Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #23351 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Promenade ta’ San Pawl il-Baħar – bollards — żebgħa

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li jintuża kulur differenti mill-griż biex jinżebgħu l-bollards u l-bażi tagħhom, għal dak il jikkonċerna l-front ta’ San Pawl il-Baħar, mix-Xemxija sal-Qawra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qed isir fuq il-promenades tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar ilu għaddej għal din l-aħħar sena. Kif wieħed jista’ jinnota, il-promenades kollha ingħataw dehra ġdida b’kulur ġdid li jikkonsisti f’bollards grizi ċari u s-sottobank griż skur. Ninsab infurmat li fil-mument qed isir xogħol ta’ żebgħa fuq il-promenade tax-Xemxija fejn l-istess promenade ser ikun qed jinżebagħ l-istess kulur ta’ dak ta’ Bugibba u l-Qawra, dan sabiex il-promenades tal-lokal ikunu kollha uniformi bl-istess dehra. Ix-xogħol qed isir bl-għajnuna tan-nies tad-Divizjoni tax-Xogħolijiet. Ninsab infurmat illi lura għall-4 ta’ Novembru 2014, l-Awtorità ħadet l-inizjattiva sabiex qabel ġie deċiż il-kulur finali, għamlet numru ta’ kampjuni ta’ kuluri differenti li tawlu għal madwar 3 ġimgħat qabel inbeda x-xogħol. Il-kulur finali intgħazel bi qbil mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wara li f’laqgħa ta’ l-istess Kunsill ġew diskussi l-imsemmija xogħolijiet. L-Awtorità tat-Turizmu qatt ma ħadet l-inizjattiva li tagħżel il-kulur hi waħedha iżda dejjem ikkonsultat mal-Kunsill Lokali, flimkien ma’ stakeholders u entitatijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward. Il-kulur ġie deċiż ukoll wara li l-Awtorità kienet ilha tisma’ lmenti dwar il-kulur preċedenti ta’ lewn isfar jgħajjat u aħdar. L-Awtorità semgħet lill-pubbliku inġenerali ta’ San Pawl il-Baħar u anke ta’ diversi stakeholders fil-lokalità li l-isfar u l-aħdar ma kienux adattati għall- promenades ta’ Buġibba u l-Qawra u għalhekk kellhom jinbidlu. Ta’ min jgħid li l-Awtorità rċeviet numru ta’ kummenti pożittivi fuq it-tibdil li sar.

FTS – applikazzjoni quddiem il-MEPA

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23261, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhu maħsub li jiġi żviluppat permezz tal-applikazzjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar PA 283/16 li saret mill-FTS? Min se jkun responsabbli għal dan l-iżvilupp?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huwa maħsub li tinbena skola primarja ġdida u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada se tkun responsabbli għal dan l-iżvilupp.
Leg 12 PQ #23367 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjoni għal car park fl-inħawi tas-Salina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi applikazzjoni biex ikun jista’ jsir car park fl-inħawi tas-Salina, ħdejn ir-roundabout li tieħdok lejn in-Naxxar, quddiem il-bini residenzjali li hemm fuq in-naħa tax-xellug, bejn it-triq prinċipali u l-istess bini? Jekk iva, jista’ jgħid min se jagħmel dan il-car park?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li ma rrċeviet l-ebda applikazzjoni għal car park fl-area indikata.
Leg 12 PQ #23265 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – arbli tad-dawl fl-inħawi tal-Ġnien Borg/Għajn Stas

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex numru ta’ arbli tad-dawl li hemm fl-inħawi ta’ Ġnien Borg/Għajn Stas, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, jinqalgħu u jinbidlu qabel jikkawżaw xi traġedja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-arbli antiki indikati u li jinsabu f’għelieqi maħduma, għandhom imwaħħlin magħhom cables tat-telekomunikazzjoni u mhux tal-elettriku. Meta jitneħħew dawn il-linji tat-telekomunikazzjoni, ikun jista’ jsir arranġament mal-bdiewa konċernati biex l-arbli jitneħħew fi żmien meta l-għelieqi ma jkunux qed jinħadmu.
Leg 12 PQ #23266 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – main tal-ilma fl-inħawi ta’ Għajn Stas/San Martin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta’ tqegħid ta’ main ġdid tal-ilma fl-inħawi ta’ Għajn Stas/San Martin, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20437 (għoxrin elf, erba’ mija, seba’ u tletin).
Leg 12 PQ #23267 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ pompi tal-petrol

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-applikazzjonijiet għal bini ta’ pompi tal-petrol fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent li dawn l-applikazzjonijiet għadhom fi stadju preliminari, jistennew li jiġu sottomessi studji kif ukoll informazzjoni oħra relevanti biex ikunu jistgħu jigu proċessati.

San Pawl il-Baħar – liċenzji ta’ negozji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dar kemm hemm liċenzji ta’ negozji fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ liċenzi ta’ negozji f’San Pawl il-Baħar (li jinkludi wkoll il-Qawra, Burmarrad, Buġibba u x-Xemxija) li l-ħruġ tagħhom jaqa’ taħt ir-responsabilità tad-departiment tal- Kummerċ hu ta’ 511.

San Pawl il-Baħar – moll tal-Veccia — slip

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru rċeviex ilmenti li x-xogħol li sar biex jiġi rranġat is-slip li hemm fl-inħawi tal-moll tal-Veccia, San Pawl il-Baħar fil-fatt ma sarx skond il-ħtiġijiet tas-Sajjieda? X’passi se jieħu l-Ministeru biex jiġi rranġat is-slip li fil-fatt ma ġiex irranġat?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li x-xogħlijiet meħtieġa għall-moll tal-Veċċja kienu ġew diskussi permezz ta’ diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni kemm mas-sajjieda tal-lokal, mar-residenti, kif ukoll mal-Kunsill Lokali (ma’ 3 Sindki differenti), qabel ma nbeda l-proċess għall-permess mill-MEPA u saħansitra qabel ma beda x-xogħol fuq dan il-proġett. F’dawn il-laqgħat is-sajjieda kienu lmentaw dwar is-sitwazzjoni ta’ dak iż-żmien, fejn is-slipway ma setax jiġi użat u kien ikollhom jużaw crane sabiex itellgħu u jniżżlu d-dgħajjes tagħhom. Permezz ta’ dan il-proġett, li reġa’ ta ħajja lill-moll wara snin twal ta’ abbandun u periklu għall-istess sajjieda, sar xogħol ta’ bini mill-ġdid fuq l-islipway il-kbir skont il-ħtiġijiet indikati mis-sajjieda. Issa li tlesta dan il-proġett, dan l-islipway qed jerġa’ jiġi użat.

Pitkalija — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar xogħlijiet strutturali li mistennija jsiru fil-pitkalija f’Ta Qali matul din is-sena?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li għadu ftit kmieni biex ngħidu x-xogħlijiet li ser isiru għalkemm dawn huma diversi. Is-Segretarjat Parlamentari qiegħed fi stadju avvanzat tax-xogħol preparatorju u bħalissa qiegħed jiffinalizza l-prijoritajiet li jridu jsiru skont il-finanzi disponibbli. Meta dawn ikunu lesti inkunu nistgħu nagħtu informazzjoni iżjed preċiża.
Leg 12 PQ #23215 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Fortifikazzjonijiet u postijiet storiċi — ħlas

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kontrolli kien hemm għal dak li jirrigwarda l-ħlas marbut ma' xogħol li sar fuq fortifikazzjonijiet u postijiet storiċi oħra, matul l-2014? X'tip ta' kontroll twettaq għal dak li jirrigwarda l-ħlasijiet f'dawn il-każijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġetti li wettqet l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu, fej jidħlu postijiet storiċi, jinkludu r-restawr tat-Torri tal-Madliena f’Pembroke u t-Torri ta’ Wignacourt f’San Pawl il-Baħar. Kull pagament għandu proċess ta’ ċertifikazzjoni speċifika li jinvolvi l-perit tal-proġett, l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu u anke l-Awtorita’ tal-Immaniġġjar. Regolarment imbagħad isiru audits mill-IAID rigward dawn il-pagamenti.

Aġenzija Sedqa — investigazzjoni dwar allegat abbużi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru investigax dak li qal l-Awditur Ġenerali għal dak li jikkonċerna l-possibilità ta’ abbużi fl-Aġenzija Sedqa fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol matul l-2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

FTS – applikazzjoni quddiem il-MEPA

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhu maħsub li jiġi żviluppat permezz tal-applikazzjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar PA 238/16 li saret mill-FTS? Min se jkun responsabbli għal dan l-iżvilupp?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ma ssottomettiet ebda applikazzjoni bir-referenza PA 238/16.

Coast Road – twaħħil ta’ dawl mal pelican crossing

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitwaħħlu d-dwal tal-pelican crossing li hemm fil-Coast Road?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dwal imsemmija mistennija jitwaħħlu lejn nofs Marzu.

Triq ta’ Għajn Tuffieħa – bus stops

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-Triq ta’ Għajn Tuffieħa (Għajn Stas Isfel) jitwaħħlu bus stops fiż-żewġ direzzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena l-oħra ġew imwaħħla żewġ bus stops fl-inhawi ta’ Għajn Stas Isfel, fit-Triq ta’ Għajn Tuffieħa. Dawn iż-żewġ bus stops twaħħlu madwar 170 metru il-bogħod mit-triq li ġġib l-istess isem.
Leg 12 PQ #23264 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Selmun Palace Hotel – flus imħallsa mal-konvenju

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar ma’ liema aġenzija tal-Gvern sar il-konvenju dwar il-bejgħ ta’ Selmun Palace Hotel u kemm tħallsu flus mal-konvenju?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, għal raġunijiet kummerċjali, kwalunkwe informazzjoni relatata mal-konvenju dwar il-bejgħ ta’ Selmun Palace Hotel hija ta’ natura sensittiva u kunfidenzjal. Ngħarraf lill-Interpellant illi meta jseħħ l-att finali, dan ser jiġi kkomunikat b’att pubbliku.

Pestiċidi fil-ħaxix u frott lokali – sample tests

Question

Billi fl-1 ta' Frar deher artiklu fil-media lokali li tkellem dwar il-livell ta' pestiċidi li suppost instabu fil-ħaxix u l-frott lokali, u billi tali artiklu bla dubju jallarma lill-konsumatur, u jkun ta' dannu għall-biedja Maltija, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien hemm samples ta' prodotti agrikoli lokali li ġew tested għall-pestiċidi? Minn fejn ittieħdu dawn is-samples? Liema prodotti ġew iċċekkjati għal-livell ta' pestiċidi, u kif ġie garantit li l-prodotti hekk iċċekkjati kienu mkabbra lokalment u mhux miġjuba fis-suq Malti minn barra l-pajjiż? Tista’ tagħti dan it-tagħrif għall-perjodu Jannar 2015 sa Jannar 2016, xahar b'xahar?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li dak li deher fl-artiklu li qed jirreferi għalih l-Onor. interpellant ġie miċħud kategorikament mic-Chairman tal-Awtorita’ ta’ Malta Għall-Kompetizzjoni u Għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fejn ukoll qal li assolutament qatt ma ta’ xi intervista dwar il-pestiċidi. Madankollu infurmata li minn 159 prodott ittestjati fit-2013, kienu 3 prodotti li instabu li kellhom livelli ta’ pestiċidi għola minn dawk permessi waqt li fit-2014 ġew ittestjati 170 prodott, li minn dawn kien hemm 10 prodotti li nstabu li kellhom livelli ta’ residwi tal-pestiċidi għola minn dawk permessi u ttieħdu l-passi neċessarji skont il-liġi. Matul l-2015 ittieħdu 135 kampjun ta’ prodotti agrikoli. Kif dejjem sar, l-MCCAA tippublika ir-riżultati ta’ dawn il-kampjuni wara li jiġu notifikati lil EFSA (European Food Safety Authorit ). Dan il-proċess mistenni jiġi konkluż f'qasir żmien.

Wardens — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet, mill-1 ta' Ottubru 2015 sal-aħħar ta' Jannar 2016) li fihom il-wardens ħarġu żewġ ċitazzjonijiet fl-istess ħin (jew ftit minuti bogħod minn xulxin) fuq l-istess vettura, (per eżempju: qiegħed fuq il-mobile/mhux fil-kontroll tal-vettura)? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn it-tip ta' ċitazzjonijiet humiex parti mill-kampanja, biex ikun hemm edukazzjoni aħjar għas-sewwieqa, jew inkella hux abbuż ta' poter?

Response (BONNICI, OWEN)

Minn stħarriġ li sar, jirriżulta li l-apparat flimkien mas-sistema li jħaddem il –Gwardjan Lokali tagħti rendikont ta’ ċitazzjonijiet maħruġa skont il-ħin tal-ħruġ tal- kontravvenzjoni. B’riferenza għall–kontravvenzjonijiet fuq l-istess vettura jirriżulta illi x-xufier ikun kiser iktar minn offiża waħda fl-istess ħin u għaldaqstant tinħareġ citazzjoni għal kull offiża differenti. Bħala kampanja edukattiva , f’dawn l-aħħar ġimgħat l-Aġenzija LESA qedgħa twassal messaġġ lil Gwardjan Lokali sabiex iċ-ċitazzjonijiet jinħarġu b’iktar għaqal u sens komun. Barra minn hekk il-Gwardjan Lokali qed iwissi lix-xufiera biex ikunu aktar responsabbli fit-triq.
Leg 12 PQ #23204 Sitting 356 2016-02-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Burmarrad – ftuħ ta’ Spiżerija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupp għal dak li jikkonċerna l-ftuħ ta’ spi¿erija ġdida f’Burmarrad, liema spiżerija kienet ukoll suġġett ta’ deċiżjoni meħuda mill-Ombudsman?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza ghall-ftuh tal-ispizerija f’Burmarrad, hemm procedura pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Civili ta’ Malta.
Leg 12 PQ #23205 Sitting 356 2016-02-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Enemalta – għażla ta’ min jagħti servizz legali għat-trasferiment ta’ assi u ta’ djun

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proċeduri ġew adottati għal dak li jirrigwarda l-għażla ta’ min għandu jagħti servizzi legali fuq trasferiment ta’ assi u ta’ djun tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk dan ix-xogħol/servizz ingħatax permezz ta’ direct order? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk wara kienx hemm letter of engagement għal xogħol addizzjonali, ma’ dak mogħti oriġinarjament? Jista' jagħti tagħrif dwar l-istess letter of engagement, u jgħid ukoll taħt liema kundizzjonijiet inħarġet l-istess ittra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport tal-Awditur Ġenerali li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #23206 Sitting 356 2016-02-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Eco Gozo Regional Development Directorate — nuqqasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-Ministeru, għal dak li jirrigwarda l-Eco Gozo Regional Development Directorate (ERGD), bosta xogħol qed jaqa’ fuq uffiċjal wieħed bil-konsegwenza li qed ikun hemm nuqqas f’dak li hu ħarsien tal-obbligi li joħorġu mit-tenders u dan hekk kif hemm referenza għal dan fir-rapport tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2014? Jista’ jagħti tagħrif dwar x’passi ttieħdu biex dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jsir kull sforz biex kull ma jitwettaq ikun konformi mar-regolamenti u l-liġijiet. Ninforma wkoll li d-direttorat imsemmi huwa maghmul minn numru zghir ta’ impjegati u qegħdin jittieħdu l-miżuri sabiex jintlew il-vakanzi eżistenti.