Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25277 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — konsulti

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25070, li tagħmel referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 24625 u 24748, billi l-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali reġa' rreferini lura għandek bħala 'l-Ministru li fformula r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24625', jista' l-Ministru jiċċara x'inhi l-pożizzjoni ta' dak li għandu jinftiehem bir-risposta għad-domanda 24625?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, bid-dħul mill-mizura tal-Kontribuzzjoni Ambjentali, ser inkunu qed nindirizzaw il-volum kbir ta’ vizitatuti fiz-zoni turistiċi f’pajjiżna inkluz żoni kostali bil-promenades li jista jkollhom madwarhom, kif ukoll l-ibliet storiċi tal-Belt Valletta, l-Imdina u l-Birgu. Ser inkunu qed nindirizzaw ukoll il-pressjoni assoċċjata li tinbet minn dan il-livell għoli ta’ densita’, illi tirrikjedi attenzjoni effettiva u effiċjenti hekk kif ċertament il-kwalita’ ta’ l-ambjent urban ikollu impatt fuq l-esperjenza tat-turist. L-ambjent urban madwar il-lukandi, ir-restoranti u attrazzjonijiet turistiċi oħrajn ċertament li jaffetwa l-esperjenza ġenerali tat-turisti li jżuruna. Qed isir hafna xoghol siewi f’dak li jirrigwardja manutenzjoni f’lokalitajiet diversi, hidma sabiex isir titjib estetiku, kif ukoll qed jizdied it-tindif fiz-zoni turistici varji. Bhal ma jaf sew l-Onorevoli Nterpellant, il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi illi għandha r-responsabbilta’ prinċipali li tissorvelja u tħares il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawn iż-żoni, kif ukoll l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu illi taħdem fuq diversi inizjattivi u proġetti, jikkonsultaw mal-Kunsilli Lokali rispettivi dwar proġetti u xogħol meħtieġ, kemm fuq talba mill-Kunsilli stess u anke fuq inizjattiva’ tagħhom. Nassigura lill-Interpellant, illi ż-żewġ entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi mhux biss jikkonsultaw mal-Kunsilli Lokali fuq pjanijiet għal proġetti u xogħlijiet, iżda mal- istakeholders kollha neċessarji ħalli jiżdiedu l- istandards ta’ kwalità sabiex nizguraw kontinwita’ fis-suċċess li l-industrija tat-turiżmu qed tagħmel f’pajjiżna.
Leg 12 PQ #25278 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – tiswijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25071, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar, kemm saru spezzjonijiet s’issa, u x’ġie deċiż li għandu jsir dwar il-postijiet spezzjonati, mill-istess Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Liema kienu l-każijiet li ġew spezzjonati s’issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li s’issa saru tmien spezzjonijiet u ma jidhirx li hemm bżonn xogħol addizzjonali fuq dak li hemm diġà. L-ispezzjonijiet saru fil-postijiet imsemmija hawn taħt: 1. Triq il-Ħarifa, quddiem Splash Restaurant 2. Triq Patri Ġużepp Calleja, quddiem Snow Drop 3. Triq Luiġi Preziosi, quddiem Jane 4. Triq Luiġi Preziosi, quddiem St Mary 5. Triq iċ-Ċern, quddiem Moko 6. Triq Salvatore Borġ, quddiem numru 7 7. Triq is-Sajjied, quddiem Clean & Clean 8. Triq Ananija, quddiem Marigold Court.
Leg 12 PQ #25279 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – bini ta’ proġetti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25068, billi fir-risposta jingħad li l-Awtorità tal-Ippjanar ma żżommx statistika tal-ispezzjonijiet, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt l-Awtorità tagħmilx spezzjonijiet jew le, u jekk le kif qed jiġi assigurat li l-kundizzjonijiet tal-permessi qed jiġu osservati? Billi d-dikjarazzjonijiet mitluba mill-Awtorità tal-Ippjanar jikkonċernaw l-istat ta' quddiem il-bini li jkun qed jiġi mibni, kif qed jiġi assigurat li ħsarat oħra li jsiru fl-inħawi tal-proġetti li jkunu qed jinbnew, fil-fatt qed jiġu mħarsa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif diġa spjegat fil-Mistoqsija Parlamentari 25068, il-garanzija bankarja tiġi rilaxxjata meta l-Awtorità tal-Ippjanar tirċievi konferma mingħand il-Kunsill Lokali tal-lokalità rispettiva illi t-toroq/bankini li jmissu mas-sit suġġett għall-żvilupp ġew irranġati, jekk kien hemm bzonn, għall-istat oriġinali li kienu. Għalhekk tali spezzjonijiet isiru mill-Kunsilli Lokali rispettivi.

Dokument dwar il-policy tal-parking madwar Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinħareġ għall-konsultazzjoni d-dokument dwar il-policy tal-parking, madwar Malta u Għawdex? Jekk dan id-dokument mhux ser joħroġ għall-konsultazzjoni, meta hi mistennija li tidħol fis-seħħ il-policy?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 25069.

Rapport dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

Question

Billi waqt il-Konferenza Nazzjonali dwar il-mina bejn Malta u Għawdex kien hemm bosta referenzi għar-rapport dwar din il-mina li sar minn Transport Malta, u billi jidher li almenu wħud minn dawk li tkellmu għandhom informazzjoni dwar il-kontenut ta' dan l-istess rapport, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport, u tal-konklużjonijiet prinċipali tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema rapport qed jirreferi għalih.
Leg 12 PQ #25263 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses mhux Maltin li jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' nurses mhux Maltin li hemm jaħdmu fl-isptarijiet differenti tal-Gvern, preżentament, bl-informazzjoni differenti tingħata għal kull sptar separatament? Kemm hu maħsub li għandu jkun il-complement ta' nurses, għal kull wieħed minn dawn l-isptarijiet, dejjem skont l-estimi li hemm preżentament? Meta hu mistenni li jintlaħaq il-complement kollu, f'kull każ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mas-servizz pubbliku hemm total ta’ 290 infermier ta’ nazzjonalità barranija jaħdmu fl-entitajiet kollha. Il-complement kif inhu fil-mument hu ta’ madwar 3,538 infermier. Dan dejjem jista’ jvarja skond l-iżvilupp tas-servizz li jkun hemm pjanat u skond il-ħtiġijiet u eżiġenzi tal-pajjiż.
Leg 12 PQ #25264 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ajruporti li huma servuti mil-linja tal-ajru Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma, preżentament l-ajruporti li huma servuti mil-linja tal-ajru Air Malta? Liema hi l-frekwenza ta' titjiriet li jsiru mill-Air Malta għal kull waħda minn dawn id-destinazzjonijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-lista ta’ ajruporti li huma servuti mil-linja tal-ajru Air Malta qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant illi l-informazzjoni rikjesta minnu hi diga’ disponibbli b’mod pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-kumpanija.
Leg 12 PQ #25265 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Tnaqqis ta’ persuni barranin li jiġu jistudjaw l-ingliż

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24649 fejn l-informazzjoni li ngħatat uriet li kien hemm tnaqqis ta' madwar 2% għal dak li jikkonċerna preżenza ta' studenti barranin biex jistudjaw l-Ingliż f'Malta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-MTA hux qed tagħmel xi sforz partikulari biex dawn l-istudenti jerġgħu jiżdiedu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux qed jiġu mfittxija xi swieq ġodda għal dawn it-tip ta' viżitaturi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif diga ntqal fir-risposta li inghatat ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 24649, is-swieq Libjan u Russu ghaddejjin minn diffikultajiet li m’ghandiex kontroll fuqhom. Fl-attivita’ li diga saret fl-2016 u li hi ippjanata ghax-xhur li gejjin, qed isir sforz partikolari sabiex tizdied l-attivita ta’ marketing fi swieq li, b’effett ta’ konnettivita’ ahjar, hemm opportunita li n-numru ta’ studenti tal-Ingliz jikber hekk kif jikber is-suq. Hawnhekk qieghed nirreferi ghal swieq fl-Ewropa tal-Lvant fosthom il-Polonja, Repubblika Ceka, Slovakja, Ungerija u r-Rumanija. L-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu nediet ukoll inizzjattivi godda ghal dan is-settur fil-Germanja, Italja, Awstrija u Spanja filwaqt li qeghda tinvesti fondi godda fil-Gappun, Korea t’Isfel u pajjizi fl-Amerika Latina. F’dan is-settur l-Awtorita’ tahdem fil-qrib mal-Assoccjazzjoni ta’ l-Iskejjel ta’ l-Ingliz, kif ukoll ma skejjel individwali li jkollhom progetti li jiffokaw fuq swieq geografici partikolari jew nicec f’dan is-settur, bhalma huma korsijiet ippreparati apposta ghal professjonisti li jahdmu f’setturi bhas-settur bankarju, mediku, turistiku u tal-avjazzjoni fost ohrajn.

Ta’ Qali — Investimenti fil-pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ser ikunu l-investimenti li ser isiru fil-pitkalija f'Ta' Qali, fil-kumplament ta' din is-sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari l-investimenti pproġġettati għal din is-sena u li s’issa diġà ħarġu t-tenders għalihom huma għat-tiswija estensiva fuq il-magna tal-ħasil tal-kaxxi u għat-tiswija estensiva tas-soqfa tax-sheds tal-pitkala.
Leg 12 PQ #25255 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kontroll fuq il-kuntratturi li qed iwettqu x-xogħol

Question

Billi skont it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25072 jirriżulta li sar xogħol f'isem l-Enemalta fi Triq l-Isponoż, San Pawl il-Baħar, liema xogħol ħalla tħarbit sħiħ fuq il-post, jista' l-Prim Ministru jassigura li l-Enemalta tieħu l-passi neċessarji biex dan ix-xogħol ħażin li sar fuq is-sistema tagħha, jiġi rranġat, b'mod li t-trinka li saret, ma tħallix il-post kif inhu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25072 (ħamsa u għoxrin elf, tnejn u sebgħin), ix-xogħlijiet imsemmija ma sarux mill-Enemalta plc.

Toroq li djiequ

Question

B'referenza għar-risposta ta' PQ 25090, billi r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20461, fl-ebda ħin ma tagħti l-informazzjoni mitluba, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-xogħlijiet indikati fir-risposta, li għalihom qed issir riferenza? Billi l-allegazzjoni li kien hemm xi toroq f'Malta li djiequ għal one lane saret, diversi drabi, kemm mill-Ministru kif ukoll mill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub f'dawn il-mistoqsijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fuq dan is-suġġett.

Sport Malta — surplus

Question

Billi minn żmien għal żmien qed jingħad li Sport Malta, jew il-korp li qabel kien jeżisti minflok Sport Malta, għadda minn sitwazzjoni fejn fl-2013 kellha dejn qawwi, u li issa, fl-2015, kellha surplus ta' 'l fuq minn €1.3 miljun, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex jikkonsisti dan is-surplus, u fejn hu mistenni li jiġi użat, matul din is-sena jew fis-snin ta' wara?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-2014 SportMalta attwa pjan strateġiku li kien sar fi tmiem l-2013. Dan il-pjan ta sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ kif in-nefqa ta’ SportMalta tiġi kkontrollata. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jvarjaw minn ħlasijiet żejda ta' riżorsi umani għall-operat fejn kien hemm ħela li setgħet faċilment tiġi kkontrollata. Dan is-surplus ippermetta lil Sportmalta li fl-2016 iniedi sensiela sħiħa ta’ proġetti żgħar short term li ser jiġu konklużi sa tmiem din is-sena.

San Pawl il-Baħar — Skola Primarja – tħaffir ta’ parkeġġ

Question

Billi jirriżulta li l-applikazzjoni PA283/16 għal tħaffir ta' art li fuqha għandha tinbena l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, fil-fatt ħareġ, u jidher li mhux se jkun hemm tħaffir biżżejjed biex ikun hemm iktar minn sular ta' parkeġġ, parkeġġ li fejn hi proposta li tinbena l-iskola hu meħtieġ ħafna, jista' l-Ministru jikkunsidra li fil-fatt ikun hemm iktar minn livell wieħed ta' parkeġġ, u dan għall-użu ta' dawk kollha li jersqu lejn dawn l-inħawi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjanti proposti diġà jinkludu żewġ sulari ta' parkeġġ. Dan kien jidher fis-sezzjoni tal-proġett li kienet tifforma parti mill-pjanti sottomessi mat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 23698 (proposed Sections & Detail A).

Proġetti b’rabta mal-isport

Question

Jista' l-Ministru, issa li għaddiet terz mis-sena 2016, jagħti tagħrif dwar liema ser ikunu l-proġetti li għandhom rabta ma’ xi sport partikulari, li mistennija jibdew matul din is-sena, jew b'finanzjament dirett waħdu mill-Gvern jew inkella b'finanzjament fejn parti ser issir mill-Gvern, u parti ssir minn xi organizzazzjoni privata? Kemm hu mistenni li jintefaq, matul din is-sena, fuq dawn it-tip ta' proġetti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-proġetti b’rabta mal-isport li mistennija jibdew matul din is-sena, huma kif se nsemmi: Id-Deck tal-pixxina Il-Gate tal-East Block fil-Pixxina Hand Rails kollha fil-Pixxina Sistema CCTV fil-Pixxina Power Factor fil-Pixxina Upgrade tar-reception area u toilets fiz-zona tar-reception fil-Pixxina Reservoir fil-Pixxina Boiler fil-Padiljun tal-Università Tinda tal-Judo f’Pembroke Warm Up Track fil-Marsa Ristrutturar tal-Padiljun tal-Baskitbol Ristrutturar tal-Jogging track f’Santa Luċija Bini mill-ġdid tal-outdoor basketball court fis-Siggiewi Apparat tal-Ġinnastika għall-Kumplessi ta’ SportMalta L-art ġdida fil-Kumpless tal-Kottonera Sala tal-Konferenzi fil-Kumpless tal-Kottonera b’faċilitajiet anċillari għal klabbs u Assoċjazzjonijiet u faċilitajiet oħra li jistgħu jibdew dejjem suġġetti għall-preżentazzjoni u approvazzjoni tal-pjanti. Il-valur ta’ dan kollu jilħaq 2.2 miljun Ewro

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – xogħol fuq toroq li għadhom qatt ma saru

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda xogħol ġdid fuq toroq li għadhom qatt ma saru, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar? Liema huma t-toroq f'dawn il-lokalitajiet li fihom hu mistenni li jsir xogħol f'dan iż-żmien?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 22856 u 22857.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Mosta – pelican lights

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pelican lights li hemm fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar, ikollhom il-ħin tagħhom aġġustat, dan peress li qed jinqalbu ta’ spiss wisq u qed joħolqu tfixkil fl-andament tat-traffiku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżdied il-ħin tal-attivazzjoni ta' tali dwal għall-pedonali fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.
Leg 12 PQ #25130 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Front ta’ Buġibba u l-Qawra – arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawk l-arbli tal-Enemalta li qegħdin fuq il-front ta’ Buġibba u l-Qawra u li jinsabu fi stat ħażin jinbidlu, qabel ma jkunu l-kawża ta’ xi traġedja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta plc illi l-arbli msemmija se jinbidlu fil-ġimgħat li ġejjin.

Transport Malta – toroq li se jsir xogħlijiet fuqhom

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24183, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’tip ta’ interventi ser ikun qed jitwettaq f’kull każ imsemmi għall-istess risposta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Lokalità Triq Intervent Gżira Kulvert ġewwa Triq St Albert Bini ta’ kulvert Bormla Sur Santa Liena Rikostruzzjoni Furjana Ta' Sarria & Park + Ride Access + Terminus Resurfacing Birgu Triq il-Kardinal Sciberras & Triq Desain Rikostruzzjoni Żebbuġ Triq Pelaġju Mifsud & Triq Anthony Aquilina Rikostruzzjoni Valletta Strait Str (btw St.Domenic and St.Nicholas) Rikostruzzjoni u Pavimentar Żejtun Triq Alfred Cachia Zammit Rikostruzzjoni Marsaxlokk Junction at Triq iz-Zejtun/Melqart/Axtart (on behalf of MEH) Junction ġdida Bormla Irlandizi parking area Resurfacing Marsaxlokk Resurfacing of Triq iż-Żejtun (on behalf of MEH) Resurfacing Marsaxlokk Opening and Construction of Triq Lepanto (on behalf of MEH) Kostruzzjoni Marsaxlokk Opening and Construction of Triq Barthelemy (on behalf of MEH) Kostruzzjoni Ħamrun Major Works in Triq San Gużepp Xogħlijiet varji Tarxien Junction at Triq il-Palma Junction ġdida Zejtun Bir id-Deheb Rikostruzzjoni Żabbar / Żejtun Triq Bormla (taċ-Ċawsli) Rikostruzzjoni Żurrieq Vjal ix-Xarolla Twessiegħ u rikostruzzjoni Żabbar Triq il-Kunvent u Triq Cawsli Resurfacing Isla Triq is-Sur Rikostruzzjoni Birkirkara Triq Buontadini Rikostruzzjoni

Riklami fuq il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'pożizzjoni ħadet, jew ser tieħu Transport Malta (TM) għal dak li jirrigwarda t-tqegħid ta' xi forma ta' riklami fuq il-baħar? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk TM għamlitx xi forma ta' konsultazzjoni ma' dawk kollha konċernati qabel ma ħadet, jew ser tieħu pożizzjoni dwar dan is-suġġett? Jekk saret konsultazzjoni, meta saret u ma’ min saret l-istess konsultazzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta ta’ tqegħid ta’ reklamar fuq il-baħar ġiet sospiża minn Transport Malta.
Leg 12 PQ #25072 Sitting 382 2016-04-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Kontroll fuq il-kuntratturi li qed iwettqu x-xogħol

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24744, jista' l-Ministru jwieġeb il-partijiet tal-mistoqsija parlamentari li ma kenux imwieġba? Minbarra hekk, jista' jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol li hemm referenza għalih fl-aħħar parti tar-risposta ġiex iċċertifikat mill-periti wara li sar ix-xogħol? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt ix-xogħol sarx fiż-żmien stipulat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-verità, dan ix-xogħol jinkludix xogħol li sar fi Triq l-Isponoż? Jekk iva, min għamel ix-xogħol f'dan is-sit, u min iċċertifikah?

Response (MIZZI, KONRAD)

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 24744 (erbgħa u għoxrin elf, seba’ mija, erbgħa u erbgħin), ninforma lill-Onorevoli Interpellant bis-segwenti: Fejn tikkonċerna l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dawn infurmawni li x-xogħlijiet li saru għadhom ma ġewx iċċertifikati kollha. Dan peress li l-kuntrattur baqagħlu jirraġa xi affarijiet u kif ilesti, il-Perit tal-Korporazzjoni jkun jista’ joħroġ iċ-ċertifikat finali. Skont records tal-Korporazzjoni f’dawn l-aħħar snin ma sarux xogħlijiet fi Triq l-Isponoż u għalhekk mhumiex inklużi max-xogħlijiet ta’ Għajr Rasul. Fejn tikkonċerna l-Enemalta plc, ix-xogħol indikat fi Triq l-Isponoż, minkejja li huwa marbut mas-servizzi tal-elettriku, mhuwiex qed isir mill-Kumpanija. Il-Kumpanija hija involuta biss fix-xogħol marbut ma’ aspetti tal-elettriku u mhux dawk ta’ tħaffir jew xogħlijiet oħra relatati.