Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #24744 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Kontroll fuq il-kuntratturi li qed iwettqu x-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed isir kontroll fuq il-kuntratturi li jwettqu xi xogħol f’isem il-Ministeru, jew xi korporazzjoni jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jagħti tagħrif dwar x’xogħol twettaq f’isem l-Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Jannar s’issa, din is-sena, fit-toroq li jiġu fil-konfini ta’ San Pawl il-Baħar? F’kemm il-każ u f’liema każijiet ma nżammux id-deadlines li kien hemm?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li xogħlijiet ta’ trinek li jsiru mill-kuntratturi jiġu segwiti b’mod regolari mit-team leader u Perit impjegti tal-Korporazzjoni. Hekk ikun żgurat li x-xogħlijiet isiru skont l-ispecifications u standards stipulati. Minn Jannar ’l hawn saru mains ġodda kemm tal-ilma kif ukoll tad-drenaġġ fiż-żona msemmija, u Pumping Stationi fiż-żona ta’ Ġħajn Rasul. Dan il-proġett mistenni li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Fil-perjodu msemmi, Enemalta plc użat is-servizzi ta’ kuntratturi darbtejn biex jassistuha f’xogħlijiet biex issir manutenzjoni u tiswija tas-sistema tad-distribuzzjoni li twassal l-elettriku lill-klijenti f’San Pawl il-Baħar u l-inħawi. Kull xogħol ta’ dan it-tip isir bil-permessi tal-awtoritajiet kompetenti, u skont il-kundizzjonijiet li dawn jesiġu għax-xogħlijiet meħtieġa. Il-perjodu taż-żmien tal-permessi ġew rispettati.

Kunsilli Lokali — konsulti

Question

Billi fir-risposta għad-domanda parlamentari 24625, ingħad li l-kunsilli lokali jiġu wkoll ikkonsultati fejn ikun neċessarju, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx, jew hemmx l-intenzjoni li jkun hemm ċirkostanzi li fihom jistgħu jsiru proġetti, jew xogħlijiet oħra ta’ entità kemm kbira kif ukoll żgħira, li dwarhom jista’ jkun hemm deċiżjoni min-naħa tal-Gvern, li l-istess kunsilli ma jiġux ikkonsultati? Jekk iva, f’liema ċirkostanzi hu mistenni li l-istess kunsilli lokali ma jiġux ikkonsultati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.

OHSA – skips użati fuq siti ta’ kostruzzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) hux qed tikkunsidra xi regolamenti li permezz tagħhom fil-fatt jiġi assigurat li l-bosta skips li jintużaw fuq is-siti ta’ kostruzzjoni jkollhom identifikazzjoni ċara, billi qed jitfaċċaw skips li m'għandhom l-ebda dettal fuqhom u għalhekk f'każ ta’ xi inċident ħadd ma jkun jista’ jiġi kkuntattjat dwar dak li jkun meħtieġ? Kemm kien hemm każi fejn l-OHSA fil-fatt ħadet xi passi dwar dawn l-iskips, matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena? Fejn kienu l-każi li dwarhom ittieħdu l-passi li qed nagħmel referenza għalihom?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fil-preżent, l-Awtorità mhux qed tikkunsidra regolamenti dwar skips, inkluż li dawn irid ikollhom identifikazzjoni ċara. Ma ttieħdux passi mill-OHSA dwar użu ta’ skips matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena.

Ksur ta’ regolamenti tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti li waslu fid-direttorat kkonċernat għal dak li jirrigwarda l-ksur ta' regolamenti tal-bini, matul l-aħħar tnax-il xahar? Jista' jagħti l-istess informazzjoni, din id-darba xahar b'xahar għal dak li jikkonċerna kontravenzjonijiet irrapurtati fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? X'passi ttieħdu dwar dawn ir-rapporti ta' ksur tar-regolamenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini rċieva 4859 rapport bejn l-1 ta’ April 2015 u l-31 ta’ Marzu 2016, 413 minnhom fir-rigward ta’ San Pawl il-Baħar. Il-passi li ttieħdu kienu skont il-mertu ta’ kull każ.

Bus-shelters ġodda u rranġati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18863, jista’ l-Ministru jgħid fejn preċiżament qiegħed il-bus shelter li hu indikat li twaħħal f’Buġibba/Qawra? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jitwaħħlu iktar shelters matul din is-sena, u fejn hu mistenni li jitwaħħlu dawn l-istess shelters?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bus shelter li kien indikat li twaħħal ġewwa Buġibba/Qawra fir-risposta li nghatat għall-mistoqsija parlamentari 18863 qiegħed biswit il-ground tal-football tas-Sirens fi Triq il-Wileġ. Hekk kif kont aċċennajt drabi ohra, Transport Malta qed tiltaqa ma’ diffikultajiet mall-kuntrattur eżistenti sabiex jiġu nstallati bus shelters ġodda. Għaldaqstant, Transport Malta qegħda fi proċess li ssib alternattivi oħra, liema alternattivi ser ikunu mħabbra fil-futur qrib, sabiex jiġu nstallati bus shelters f’diversi lokalitajiet.

Transport Malta – spezzjonijiet fuq bus shelters

Question

Billi xi ġimgħat ilu kien ingħad li Transport Malta kellha tagħmel spezzjoni fuq il-bus shelter li hemm qrib il-knisja tal-Kapuċċini fix-Xemxija biex tkun tista' tevalwa x'għandu jsir biex dan il-bus shelter ikun jista’ verament jaqdi l-funzjoni ta' bus shelter, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt din l-ispezzjoni saritx, u x'passi ttieħdu wara l-istess spezzjoni? Jekk għadhom ma ttieħdux passi, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu maħsub li jittieħdu l-passi neċessarji?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li saret spezzjoni minn uffiċċjal ta’ Transport Malta fuq il-bus shelter li hemm fuq il-bus stop jismu “Xemxija” li jinsab fil-viċinanzi tal-Knisja tax-Xemxija. Infurmat ukoll illi ntalbu stimi sabiex dan il-bus shelter jiġi miżbugħ kif ukoll jitwaħħal bank fejn persuna li tkun qegħda tistenna l-karozza tal-linja tkun tista’ togħqod bilqegħda.

Transport Malta — xogħlijiet

Question

Billi huma bosta l-kunsilli lokali li għandhom bżonn ta' xogħol fit-toroq tagħhom, li ma jistgħux jagħmluh bil-fondi li għandhom, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-fatturi li jittieħdu inkonsiderazzjoni meta jiġi deċiż li ċertu xogħol isir minn Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Nibda biex ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsillli lokali huma u jibqgħu responsabbilta’ tal-istess kunsilli lokali. Transport Malta hija responsabbli biss min-network ta’ toroq arterjali u distributorji, asfaltar ta’ toroq residenzjali ġodda u proġetti oħra infrastrutturali li minn żmien għal żmien jiġu assenjati lilha mill-Gvern ċentrali. Dan kollu jsir skont fondi disponibbli.

Transport Malta – spezzjonijiet fuq xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet saru spezzjonijiet minn Transport Malta, fuq xogħlijiet li saru minn kunsilli lokali, biex jiġi assigurat li l-kwalità tax-xogħol li twettaq hu ta’ standard kif maħsuba fir-regolamenti li jirregolaw dawn l-istess xogħlijiet? X'inhi l-proċedura li permezz tagħha jiġi stabbilit li għandhom isiru spezzjonijiet fuq dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lilll-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 19628, 18802, 17819.

Transport Malta – permessi għal xogħol fil-lokalitijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta toħroġx permessi għal xogħol fil-lokalitajiet differenti madwar il-gżejjer Maltin, li permezz ta' dawn l-istess xogħlijiet fil-fatt jinfetħu trinek fit-toroq lokali? Kif qed jiġi assigurat li f'dawn il-każijiet, ix-xogħol isir fil-ħin stipulat u li jkun ta’ kwalità li hi mistennija minn dawn it-tip ta' xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal kwalunke xogħol ta’ trinek jinħareġ permess minn Transport Malta skont Avviż Legali 29/2010. Dawn il-permessi jiġu spezzjonati biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm periklu fit-toroq u li l-immaniġġjar tat-traffiku temporanju jkun aċċettabli u li x-xogħol isir fil-ħin stipulat fil-permess. Rigward il-kwalita’ tax-xogħol, l-Awtorita’ għandha s-sezzjoni tal-Quality Assurance li għandha r-responsabbilta’ li tivverifika l-kwalita’ tax-xogħol.
Leg 12 PQ #24634 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq ta’ San Martin – tqegħid ta’ main tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol marbut mat-tqegħid ta' main tal-ilma fit-triq ta' San Martin fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar? Min hu mistenni li jwettaq dan ix-xogħol? Kemm hu mistenni li jiswa dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet tal-mains tal-ilma fl-inħawi ta’ Għas Stas, San Pawl il-Baħar huma mistennija li jinbdew is-sena d-dieħla wara li jinħareġ it-tender biex jintgħażel kuntrattur.
Leg 12 PQ #24635 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Enemalta – arloġġi tad-dawl fil-points fejn hemm il-cameras

Question

Billi hu magħruf li hu diffiċli biex jinstabu postijiet li fihom jitwaħħlu cameras tas-sigurtà, f'inħawi fejn hemm it-tendenza li jintefa’ l-iskart, u billi ħafna drabi jkun ukoll diffiċli li fil-fatt jingħata kurrent lill-istess cameras, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Enemalta, (forsi anke bħala parti mill-Corporate Social Responsibility li l-istess Enemalta għandha lejn pajjiżna) tipprovdi numru ta' arloġġi tad-dawl fil-points fejn hu meħtieġ li jitwaħħlu cameras?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn li jieħdu ħsieb postijiet pubbliċi, jistgħu japplikaw għal servizzi ta’ provvista tal-elettriku f’dawn l-istess postijiet billi jsegwu l-proċeduri stabbiliti. Hemm diversi Kunsilli Lokali li jsegwu proċeduri simili biex jinstallaw sistemi elettriċi bħal dawk li qed issir referenza għalihom. Naturlament, jekk ikun hemm xi diffikultajiet tekniċi dwar iċ-ċirkwiti elettriċi u s-servizzi ta’ provvista meħtieġa, dawn l-istess entitajiet jistgħu jitkellmu mal-Enemalta plc biex jinstabu s-soluzzjonijiet meħtieġa.
Leg 12 PQ #24636 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti – letters of acceptance ta’ tenders irtirati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet li dwarhom id-Dipartiment tal-Kuntratti jkun infurmat li wara li jkunu ħarġu l-Letters of Acceptance ta' tenders ta' xogħol għal xi Dipartiment tal-Gvern, fil-fatt it-tender tkun ġiet irtirata minħabba xi raġuni jew oħra, u dan għall-perijodu mill-2013 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kuntratti m’għandux l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija.
Leg 12 PQ #24637 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Aġġudikazzjonijiet ta’ tenders – każijiet ta’ appelli

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' appelli mill-aġġudikazzjoni tat-tenders li kienu ħarġu, matul il-perijodu 2014, 2015 u 2016 s’issa? Liema kienu t-tenders li għalihom saru l-appelli kif indikat fil-mistoqsija? Jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' appell li nbeda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #24648 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – bini ta’ proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tieħux xi passi partikulari meta jkunu se jinbnew bini ta’ proġetti ta' daqs sostanzjali, u b'mod partikulari meta jkun hemm tħaffir ta' ċertu fond li jikkawża ammont sostanzjali ta' materjal li jkun se jinġarr barra mis-sit, biex fil-fatt, ikun hemm informazzjoni dwar ir-rotta li tkun se tintuża biex minnha jgħaddu l-vetturi li jkunu responsabbli mill-ġarr tal-istess materjal? Kif qed jiġi assigurat li l-ħsarat li jkunu kkawżati fil-fatt jiġu msewwija wara li l-proġett jitlesta, mhux biss fil-faċċata fejn ikun qed isir ix-xogħol, imma wkoll matul it-toroq li fihom isiru l-ħsarat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

F'kull proġett ta' daqs sostanzjali kif ukoll fi proġetti li jinvolvu volum sostanzjali ta' skavar, l-Awtorita ta' l-Ippjanar titlob li jigi sottomess 'Construction Management Plan' biex b'hekk ikun jista jiġi kwantifikat l-impatt tal-żvilup fil-fazi ta' kostruzzjoni u jittieħdu dawk il-mi¿uri meħtiega biex dawn l-impatti jigu minimizati. Barra minn hekk, f' kull permess li tapprova l-Awtorità ta' l-Ippjanar li jinvolvi żvilupp: a) ta' erba' sulari u aktar ; b) bi skavar ta' żewg sulari u aktar taħt il-livell tat-triq ; c) b' footprint l-fuq minn 1000 metru kwadru; u d) f'żoni turistiki tigi imposta garanzija bankarja biex jigi assigurat li t-toroq li jmissu mas-sit suġġett għall-żvilupp jigu irrangati għall-istat originali li kienu kemm il-darba tkun saritilhom xi ħsara minħabba l-żvilupp permess u dan skond regolamenti ta’ l-2007 dwar l-Immanigjar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (A.L. 298 ta' 2007).
Leg 12 PQ #24649 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Tnaqqis ta’ persuni barranin li jiġu jistudjaw l-ingliż

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux qed jirriżulta li qed ikun hemm tnaqqis f'dak li jikkonċerna n-numru ta' persuni barranin li jiġu jistudjaw l-Ingliż f'pajjiżna? Jekk qed jirriżulta dan it-tnaqqis, jista' jagħti tagħrif dwar x'tista' tkun ir-raġuni għal dan it-tnaqqis?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont ċifri pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO), fil-jiem li għaddew, in-numru ta’ persuni li fl-2015 ġew f’pajjiżna bl-iskop li jistudjaw l-Ingliż naqas b’2,026 persuna jew 2.6%. Is-Swieq li wrew l-ikbar tnaqqis kienu ir-Russja (-3709) il-Libja (-882) u l-Italja (-616) tlett pajji¿i li kif jaf kulħadd għaddejjin minn żminijiet iebsin. It-tnaqqis reġistrat mill-pajjiżi msemmija ġie parzjalmet kompensat minn żieda fin-numru ta’ studenti li ġew pajji¿na mir-Repubblika Ceka (+1693), Brażil (+834) u Polonja (+704). Il-fatturi li setgħu ġabu t-tnaqqis huma prinċipalment politiċi jew ekonomiċi fil-pajjiżi nfushom. Fil-każ tar-Russja, għas-settur turistiku Russu, l-2015 kien l-agħar sena fl-aħħar 18-il sena fejn in-numru ta’ turisti li siefru barra l-pajjiż niżel b’31% meta mqabbel ma’ l-2014 li diġa kienet sena ħażina. Dan it-tnaqqis ġie minħabba telf qawwi fil-valur tar-Rublu kif ukoll kampanja qawwija mill-Gvern Russu sabiex familji Russi jqattaw il-btajjel tagħhom fil-pajjiż stess. B’riżultat ta’ dan kollu kien hemm ukoll tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ titjiriet minn u lejn ir-Russja minn kumpaniji ta’ l-ajru Ewropej u falliment ta’ numru ta’ operaturi turistici Russi li fosthom kien hemm ukoll min jibgħat il-klijenti tiegħu Malta. F’Ottubru 2015, falliet ukoll il-linja ta’ l-ajru Russa Transaero li kienet ukoll topera titjiriet lejn Malta. Is-sitwazzjoni ta’ konflitt fil-Libja hija magħrufa minn kulħadd. L-Air Malta waqqfet it-titjiriet tagħha kif ukoll saru ħafna iżjed stretti l-kundizzjonijiet għal ħruġ ta’ Schengen visas għal turisti Libjani. It-tnaqqis fin-numru ta’ studenti ta’ l-Ingli¿ mill-Italja prinċipalment jista’ jiġi attribwit għar-rata għolja ta’ qagħad fost iż-żagħażagħ Taljani li fl-2015 laħaq livelli ta’ iżjed minn 40%. Fid-dawl ta’ dan kollu, b’iktar titjiriet u konnettivita’ aħjar fl-2016, l-MTA b’koperazzjoni ma’ l-iskejjel ta’ l-Ingliż, żiedet l-attivita’ ta’ promozzjoni ta’ dan is-settur f’diversi pajjiżi fosthom fil-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, it-Turkija u pajji¿i fl-Amerika t’Isfel bħal ma huma l-Brażil u l-Kolombja.
Leg 12 PQ #24628 Sitting 376 2016-04-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – investiment meħtieġ għat-toroq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-investiment meħtieġ fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha), jiġi vvutat kif meħtieġ, biex jiġi assigurat li l-investiment neċessarju fil-lokalità jkun jista' jsir?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .

Transport Malta – toroq li se jsir xogħlijiet fuqhom

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24183, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma r-raġunijiet li għalihom it-toroq imsemmija fl-istess risposta parlamentari fil-fatt saru minn Transport Malta? Jista' jiġi assigurat li lokalitajiet oħra wkoll igawdu minn din l-istess sistema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalma ġara fi snin preċedenti, l-għażla kienet ibbażata fuq ċirkostanzi partikolari ta’ dawn it-toroq. Ma teżisti l-ebda skema ta’ benefiċċji abbażi ta’ lokalità.

Introduzzjoni tas-sistema tidal shift

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ġietx introdotta, x'imkien f'Malta, is-sistema tidal shift, fejn triq tintuża b'modi differenti, f'direzzjonijiet differenti, f'ħinijiet differenti tal-ġurnata u skont it-traffiku li jkun għaddej mill-istess triq? Liema xogħol kien meħtieġ li jsir, biex din is-sistema tkun tista’ tiġi mplimentata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa għadha ma ġiet introdotta l-ebda tidal lane. Bħalissa għadu għaddej ix-xogħol fuq it-tidal lane ġdida fi Vjal Sir Paul Boffa ġewwa Raħal Ġdid. Ix-xogħol meħtieġ jinvolvi: · Xoghol ta’ livellar tat-triq · Xoghol t’asfalt · Installazzjoni ta’ bollards mekkaniċi · Installazzjoni ta’ cats eyes li jixgħelu · Installazzjoni ta’ traffic lights · Installazzjoni ta’ tabelli u sinjali · Żebgħa tat-triq · Installazzjoni ta’ high impact bollards

Tarmak u xogħlijiet fit-triq bejn il-Birdpark u l-Coast Road

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jsiru xi xogħlijiet partikulari ta' għoti ta' wiċċ bit-tarmak, bejn il-Birdpark u l-Coast Road (ħdejn Kennedy Drive/Grove), f'San Pawl il-Baħar, biex jiġi assigurat li din il-parti tat-triq, l-uniku parti li għada ma ngħatatx tarmak wara x-xogħol li sar fuq il-Coast Road, fil-fatt tkun tista' tingħata wiċċ ġdid?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti tat-triq imsemmija qatt ma kienet tifforma parti mill-programm ta’ xogħlijiet tal-proġett ta’ Triq il-Kosta. Madanakollu Transport Malta qed tevalwa s-sitwazzjoni ta’ din it-triq u tintervjeni fejn hu possibli.

Il-Mellieħa u x-Xemxija – xogħlijiet fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux, u meta se jinbeda x-xogħol neċessarju fuq it-triq li twassal mix-Xemxija sal-Mellieħa? Billi xhur ilu kien ingħadd li qed isiru konsultazzjonijiet ma’ entitajiet pubbliċi oħra ħalli jiġi stabbilit liema xogħol neċessarju jkollu jsir qabel jingħata l-wiċċ tal-istess triq, jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt il-konsultazzjonijiet spiċċawx, u x'ħareġ mill-istess konsultazzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjonijiet mal-entitajiet ġew konklużi. L-ewwel fażi tax-xogħlijiet se tikkonsisti f’xogħlijiet ta’ resurfacing fuq l-‘s’ bend minn naħa tal-Mellieħa. Ix-xogħlijiet mistennija jsiru fit-tieni nofs ta’ din is-sena. Fix-xhur li ġejjin Transport Malta ser tkun qegħda taħdem fuq il-pjanijiet tax-xogħlijiet għal fażijiet segwenti.