Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25089 Sitting 382 2016-04-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20478 dwar xogħlijiet li qed jitwettqu mill-Ministeru għal Għawdex, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija msemmija, billi jien mhux f'pożizzjoni li nindika x-xogħol li qed isir, ġaladarba jien ma nafx liema huma x-xogħlijiet li l-Ministru talabni nispeċifika fir-risposta għall-mistoqsija oriġinali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella hawn annessa u li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Toroq li djiequ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20461, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq li suppost djiequ, kull sena, bejn l-1996 u l-2013? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dawn it-toroq kif kienu qabel sar ix-xogħol fihom u kopja tal-pjanti tal-istess toroq kif inhuma issa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20461.

Energy Efficiency tal-Bini — ċertifikati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20743, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir il-kors indikat fid-domanda u meta se joħorġu l-applikazzjonijiet għalih?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li ħarġet sejħa biex ikun magħruf min hu nteressat li jikkollabora mal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini biex jiġi organizzat il-kors imsemmi, liema nteress qed jiġi evalwat u sussegwentement dawk li esprimew interess ser jintalbu jimlew dokument dettaljat li għandu jwassal biex ikun identifikat minn ser ikun is-sieħeb f’tali inizjattiva u wara toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Leg 12 PQ #25092 Sitting 382 2016-04-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Transport Malta — esproprjazzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20479 li kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif mitlub u ċjoè: liema kienu l-esproprjazzjonijiet li saru din is-sena wara talba minn Transport Malta? Fejn huma dawn l-esproprjazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Shooting Range — żviluppi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-aħħar żviluppi li seħħew għal dak li jikkonċerna x-shooting range ta' livell internazzjonali? Meta saret l-applikazzjoni għall-bini ta' din ix-shooting range, fejn tinsab u meta hu mistenni li tkun lesta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat tal-Isport għadu f’kuntatt kontinwu mal-Malta Shooting Federation u għaqdiet oħra dwar fejn u meta se tinbena shooting range tal-ogħla livell.
Leg 12 PQ #25066 Sitting 381 2016-04-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti – letters of acceptance ta’ tenders irtirati

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24636, jekk d-Dipartiment tal-Kuntratti ma’ jżommx tali informazzjoni, lanqas dwar tenders li jkunu ħarġu mill-istess dipartiment, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma d-dipartimenti jew il-ministeri li jżommu tali informazzjoni? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk il-Ministeru tal-Finanzi, permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, jew b'xi mod ieħor, iżommx record ta' informazzjoni dwar it-tenders li jkunu ħarġu u li ġew allokati, u dwar jekk ix-xogħol li jkun hemm fit-tender fil-fatt ikunx sar inkella le?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti jzomm rendikont sħiħ ta sejħiet għall-offerti li jippublika f’isem xi dipartiment/entita, kif ukoll tal-kuntratti pubbliċi li jkunu ngħataw mid-Dipartiment. Filwaqt li fl-immaniġġjar tal-kuntratti, din taqa fil-kompetenza tad-dipartiment/entita li ried jakkwista l-provvisti, servizzi jew xogħolijiet, hija regolata mill-‘General Conditions’ li jiffurmaw parti integrali mill-kuntratt. Id-Dipartiment tal-Kuntratti jerġa jidħol f’din il-fażi tal-immaniġġjar tal-kuntratt biss jekk ikun hemm xi disputa bejn id-dipartiment/entita u l-kuntrattur, jew f’każ li jkun meħtieġ li jsir xi tip ta tibdil fil-kuntratt oriġinali.
Leg 12 PQ #25067 Sitting 381 2016-04-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Aġġudikazzjonijiet ta’ tenders – każijiet ta’ appelli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24637 u jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' appelli mill-aġġudikazzjoni tat-tenders li kienu ħarġu, matul il-perijodu 2014, 2015 u 2016 s’issa? Liema kienu t-tenders li għalihom saru l-appelli kif indikat fil-mistoqsija? Jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' appell li nbeda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra, u li n-numru ta każijiet ta appelli mill-Aġġudikazzjoni tat-Tenders fis snin 2014, 2015 u 2016 s’issa kienu: SenaNumru ta AppelliAppelli AġġudikatiAppelli Pendenti 20141141140 20151191127 Sa April 2016371819
Leg 12 PQ #25068 Sitting 381 2016-04-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – bini ta’ proġetti

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24648, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi, matul l-2015, li fihom, wara li tlesta x-xogħol li kien permess, saru spezzjonijiet mill-MEPA, biex jiġi assigurat li t-toroq ta' viċin proġetti bħal dawk indikati fir-risposta, fil-fatt ikunu ġew ritornati għall-istess livell, jew possibbilment livell aħjar ta' wiċċ li kien hemm qabel ma nbeda x-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar , illi l-garanzija bankarja, msemmija fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 24648, tiġi rilaxxjata meta l-Awtorita` tal-Ippjanar tirċievi konferma mingħand il-Kunsill Lokali tal-lokalita` rispettiva illi t-toroq/bankini li jmissu mas-sit suġġett għall-żvilupp ġew irranġati, jekk kien hemm bzonn, għall-istat oriġinali li kienu. L-Awtorita`tal-Ippjanar ma żżomx statistika ta' dawn l-ispezzjonijiet.

MEPA – Policy dwar Parking

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12914, billi issa għaddiet iktar minn sena minn meta ngħatat dik ir-risposta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-iżviluppi li seħħew dwar il-policy tal-parking minn dakinhar sal-lum?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 23731.

Kunsilli Lokali — konsulti

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24748, liema domanda kienet qed tagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 24625, li fir-risposta tagħha ngħad li “l-kunsilli lokali jiġu wkoll ikkonsultati fejn ikun neċessarju” (it-tielet line mill-aħħar tal-paragrafu ta' qabel tal-aħħar), jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24748, għaliex ir-risposta tal-Ministru għat-Turiżmu timplika li mhux bilfors se jkun hemm il-konsultazzjoni, aħseb u ara kemm se jkun hemm ko-deċiżjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nistieden l-Onor. Interpellant sabiex jindirizza d-domanda tiegħu lill-Onor.Ministru li fformula r-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 24625.
Leg 12 PQ #25071 Sitting 381 2016-04-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 24743 u dan b’referenza għat-toroq kollha li hemm imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24538, għaliex hu diffiċli ferm li tnaqqas minn dik il-lista li ġiet mogħtija lili, peress li prattikament kull waħda mix-xogħlijiet indikati għandha problema għal dak li jikkonċerna r-reinstatement tal-istess area fejn sar ix-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24743 (erbgħa u għoxrin elf, seba’ mija, tlieta u erbgħin), ninfurmah li min naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser jerġgħu jsiru spezzjonijiet biex jiġu identifikati x’tip ta’ problemi hemm. Minħabba li l-lista hija mdaqqsa, ser jittieħed ammont ta’ żmien biex isiru l-ispezzjonijiet.
Leg 12 PQ #24750 Sitting 380 2016-04-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – vot għall-product development

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24627, fejn ingħad li l-Ministeru għat-Turiżmu qed jaħdem sabiex inkunu nistgħu niksbu u nagħmlu użu minn fondi tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar, sa issa, liema kienu l-fondi li ġew utilizzati minn dawn il-fondi, kif ukoll liema fondi oħra hu mistenni li jinkisbu minn dawn l-istess sorsi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa l-Awtorità Maltija għat-Turi¿mu flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu, kienu l-benefiċjarji ta’ numru ta’ proġetti minn fondi Strutturali u oħrajn hekk kif elenkati fil-lista hawn taħt: Fond Proġett ERDF 033 Bini ta’ public aquarium ġewwa l-Qawra; tisbiħ tal- promenade ta’ San Pawl u l-krejazzjoni ta’ cantilevered balcony ; bini ta’ ġnien pubbliku ġewwa Pembroke; krejazzjoni ta’ Walking/Cycle Track li tgħaqqad il-ġnien pubbliku ġewwa Pembroke mat-Torri tal-Madliena; Restawr tat-Torri tal-Madliena u r-Restawr tat-Torri ta’ Wignacourt f’San Pawl il-Baħar. EAFRD Malta Goes Rural fejn fassalna 9 mixjiet rurali b’fuljetti informattivi; installajna sinjali ta’ informazzjoni magħtul il-mixjiet u sebbaħna numru ta’ lokalitajiet rurali. ESF 2.11 Il-proġett (Advance) Developing Leaders for Change and Innoation in Tourism kien ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew (2007-2013) u b’valur ta’ €3,141,524 u ġie konklu¿fl-2013. L-għan prinċipali ta’ dan il-programm kien li persuni fi grad maniġerjali u grad ta’ supervisors li diġa’ jaħdmu fl-industrija tat-turi¿mu jew dawk li jixtiequ jibdew jaħdmu f’din l-industrija, jitħarrġu u jiġu assessjati permezz ta’ numru ta’ komponenti differenti li jwasslu għall-għoti ta’ Diploma fl-Immaniġjar fil-livell ħamsa (5) tal-Qafas Malti u Ewropew tal-Kwalifiki għat-Tagħlim tul il-Ħajja. ESF 2.78 Proġett ieħor - Retaining and Attracting People within Tourism Through Diversity Management li sar bejn 2012 - 2013 b’valur ta’ €294,481.42. Dan il-programm kien jinkludi taħriġ fil-livell ħamsa (5) tal-Qafas Malti u Ewropew tal-Kwalifiki għat-Tagħlim tul il-Ħajja kif ukoll ricerka. LDV Żewg programmita’ Leonardo da Vinci Mobility Action bejn 2011 u 2013: L-ewwel wieħed kien bl-isem Vivre l’authenticite b’valur €45,570.00 u sar bejn 2011 u 2012. It-tieni wieħed bl-isem Tourism Front-liners b’valur ta’ €34,986.71 li sar bejn 2012 u 2013. Erasmus + ( Applikazzjoni).Il-programm jiffoka b’mod speċjali fuq it-titjib tal-ħiliet diġitali tal-impjegati ħalli jtejbu l-pre¿enza tagħhom fid-dinja virtwali. ESF (Applikazzjoni). F’Settembru 2015, l-Awtorita’ applikat biex torganizza programm ta’ taħriġ bl-isem ta’ Entrepreneurship in Tourism . Dan il-programm huwa mmirat lejn nies li diġa’ qegħdin f’impjieg kif ukoll dawk li huma qegħda. Permezz ta’ dan it-taħrig, il-parteċipanti ser jiksbu ħiliet f’ Entrepreneurship li jgħinuhom biex jiftħu u joperawintrapri¿a relatata mas-settur turistiku. Il-parteċipanti ser jiġu ukoll imħarrga u mgħejjuna ifasslu business plan . L-applikazzjoni qed tiġi evalwata mill-PPCD. ERDF (2014-2020) Priority Axis: PA 2 - Consolidating investment within the ICT sector. Sabiex insaħħu l-kompetittivita’ fi swieq turistiċi promettenti Malta għandha tkompli tinnova l-offerta turistika mill-aspett diġitali. Għal dan il-għan il-Ministeru tat-Turiżmu qiegħed jirriċerka kunċett li jirrelata ma’ servizzi bbażżati lokalment li għandhom il-potenzjal isaħħu u jikkonsolidaw it-turiżmu lejn xtutna. Il-Pjattaforma Diġitali għat-Turi¿mu għandha twassal sabiex tioħloq ħa¿na ta’ informazzjoni li tiggwida lit-turisti waqt iż-żjarat tagħhom f’attrazzjonijiet diversi. Din l-informazzjoni ser tkun imfassla skond il-profil u l-lokazzjoni tal-utent u għandha tkun aċċessibbli minn kjoskijiet ta’ informazzjoni u minn applikazzjoni onlajn għat- telefonija ċellulari. Din l-informazzjoni ser tinħazen ġewwa pjattaforma li se tiġi mħaddna minn numru ta’ entitajiet governattivi, f’format miftuħ li għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku sabiex tigi distribwita informazzjoni dwar attrazzjonijiet turistiċi Maltin. Il-proġett ingħata bidu f’Ottubru 2014. Matul is-sena 2015 seħħew numru ta’ laqgħat ma’ azzjonisti diversi fosthom mal-Awtorita` Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA), l-Agenzija tal-Informazzjoni u t-Teknologija (MITA) u l-Ministeru tal-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali (MJCL). Inħatar ukoll grupp ta’ ħidma li hu kompost minn uffiċjali li jirrappre¿entaw l-entitajiet imsemmija u li hu kompost ukoll minn uffiċjali fi ħdan l-Awtorita` Maltija tat-Turi¿mu u mill-Ministeru tat-Turi¿mu. Bħala ri¿ultat ta’ dan il-grupp ta’ ħidma, seħħ qbil mal-Aġenzija tal-Informazzjoni u t-Teknologija (MITA) sabiex titħejja proposta li għandha tigi sottomessa mill-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u l-Intraprizi (MEIB) għall-fondi ewropej u li ghandha tinkorpora proġetti li jaqgħu taħt ministeri diversi. Lejn l-aħħar parti tas-sena 2015, il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u l-Intrapri¿i (MEIB) ħareg tender għat-tħejjija ta’ Cost Benefit Analysis li għandu jinkludi ukoll anali¿i dwar dan il-proġett. L-EUPD għadda feedback dwar dan it-tender u qed i¿omm komunikazzjoni kontinwa mal-MEIB u mal- MITA sabiex fis-sena 2016 tiġi sottomessa l-applikazzjoni mill-MEIB. L-applikazzjoni għal fondi tal-EU saret mill-MEIB. L-applikazzjonijiet għalqu fit-8 ta’ April 2016. Bħala parti minn dan il-proġett hemm involuti numru ta’ Ministeri illi kollha ser jimplimentaw numru ta’ proġetti relatati mal-informazzjoni diġitali. Il-parti mitluba ghal pjattaforma diġitali għat-Turi¿mu hija ta’ madwar €3,300,000 ERDF (2007-2013) Priority Axis – 2 – Promoting sustainable Tourism Proġett li jarrikkixxi l-offerta Turistika u Kulturali tal-Belt Valletta – Restawr tas-Saqaf tas-Sacra Infermeria, Btieħi interni tal-Palazz tal-Granmastru flimkien mal-faċċata fit-triq l-Arċisqof u t-Tisbieħ ta’ Pjazza Kastilja: Fl-2015 dan il-Ministeru ħadem fuq dan il-proġett li kien maqsum fuq tliet interventi: Restawr tas-saqaf tas-Sacra Infermeria f’dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC); Restawr tal-faċċata tal-Palazz tal-Gran Mastru (Triq l-Arcisqof) u l-btieħi interni; Tisbiħ ta’ Pjazza Kastilja. Restawr tas-saqaf tas-Sacra Infermeria f’dar il-Mediterran għall-Konferenzi(MCC) – Permezz ta’ dan il-proġett twettaq ir-restawr tas-saqaf tal-injam fis-sala magħrufa bħala s-Sacra Infermeria li tmur lura għas-seklu sittax. Ir-Restawr ġie mwettaq minħabba lis-saqaf ġarrab ħsarat matul i¿-¿mien li kienu ikkawżati primarjament mill-elementi u l-umdita`. Dan il-proġett għandu l-iskop li jirrinova sit storiku u kulturali fil-Belt Valletta filwaqt li jikkrea attrazzjoni turistika ġdida permezz tar-restawr ta’ ¿ewg turġien, li jwasslu għall-ispazju miftuħ ta’ taħt is-saqaf kif ukoll għall-veduta spettakolari tal-Port il-Kbir li titgawda mit-terrazzin u l-bjut ta’ dan is-sit. Dan l-intervent joffri aċċess għat-turisti u l-vi¿itaturi. Interventi kumplimentari oħrajn jinkludu r-restawr tal-faċċata ta’ wara tal-MCC u l-installazjoni ta’ dawl artistiku fis-Sacra Infermeria. Il- proġett jammonta għal madwar €916,250 (VAT eskluż). Restawr tal-faċċata tal-Palazz tal-Gran Mastru (Triq l-Arċisqof) u l-btieħi interni: Dan il-progett kien jinkludi: Restawr tal-faċċata tal-Palazz tal-Granmastru (Triq l-Arcisqof); Restawr tal-btieħi interni; Dwal artisiku fil-btieħi interni. Ix-Xogħlijiet ammontaw għal €763,063 (VAT eskluż) u twettqu mill- Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC). Tisbiħ ta’ Pjazza Kastilja – Dan il-proġett kien jinkludi: Pavimentar, tisbiħ u installazzjoni ta’ dwal; Xogħlijiet relatati mar-rilokazzjoni ta’ monumenti, tneħħija tas-siġar fil-Berġa ta’ Kastilja kif ukoll ta’ strutturi eżistenti fil-pjazza ( roundabout central strips ); Titjib fis-servizzi eżistenti fosthom l-ilma, d-dawl, s-sistemi tat-tisqija u installazzjonijiet oħrajn (li m’humiex parti mill-proġett tal-UE); Tisbiħ tal-pjazza u installazzjonijiet diversi; Sistemi ta’ monitoraġġ. Ix-Xogħlijiet ammontaw għal €1,624,930 (VAT eskluż) u twettqu mill- Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC). EAFRD Rural Development Programme for Malta (2007-­‐2013) Application Form LEADER – AXIS 4 Action413.A1B – Setting Up of a Tourist Hub Uffiċċju tal-Informazzjoni għat-Turisti f’Marsaxlokk – Il-Ministeru tat-Turi¿mu flimkien mal-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk ħadmu flimkien sabiex jinfetaħ Uffiċċju tal-Informazzjoni għat-Turisti f’Marsaxlokk. Dan l-uffiċċju infetaħ għat-turisti u l-viżitaturi f’Ottubru 2015. Il-proġett sar taħt il-fondi tal-EAFRD (Leader) Gal-Xlokk. Il-proġett ammonta għal madwar €170,000 li minnhom madwar €100,000 kienu fondi tal-Unjoni Ewropeja.

Triq li minn Burmarrad twassal sal-Wardija — spezzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jieħu l-passi neċessarji biex issir spezzjoni fuq it-triq li minn Burmarrad twassal sal-Wardija, biex jiġi assigurat li l-ħsara li hemm f'din it-triq jiġu evalwati, u dan b’mod partikulari wara li ftit tal-ġimgħat ilu parti sostanzjali tat-telgħa għall-Wardija (limiti ta' San Pawl il-Baħar), ċediet, u jekk ma jsirux it-tiswijiet neċessarji ser ikollha tingħalaq biex jiġu evitati inċidenti li jistgħu jkunu fatali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm din it-triq taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, Transport Malta se tkun qed twettaq xi xogħlijiet ta’ emerġenza fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn ix-xogħlijiet ma jneħħu xejn mir-responsabilità tal-kunsill u għaldaqstant din il-mistoqsija għandha tiġi wkoll riferuta lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – xogħlijiet fit-toroq

Question

Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24183, ġiet mogħtija lista ta' toroq li saru jew ser isiru minn Transport Malta, minkejja li strettament suppost huma responsabilità tal-kunsilli lokali rispettivi, kif ukoll fid-dawl tar-risposta għad-domanda 24629, u r-risposta tal-Prim Ministru għad-domanda 24628, jista' l-Ministru jassigura li fil-fatt se jsir xogħol fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar, fejn hu meħtieġ xogħol kbir li jmur lil hemm mill-manutenzjoni normali tal-istess toroq? Jista' jagħti tagħrif dwar x'pożizzjoni ttieħdet mill-Ministeru għat-Trasport fil-laqgħa li suppost inżammet, flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, fil-15 ta' Marzu, ta’ din is-sena (jew possibbilment f'dati oħra wkoll), biex fiha ġiet diskussa l-pożizzjoni li ser tittieħed dwar it-triq li minn ħdejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu twassal sa' ħdejn il-ground tal-football ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 24629, ninfurmah li fil-laqgħa li għaliha qed jagħmel referenza, xogħlijiet infrastrutturali fuq toroq ma kienux inklużi fl-aġenda.
Leg 12 PQ #24917 Sitting 380 2016-04-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjonijiet, aġenziji u korpi oħra – kontrolli u dixxiplina

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-korporazzjonijiet, aġenziji u korpi oħra li huma parti mill-entitajiet governattivi, li l-ħaddiema tagħhom huma wkoll ikkontrollati (dixxiplinati) mir-regoli li jikkonċernaw lill-ħaddiema tas-servizz pubbliku? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema li huma hekk regolati b'dawn l-istess kundizzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati tal-aġenziji tal-Gvern, entitajiet u organizzazzjonijiet pubbliċi jaqgħu taħt il-kodiċi tad-dixxiplina tal-entità rispettiva li jkunu jaħdmu magħha.
Leg 12 PQ #25064 Sitting 380 2016-04-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ilma msoffi mid-drenaġġ – użu mill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-bdiewa jibdew jużaw l-ilma li ser jiġi msoffi mid-drenaġġ? F'kemm-il fażi hu mistenni li jiġi maqsum il-pjan kollu biex permezz tiegħu l-bdiewa jkunu jistgħu jibdew jużaw dan l-ilma kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Liema huma l-lokalitajiet li mistenni jużaw dan l-ilma, u meta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ilma msoffi mid-drenaġġ huwa ppjanat li jkun disponibbli fix-xhur li ġejjin. Il-pjan huwa maqsum f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi meta l-ilma jkun disponibbli minn punti ta’ aċċess fejn bowsers ikunu jistgħu jimlew l-ilma biex jitqassam. Fit-tieni fazi, se ssir sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma sabiex dan il-prodott jkun imwassal aktar qrib il-bdiewa. Ix-xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni mistenni jibda s-sena d-dieħla. Il-lokalitajiet li se jkunu servuti huma dawn: Impjant ta’ Ras il-Ħobż, Għawdex – Partijiet minn Għajnsielem, mix-Xewkija, minn Kerċem, minn Sta Luċija u mill-Għarb. Impjant taċ-Ċumnija – Partijiet mill-Mellieħa, mill-Manikata u mill-Imġarr. Impjant ta’ Barkat – Partijiet mix-Xgħajra, minn Ħaż-Żabbar, minn M’Scala u miż-Żejtun.
Leg 12 PQ #25065 Sitting 380 2016-04-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq ta’ San Martin – tqegħid ta’ main tal-ilma

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24634, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tip ta' ilma hu mistenni li jitwassal permezz tal-main li hemm referenza għalih fl-istess risposta? Minn fejn u sa fejn ser ikun qed jitwassal dan l-istess ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tippjana li tqiegħed main tal-ilma potabbli. Dan il-main se jitwassal minn Triq San Martin sa Triq San Pawl il-Baħar, u minn Triq Għajn Stas sa Triq Għajn Tuffieħa.

Xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħlijiet indikati fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 23908, 23909, 23910 u 23911, humiex xogħlijiet li jaqgħu taħt Transport Malta, inkella taħt il-kunsilli lokali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Triq Responsabbilta’ Triq il-Marina ( footpaths ), Pieta Transport Malta Triq G'Mangia u Triq Hockham Frere ( surfacing ), Pieta Kunsill Lokali Ta' Sarria & Park + Ride Access + Terminus, Floriana Kunsill Lokali u Transport Malta Triq Nazzjonali - safety fencing , Marsa Transport Malta Triq Ħal Qormi – pelican crossing, Marsa Transport Malta Triq il-Kanun, Sta Venera Transport Malta n/s in Triq San Gorg, Sta Venera Transport Malta (triq residenzjali ġdida) Adeleide Cini c/w Vivion / Markiz Scicluna, Sta Venera (Stima għadha qed tiġi maħduma) Transport Malta (triq residenzjali ġdida) Tumas Dalli c/w Triq il-Ferrovija, Sta Venera (Stima għadha qed tiġi maħduma) Transport Malta (triq residenzjali ġdida) Pelican crossing at Triq San Ġużepp, Sta Venera Kunsill Lokali

Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 — miżuri

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24193, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-miżuri li jaqgħu taħt il-programm imsemmi, u li nfetħu fit-28 ta' Marzu 2016? F'kull każ, meta hu mistenni li jagħlqu l-istess applikazzjonijiet?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li l-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali bħalissa qiegħda tilqa’ miżuri Agro-Ambjent-Klima. Infurmat ukoll li l-miżuri li se jiftħu matul din is-sena huma: Numru 1 relatata mal-vinji u msaġar tal-frott, waqt li Numru 6b toffri għajnuna lil minn irabbi l-gendus Malti u Numru 6c għal min għandu siġar tal-ħarrub jew tut/ċawsli. Ninsab infurmat ukoll li l-applikazzjoni se tagħlaq fis-16 ta’ Mejju 2016 u l-applikazzjonijiet se jibqgħu jintlaqgħu sad-9 ta’ Ġunju, iżda jkunu suġġetti għall-penali ta’ 1% għal kull ġurnata tard wara d-data tal-għeluq.
Leg 12 PQ #24743 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — tiswijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24538, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt sarux spezzjonijiet fuq dawn l-istess xogħlijiet minn meta saru sal-lum, għaliex tali sezzjonijiet żgur juru li bosta minnhom iridu jiġu rranġati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddili l-lista tat-toroq fejn ix-xogħlijiet li saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma sarux kif suppost, ħalli tkun tista’ ssir l-investigazzjoni neċessarja