Billi waqt il-ħin tad-domandi parlamentari tas-seduta ta’ nhar l-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2016 saret referenza għal xi forma ta' organizzazzjoni fejn il-privat ser ikun qed jagħti sehmu, bil-kooperazzjoni wkoll tal-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika, biex żgħażagħ mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar ikollhom iktar inizjattivi biex ikunu jistgħu jaffaċċjaw ir-realtà tal-ħajja li qed tiżviluppa madwarna, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru laqgħat sa issa, kemm kien hemm organizzazzjonijiet li ġew involuti, u kemm kien hemm organizzazzjonijiet li qablu li jsostnu din l-inizjattiva għat-tliet snin li ġejjin? Meta hu mistenni li jerġgħu jsiru laqgħat oħra għal dan il-għan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
F’każ li jien inftiehemt ħażin, irrid ngħid li kont qed nirreferi għal organizzazzjoni privata li se tkun qed taħdem mal-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar. Qed nimpenja ruħi biex nirranġa li ssir laqgħa bejn l-Onor. Interpellant u l-persuna li qed tmexxi dan il-proġett biex tingħata l-informazzjoni sħiħa li jixtieq jitlob l-Interpellant.
Billi matul il-Coast Road u ħdejn it-Torri tal-Għallis, hemm spazju li faċilment jista' jiġi wżat għall-parkeġġ tal-karozzi, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan l-ispazju jsir wieħed aċċessibbli, għaliex altrimenti, għal tul ta' iktar minn kilometru m'hemm imkien fejn wieħed jista' jipparkja?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin, ser ikunu qegħdin isiru xogħolijiet sabiex fl-ispazju li bħalissa mhuwiex qed jintuża, viċin it-Torri tal-Għallis jiġi ffurmat parkeġġ tal-karozzi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul is-sajf li ġej hux ser ikun hemm servizz ta' Tourism Police f'xi lokalità f'Malta? Jekk iva, fejn? Meta hu mistenni li l-lokalitajiet kollha ta' Malta jkunu jistgħu jgawdu minn dan is-servizz?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn April 2016, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu, mistenni jibda proġett pilota tat-Tourism Police f’żoni f’San Ġiljan u f’tas-Sliema. Aktar ‘il quddiem tiġi estiża f’lokalitajiet turistiċi oħra f’Malta u f’Għawdex skond il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-bdiewa jibdew jużaw l-ilma li għandu jitwassal mit-tisfija tad-drenaġġ? Liema partijiet ta' Malta se jkunu jistgħu jużaw dan l-istess ilma? Kemm mill-mains li huma maħsuba li jitqiegħdu biex iwasslu l-ilma għand il-bdiewa, diġà jinsabu f'posthom? Meta hu mistenni li jkunu lesti dawn l-istess mains li se jintużaw għall-bdiewa? X'kollaborazzjoni qed iwettaq il-Ministeru, mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, biex jiġi assigurat li l-ilma li jitwassal ikun tal-għola kwalità?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx żviluppi ġodda għal dak li jikkonċerna l-iżvilupp marbut mal-Fortizza ta’ Campbell, f’Selmun, u dwar is-Selmun Palace Hotel? Meta hu mistenni li jinbeda xi xogħol fuq iż-żewġ binjiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ġejt informat mid-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern li m’hemm l-ebda żvilupp li jikkonċerna l-Fortizza ta’ Campbell f’Selmun.
Għar-rigward tas-Selmun Palace Hotel nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li fis-sit il-ġdid fejn issa saret l-applikazzjoni PA 283/16 biex jitwaqqa’ xi bini u jitħaffer il-post sal-livell ta’ ċertu fond taħt l-art, jinbena car park, b'tali mod li issa la din l-art se tinbena, u allura ma tibqax użata għall-bini, ikun hemm ukoll car park taħt l-art li jkun jista’ jintuża minn dawk li joqogħdu fil-qrib, kif ukoll minn dawk li jiġu jżuru l-inħawi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ġejt informat mill-Awtorita Maltija tal-Ippjanar u l-Ambjent li l-applikazzjoni PA 0283/16 qed titlob permess għat-twaqqiegh ta' kamra eżistenti u l-iskavar u tħaffir tas-sit.
Ninsab informat ukoll li fuq l-istess sit hemm applikazzjoni ohra bin-numru ta' "tracking" 166281. Din l-applikazzjoni, li għad trid tigi validata, qed titlob permess għall-bini ta' skola primarja u faċilitajiet għall-istess skola, kif ukoll żewġ livelli għall-parkegg taht il-livell tat-triq, liema parkegg se jkun qed jaqdi l-bżonnijiet tal-iskola u bżonnijiet ohra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu mill-wardens bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-aħħar ta’ Frar 2016, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, minħabba li kien hemm toroq imblukkati b’inġenji tal-kostruzzjoni, mingħajr il-permessi neċessarji?
Response (BONNICI, OWEN)
B’kollox inħarġu 12-il ticket fir-rigward ta’ kostruzzjoni fil- lokalita ta’ San Pawl il – Baħar bejn il –perjodu t’Ottubru 2015 u Frar 2016, kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Period
No of Tickets
Oct-15
1
Nov-15
4
Dec-15
2
Jan-16
0
Feb-16
5
Total
12
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk pulizija li jġorru arma tan-nar humiex qed jingħataw xi taħriġ partikolari dwar il-mod ta’ kif jagħmlu użu mill-istess arma tan-nar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija jingħataw taħriġ b’mod regolari kemm dwar l-immaniġġar tal-armi tan-nar kif ukoll dwar kif u meta il-pulizija tista tagħmel użu minn dawn l-armi.
Billi pjanti li ġew sottomessi fil-Parlament dwar PA 283/16 ma jindikawx il-pjanti tal-post kif se jinbena, jista’ l-Ministru jqiegħed kopja tal-pjanti kollha sottomessi lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jikkunsidra li jitħaffer iktar fil-fond sabiex fl-istess spazju jinbnew ukoll sulari ta’ car park?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm applikazzjoni oħra l-MEPA li tikkonsisti l-binja tal-iskola u wkoll parkeġġ. Bħalissa qegħda fi stadju ta’ screening u għalhekk jista’ jkun hemm bdil f’dawn il-pjanti. Hu maħsub parkeġġ għal madwar 400 karozza.
Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hu n-numru ta' karozzi tal-linja li qed jagħtu s-servizz tagħhom f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Kemm kien in-numru ta' karozzi tal-linja li kienu qed jagħtu servizz meta t-trasport kien direttament ikkontrollat mill-Gvern, bejn it-tluq tal-Arriva u l-bidu tax-xogħol mill-operatur il-ġdid?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-operatur tat-trasport publiku, fil-preżent, għandu 374 karozzi tal-linja għad-dispożizzjoni tiegħu li bihom jiprovdi is-servizz tat-trasport pubbliku.
Infurmat ukoll li n-numru ta’ karozzi tal-linja li kienu ġew trasferiti lill-operatur tat-trasport publikku il-ġdid meta dan ħa s-servizz f’idejh fil-bidu ta’ Jannar 2015 mingħand il-Gvern kien ta’ 274. Ma’ dan in-numru wieħed irid iżid bejn 30 u 60 vettura oħra sub-contracted li kienu jintużaw fuq is-servizz f’dan il-perjodu.
Transport Malta – sistema dwar records ta’ number plates
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta poġġietx fis-seħħ is-sistema li permezz tagħha, vetturi li jinġiebu minn barra, b'number plates mhux Maltin, ikollha wkoll ir-records tagħhom, kemm jekk dawn ikunu vetturi li se jinbiegħu hawn Malta, kif ukoll jekk ikunu se jibqgħu jiġu wżati minn sidhom li mhux Malti, fil-perjodu taż-żmien, meta jkun qed jgħix fil-gżejjer Maltin? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hemm vetturi mhux bin-numru Malti kemm ta' sidien Maltin, kif ukoll ta' sidien mhux Maltin li huma reġistrati ma' Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Artiklu 18 tal-Att dwar ir-reġistrazzjoni u l-liċenzjar ta' vetturi bil-mutur, jistipula li kull vettura rreġistrata f’pajjiz ieħor tista' tiddaħħal u tinstaq f’Malta temporanjament għal perjodu konsekuttiv li ma jkunx jaqbeż seba’ xhur f’perjodu ta' tnax il-xahar iżda, l-Ufficjali tal-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Awtorita' jwaqqfu vetturi reġistrati barra minn Malta u fejn l-vettura tinstab li mhux qiegħda skont ir-regolamenti stipulati, allura dik il-vettura tiġi rmunkata.
San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – rapporti ta’ persuni li ġew misruqa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' rapporti ta' persuni li ġew misruqa (mugged) f'San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha) u fil-Mellieħa, rispettivament, kull xahar separatament xahar xahar u lokalità lokalità, bejn Jannar 2015 u llum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Kazijiet ta` mugging ġewwa l-Mellieha u San Pawl il-Baħar
Sena
2015
2016
2015
2016
Xahar u Lokalita'
San Pawl il-Baħar
San Pawl il-Baħar
Mellieħa
Mellieħa
Jannar
0
0
0
1
Frar
0
0
0
0
Marzu
1
0
April
0
0
Mejju
1
0
Ġunju
1
0
Lulju
0
0
Awissu
1
1
Settembru
0
0
Ottubru
0
0
Novembru
0
0
Diċembru
0
0
Total
4
0
1
1
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu mill-pulizija fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, kuljum, bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u llum, jum b’jum separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpelllant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Ċitazzjonijiet tat-traffiku fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar:
Date
Traffic Section
Divisional Police
No. 9a PD.
03/10/2015
1
-
25/10/2015
-
1
13/11/2015
1
-
08/12/2015
-
1
30/12/2015
1
-
25/01/2016
1
-
21/02/2016 *
-
31
28/02/2016
-
2
*Road check
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-wardens, f'total għal kull lokalità tar-Reġjun tat-Tramuntana, minn meta l-wardens ġew taħt il-kontroll ta' aġenzija tal-Gvern? Kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu kull ġimgħa, fl-istess lokalitajiet? Jista’ jagħti tagħrif dwar kif jitqabblu t-totali ta’ kull lokalità fil-perjodu Ottubru 2014 u Frar 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jinżammx infurmat dwar in-numru ta' petizzjonijiet dwar ċitazzjonijiet tat-traffiku li jirċievi l-bord tal-petizzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid kemm kien in-numru ta' petizzjonijiet li rċieva mil-lokalitajiet tar-Reġjun tat-Tramuntana, lokalità lokalità, kull xahar minn Jannar 2015 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-petizzjonijiet, ġew aċċettati mill-istess Bord kull xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru approvax il-policy li għandha tiġi implimentata għal dak li jirrigwarda r-Residential Parking Schemes, madwar Malta u Għawdex? Liema nħawi ġew inklużi biex jagħmlu parti minn postijiet li fihom jistgħu jipparkjaw ir-residenti tal-lokalitajiet? X'tip ta' restrizzjonijiet huma mposti b'riżultat ta' din il-policy?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li, kif ntqal fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti, din il-policy għadha qed tiġi riveduta.
Billi sidien li jiskrappjaw xi vettura qed isibu ma' wiċċhom ċirkostanzi fejn jekk il-vettura jkollha xi partijiet, imqar jekk żgħar, nieqsa, ikollhom iħallsu biex jiskrappjaw l-istess vettura, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi kundizzjonijiet partikulari li jridu jiġu osservati minn min ikun se jiskrappja l-vettura, biex il-vettura tkun tista' tiġi scrapped?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess dwar l-immaniġġjar tal-iskart għall-vetturi fi tmiem żmienhom huwa rregolat bir-regolament (Leġislazzjoni Sussidjara) 504.62. Apparti minn hekk, il-faċilitajiet awtorizzati jew operaturi ekonomiċi ġewwa Malta huma ukoll regolati bl-istess regolamenti u l-awtorita’ kompetenti li tirregola lill-operaturi ekonomiċi hija l-Awtorita' ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin –informazzjoni dwar drittijiiet għall-persuni li joħorġu mill-ħabs
Question
Billi minn żmien għal żmien jinstemgħu stejjer ta' persuni li jkunu ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li jispiċċaw litteralment b'xejn, jista' l-Ministru, permezz tal-Awtoritajiet tal-Faċilità, jassigura li dawn il-persuni jkollhom il-karti tagħhom dwar għajnuna soċjali ppreparati, u jkunu wkoll infurmati dwar xi drittijiet li jista' jkollhom, biex jiġi mnaqqas iċ-ċans li jirritornaw lura fil-Faċilità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali, uffiċjal mid-dipartiment tas-Servizzi Soċjali jattendi fl-uffiċju ta’ l-Inmate Services tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin darba fil-ġimgħa biex dawk il-priġunieri li jkun jonqosom ftit ġimgħat biex itemmu is-sentenza tagħhom jingħataw l-għajnuna meħtieġa dwar servizzi soċjali li jkunu intitolati għalihom. Dawn il-priġunieri b’mod regolari qed jingħataw ukoll is-servizz minn uffiċjal tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u t-Taħriġ dwar opportunitajiet ta’ xogħol kif itemmu is-sentenza tagħhom.
ETC – koordinazzjoni mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xogħol għall-persuni li joħorġu mill-ħabs
Question
Jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, jikkoordina mal-Awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin biex il-persuni li joħorġu mill-istess faċilità jkollhom il-possibilità li jsibu xogħol malajr kemm jista' jkun wara li jkunu ħarġu mill-Faċilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) toffri servizz ta’ laqgħat ta’ informazzjoni fuq bażi individwali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ma dawk li jridu jkunu infurmati dwar is-servizzi li l-Korporazzjoni toffri lil min għandu xi żvantaġġ biex jidħol fid-dinja tax-xogħol. Dawn il-laqgħat isiru darba fix-xahar.
Wara li tiġi skontata s-sentenza, wieħed jista’ jibbenefika mill-iskema tal-‘Bridging the Gap’, offruta mill-istess Korporazzjoni. L-għan ta’ din l-iskema hu li tipprovdi perjodu ta’ prova fuq il-post tax-xogħol permezz ta’ ftehim mas-sid u l-Korporazzjoni, fejn il-persuna takkwista l-ħiliet neċessarji għal xogħol partikulari filwaqt li tirċievi allowance ta’ 80% tal-paga minima fil-ġimgħa.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – karti għal dawk il-persuni li joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jew xi dipartiment ieħor li jaqa’ taħtu, jieħu l-passi neċessarji biex il-persuni li joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ikollhom il-karti relatati mad-drittijiet tagħhom ippreparati qabel joħorġu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fil-31 ta’ Jannar tas-sena l-oħra (2015), sabiex jagħti servizz aħjar lill-persuni li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali beda joffri s-servizzi tiegħu mill-istess Faċilità. Permezz ta’ dan, uffiċċjal tad-Dipartiment jattendi kull ġimgħa sabiex jilqa’, minn ġimgħa qabel applikazzjonijiet għall-benefiċċju ta’ persuni li jkunu waslu biex jiskontaw is-sentenza tagħhom, kif ukoll jgħin f’xi diffikultajiet jew mistoqsijiet relatati mas-sigurtà soċjali li jista’ jkollhom ir-residenti. Minbarra dan, id-Dipartiment appunta persuna sabiex tirċievi dawn l-applikazzjonijiet u tgħaddihom mill-ewwel biex jinħadmu, biex b’hekk, malli l-persuna toħroġ mill-Faċilità ma ssibx ruħha bla flus għal żmien twil kif kien isir qabel.
Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li, l-Aġenzija Sedqa tipprovdi servizz ta’ rijabilitazzjoni residenzjali lil dawk il-persuni fil-Fakulta’ Korrettiva ta’ Kordin li jkollhom passat ta’ abbuż ta’ droga jew alkohol, u li jkunu wasslu fl-aħħar xhur qabel jiskontaw is-sentenza tagħhom. Fost l-oħrajn, jiġi offrut servizz ta’ social work lil dawn il-persuni ġewwa l-faċillta’; liema għajnuna tikkonsisti f’assistenza sabiex ir-residenti jkunu jistgħu japplikaw għal servizzi soċjali, u wkoll ikunu jistgħu jidentifikaw taħriġ vokazzjonali jew xogħol u jiġu offruti għajnuna sabiex jinstab housing għal dawk li jkunu bla dar.