrub, QalaZebbuġ tal-mejda, zebbuġ għaz-zejt, legumi, ħwawar, patata MarsaZebbuġ għaz-zejt , zebbuġ tal-mejda DingliZebbuġ għaz-zejt, zebbuġ tal-mejda, ħwawar (klin, sagħtar, rand, salvja - 3 tipi), felfel, rukola, basal, tewm, aloe vera, lumi, ħawħ, bambinella, għajnbaqar, għeneb ghall-inbid Il-lista aġġornata ta’ bdiewa ċ-ċertifikati tinsab fuq il-website tal-MCCAA - http://www.mccaa.org.mt/en/organic-farming
Leg 12 PQ #20962 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-art — sottomissjonijiet għall-proposti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20210, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm applikazzjonijiet oħra li ġew sottomessi lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qabel din is-sena, jew f’din is-sena, fil-perjodu wara d-data li fiha ngħatat it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20210?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni mal-MEPA għar-reklamazzjoni tal-art.

Triq il-Kosta — Speed camera

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-ispeed camera li hemm fit-telgħa ta' Baħar iċ-Ċagħaq fi Triq il-Kosta, hux qed taħdem? Jekk iva, x'inhu l-ispeed limit li jrid jiġi osservat? Kemm-il speed camera hu mistenni li jiġu stallati matul din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li l-ispeed camera li tinsab fi triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq, għadha mhux qed taħdem. L-ispeed limit, qabel ma bdew ix-xogħlijiet, kien ta’ 60km/h u dan mhux ser jinbidel. Mhux mistennija li jiġu nsatallati speed cameras ġodda f’dawn l-akwati.

Triq il-Kosta — Tabelli

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul Triq il-Kosta, jitneħħew dawk it-tabelli li kienu mwaħħla matul il-perjodu li fih kien qed isir ix-xogħol u minflokhom jitwaħħlu tabelli kif suppost ikun, kemm għal dak li jirrigwarda speed limits kif ukoll għal dak li jikkonċerna possibiltà ta' overtaking?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa s-sit ta’ Triq il-Kosta għadu jitqies bħala sit ta’ kostruzzjoni u dan għaliex għadu għaddej xogħol importanti.
Leg 12 PQ #21098 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – policy dwar liċenzjar ta’ stabilimenti B&B

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MTA għandhiex xi policy partikulari għal dak li jikkonċerna l-liċenzjar ta’ stabbilimenti B&B, f’Malta u Għawdex? Jista’ jagħti tagħrif dwar x’inhi l-proċedura applikata f’dawn il-każi, mill-istess MTA? Kemm u fejn jinsabu l-istabilimenti li huma liċenzjati b’dan il-mod, lokalità b’lokalità?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tipprovdi għal kateġoriji ta’ lukandi Bed and Breakfast, minn wieħed sa erba’ stilel kif ukoll guesthouses li jridu jipprovdu kolazzjon. Dawn iż-żewg kategoriji jirrappreżentaw stabbilimenti t’akkomodazzjoni fuq livell Bed and Breakfast. L-Awtorita’ preżentement għaddejja bi proċess ta’ tibdil fil-leġislazzjoni illi ser tinkludi speċifikament kategorija bit-terminu BB Residence – license, għal dawk li jixtiequ jipprovdu akkomodazzjoni lit-turisti fid-dar tagħhom. Il-lista ta’ lukandi u guesthouses li joperaw fuq bażi ta’ Bed and Breakfast, lokalita’ b’lokalita, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #21099 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Familji liċenzjati bħala Host families

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm familji li huma liċenzjati / awtorizzati biex jagħmluha ta’ host families? Kif inhuma mqassma lokalità b’lokalità?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat-18 ta’ Novembru 2015 b’kollox kien hemm elf mija tnejn u sebgħin (1,172) liċenzja ta’ familji ospitanti. Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif dawn huma mqassma lokalita’ b’lokalita’.
Leg 12 PQ #21100 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Postijiet liċenzjati bħala host families

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm postijiet li huma liċenzjati biex joperaw bħala host families? Kif inhuma mifruxa, lokalità b’lokalità?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza ghat-tweġiba li għadha kemm ingħatat illum għall-Mistoqsija Parlamentari 21099.

Salini tal-Melħ – tender għall-operat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk, u meta hu mistenni li tinħareġ it-tender biex tkun tista’ topera l-faċilità kummerċjali li mistenni li jkun hemm fl-inħawi tas-salini tal-melħ? X’tip ta’ użu kummerċjali hu mistenni li jkun permess f’dan is-sit?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Università ta’ Malta – studenti li qed jattendu aktar minn kors wieħed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Università ta’ Malta tippermettix li jkollha magħha studenti li jkunu qed isegwu iktar minn kors wieħed fl-istess ħin? Jekk iva, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk preżentament hemmx studenti li qed jagħmlu hekk? Jekk iva, f’liema livell ta’ studju qed iwettqu dawn l-istess studji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ studenti fl-Università ta’ Malta li f’din is-sena akkademika qed isegwu iktar minn kors wieħed fl-istess ħin. Il-lista tinkludi wkoll il-livell tal-MQF ta’ kull kors imsemmi. L-Università għall-ewwel darba offriet korsijiet fil-profiċjenza fil-lingwi barranin li jistgħu jittieħdu flimkien ma’ kors ieħor fuq bażi full-time biex tħajjar aktar studenti jitgħallmu lingwi barranin moderni. Din l-inizjattiva ġiet milqugħa tajjeb mill-istudenti.

San Pawl il-Baħar – bini ta’ skola primarja ġdida

Question

Billi jidher li l-Ministeru tefa’ l-applikazzjoni neċessarja biex tkun tista’ tinbena Skola Primarja ġdida fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess pjanta li qed tiġi proposta għal dan ix-xogħol? Meta hu maħsub li se tinbeda din l-iskola u meta hu mistenni li titlesta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għadha kemm issottomettiet applikazzjoni l-MEPA u huwa ppjanat li din l-iskola titlesta għas-sena skolastika 2017/2018. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li ġew sottomessi mal-applikazzjoni l-MEPA.

Roadside Checks — riżultati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ roadside checks li seħħew matul l-2014, u din is-sena, xahar b’xahar? Fejn inżammu dawn ir-roadside checks? X’kienu r-riżultati li nkisbu? Kemm kien hemm persuni li ttieħdu xi passi fil-konfront tagħhom bħala riżultat ta’ dawn l-istess roadside checks?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li matul is-sena 2014 saru 1,680 roadside check; filwaqt li matul din is-sena, mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Novembru 2015, saru 3,040 roadside check. Dawn saru kif ġej xahar b’xahar: Sena 2014 Jannar – 203 Frar - 133 Marzu – 136 April – 168 Mejju – 192 Ġunju – 161 Lulju – 226 Awwissu – 135 Settembru – 110 Ottubru – 129 Novembru – 40 Diċembru - 47 Sena 2015 Jannar – 84 Frar – 85 Marzu – 174 April – 341 Mejju – 348 Ġunju – 330 Lulju – 368 Awwissu – 348 Settembru – 338 Ottubru – 299 Novembru – 325 Il-lokalitajiet fejn saru dawn ir-roadside checks kienu kif gej: Ħ’Attard, Mtarfa, Rabat, Mosta, Naxxar, Ħal Għaxaq, Gudja, Marsaxlokk, Fgura, Żabbar, Pembroke, Qormi, Siġġiewi, Żebbuġ, Luqa, Ħal Far, Burmarrad, Korradino, Għawdex, Xemxija, Valletta City Gate, San Pawl il-Baħar, Għar Dalam, Marsaskala, Mġarr, Tarxien, Kirkop, Żejtun, Ta’ Qali, Magħtab, San Ġwann Industrial Estate u Ta’ Kandja. Matul is-sena 2014 saru 1,680 spezzjoni li 51% minnhom, jiġifieri 858 vettura, weħlu mit-test. Minn dawn, 277 persuna weħlu taħrika. Fir-rigward tass-sena 2015, l-aħħar figuri jinħadmu mal-għeluq tas-sena, u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw f’dan l-istadju.

CCTV Cameras – persuni li jarmu skart barra

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20240 fejn irriżulta li kien hemm każ wieħed biss li fih persuna jew persuni tressqu l-Qorti wara li s-CCTV cameras intużaw bħala mezz kif jiġu kkontrollat l-abbuż ta’ nies irresponsabbli li jarmu kull fejn ifettilhom, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi deċiżjoni dwar il-possibilità li jitwaħħlu tabelli li juru li hemm il-cameras, għalkemm il-cameras ma jkunux hemm il-ħin kollu u naturalment, mingħajr ma jiġi indikat li f’xi żmien partikolari, il-cameras ma jkunux hemm? Jekk iva, jista’ jindika jekk dan il-metodu ntużax f’xi lok partikolari jew le?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi kull fejn titwaħħal camera huwa fl-obbligu li jkun hemm tabella li tindika li hemm CCTV. Ovvjament meta l-camera titnehha, t-tabella titneħħa wkoll.

Land Registry – użu ta’ pjanti aġġornati tal-MEPA

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20208 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jkun possibbli li r-Reġistru tal-Artijiet jibda juża l-pjanti aġġornati li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din kienet waħda mis-sistemi li tħallew f’telqa assoluta mill-Gvern preċedenti fil-Lands & Public Registry. Il-pjanti tal-artijiet f’waħda mis-sistemi ta’ dan id-dipartiment ilhom ma jiġu aġġornati għal dawn l-aħħar 8 snin. Filfatt, ħafna ismijiet ta’ toroq fil-pjanti li jinħarġu bħalissa mid-dipartiment ma jaqblux ma’ dawk preżenti. Wara li qed isir l-upgrade neċessarju fis-software flimkien ma diskussjonijiet mal-MEPA, jekk kollox imur kif pjanat, fi żmien qasir ser jkollna l-pjanti aġġornati u b’hekk il-pubbliku se jkun jista’ jixtri l-pjanti bl-ismijiet tat-toroq kif fattwalment huma.

Transport Malta – Triq il-Kosta — periklu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji permezz ta’ Transport Malta biex fi Triq il-Kosta fl-inħawi tas-Salina fejn hemm id-daħla għall-Coastline Hotel, jiġi assigurat li jitneħħa l-periklu li hemm peress li qed ikun hemm persuni li minflok iduru mad-dawra li hemm ftit il-bogħod (fid-direzzjoni li tieħu lejn Tas-Sliema) qed jiksru mill-ewwel lejn il-lukanda u billi wkoll li fid-direzzjoni opposta qed jinqasam il-line sħiħ (li suppost jindika li ma tistax tikser lejn id-direzzjoni ta’ Tas-Sliema) u dan b’periklu għal dawk li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq (The Highway Code) ta’ Malta artiklu 163 li qed jiġi kkwotat hawn taħt: 163. Il-vetturi għandhom iżommu fuq ix-xellug ta’ linja jew linji doppji kontinwi u m’għandhomx jinsaqu fuq, ’l hemm minn, jew b’rota ’l hawn u ’l hemm, minn dik il-linja, ħlief fiċ-ċirkustanzi li ġejjin u meta ma jkunx hemm periklu biex jagħmlu hekk: • sabiex tilħaq bini biswit, kemm-il darba ma jkunx hemm sinjali li jipprojbixxu li ddur lejn il-lemin. • sabiex tidħol fi triq biswit, kemm-il darba ma jkunx hemm sinjal li jipprojbixxi li ddur lejn il-lemin. 163. Never straddle or cross continuous white dividers, whether double or single, except in the following circumstances and only when it is safe to do so: • to reach adjoining premises, unless there is a ‘No Right Turn’ sign prohibiting the turn. • to enter a side road unless there is a ‘No Right Turn’ sign prohibiting the turn.