Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – periti — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25613, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-periti impjegati mal-Awtorità tad-Djar? F’kull każ, mingħajr ma jingħataw ismijiet, kemm ilhom hekk impjegati mal-Awtorità? Kemm minn dawn il-periti kienu impjegati, ma baqgħux impjegati u reġgħu ġew impjegati? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm hemm periti li għalkemm mhux impjegati tal-Awtorità qed jagħtu servizz lill-Awtorità? Meta, f’kull każ, bdew iwettqu dan ix-xogħol u liema hu x-xogħol li qed iwettqu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar għandha 10 periti impjegati magħha, li wieħed minnhom jinsab sekondat mal-Awtorità tal-Ippjanar. L-ebda wieħed minn dawn il-periti ma reġa’ kien mpjegat wara li ma kienx baqa’ mpjegat tal-Awtorità tad-Djar. Dawn il-periti ilhom impjegati skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Data tal-Impjieg 25/06/1990 13/01/2005 09/05/2005 22/07/2010 15/11/2010 25/11/2013 01/04/2014 07/09/2015 01/01/2016 01/01/2016 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha wkoll disa’ (9) Periti li jagħtuha servizz kif elenkat fis-segwenti tabella: Perit Data ta' meta ġew ingaġġati Xogħol li qed iwettqu 1 22/02/2016 Servizzi professjonali fuq srtuttura ta' blokka ta' appartmenti fl-Imrieħel 2 07/09/2015 Servizz ta' Perit fuq proġett ta' tisbiħ f'San Pawl il-Baħar 13/10/2015 Servizz ta' Perit fuq proġett ta' tisbiħ f'Raħal Ġdid 3 07/05/2014 Servizz ta' Perit fuq proġett ta' tisbiħ f'Isla 4 05/01/2015 Servizz ta' Perit fuq ka¿ijiet tal-Qorti 5 05/01/2015 Servizz ta' Perit fuq ka¿ijiet tal-Qorti 09/11/2015 Servizz Professjoni ta' Perit fuq proġett tal-Awtorita' fl'Imtarfa 6 04/11/2015 Servizz Professjoni ta' Perit fuq proġett tal-Awtorita' f'Pembroke 7 07/04/2011 Servizz ta' Perit 8 01/06/2015 Servizz ta' draughstman 9 05/08/2015 Servizz ta' surveying

Buġibba – breakwater – operaturi tad-dgħajjes

Question

Billi l-operaturi tad-dgħajjes għat-turisti joperaw minn mal-breakwater ta' Buġibba, jista' l-Ministru jara li jiġi assigurat li dawn l-istess operaturi josservaw l-obbligi tagħhom li ma jħallux skart jiġri fl-inħawi tal-moll u jiżguraw li jħallu l-inħawi nodfa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bastimenti li joperaw skont ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali (S.L. 499.23) u l-Kodiċi ta’ Prattika għas-Sigurta’ ta’ Bastimenti Kummerċjali, u li fosthom jinkludu dawk id-dgħajjes ta’ passiġġieri li joperaw mill-moll ta’ Buġibba, huma obbligati li jimxu mal-istess regolamenti għal dak li jirrigwarda mmaniġġjar ta’ skart. It-taqsima ta’ Ports Inspectorate u l-Maritime Enforcement Unit fi ħdan Transport Malta jagħmlu spezzjoniijiet regolari sabiex jassiguraw li l-operaturi ta’ dawn il-bastimenti qed jonoraw l-obbligi tagħhom. F’każ li jinstab xi nuqqas f’dan ir-rigward, jittieħdu passi biex l-operatur jiġi penalizzat.

Bus stops — parkeġġ

Question

Billi l-parking hi problema li tolqot bosta lokalitajiet, jista’ l-Ministru jikkonsidra l-possibbiltà li matul il-ħinijiet ta’ billejl waqt il-ħin li ma jkunx hemm trasport pubbliku, l-ispazji riservati għall-bus stops, jintużaw biex fihom isir il-parking?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bus stops, fil-maġġoranza tagħhom, jintużaw mis-servizz tat-trasport pubbliku bejn il-ħamsa ta’ filgħodu u l-ħdax ta’ bil-lejl. Dan minbarra li ċertu bus stops jintużaw ukoll fuq is-servizz ta’ bil-lejl. Dan ifisser li ċertu bus stops ma jkunux qegħdin jintużaw ħlief għal perjodu pjuttost qasir tal-lejl filwaqt li ċertu bus stops jibqgħu jintużaw prattikament il-ħin kollu. Wieħed irid ukoll jikkunsidra li miżura bħal din tirrikjedi ammont konsiderevoli ta’ nfurzar sabiex jiġi żgurat li ma’ jkunx hemm vetturi pparkjati fil-ħin li jkun qed jopera s-servizz tat-trasport pubbliku, speċjalment fil-ħinijiet bikrin ta’ filgħodu.
Leg 12 PQ #25761 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti – kontribuzzjoni ta’ 50 ċenteżmu

Question

Billi f'risposta għall-mistoqsija parlamentari preċedenti l-Ministru wieġeb li l-Gvern se jkun qed iżid il-fond li jinġabru mill-kontribuzzjoni ta' 50 ċenteżmu għal kull lejl, jista’ jikkonferma li dan il-kontribut se jibda jitħallas minn din is-sena, u allura jista’ jagħti tagħrif dwar liema huma l-prijoritajiet magħżula s’issa? X’sehem se jkollhom il-kunsilli lokali f'dawn l-għażliet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi kważi l-kontenut sħiħ tad-domandi tiegħu ġja’ ġew imwieġba fit-tweġibiet għal tliet domandi Parlamentari li jġibu n-numru 24625, 25277 u 25615. Dwar il-prijoritajiet magħżula sa issa, il-Ministru jirrileva li b’mod evidenti l-ebda prijorita’ ta’ proġett jew proġetti ma ġewx magħżula sa issa u dana billi dan ser ikun l-inkariku tal-Bord indikat f’punt numru [2] fit-tweġiba għad-domanda Parlamentari bin-numru 25615.

San Pawl il-Baħar — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ ċitazzjonijiet li l-wardens ħarġu fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa 20 u s-Sibt 21 ta’ Mejju 2016, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Għal liema kontravenzjonijiet ħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Fir-Reġjun Tramuntana titħaddem rotta bejn is -6.00pm u nofs il-lejl fejn il-Lokalita ta’ San Pawl il –Baħar tiġi sorveljata għall-Infurzar Lokali minn 2 Gwardjani Lokali. Waqt il-qadi ta’ dmirijiethom il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju,2016 ngħataw 24 ticket fi 17 il- triq differenti fil-lokalita ta’ San Pawl il –Baħar. 2 ċitazzjonijiet kienu mgħotija peress illi l-liċenzja tal-vetturi kienet skaduta u l-20 ċitazzjoni jirrigwardjaw pparkjar ħazin bħal pparkjar f’kantunieri, mas- central strips, double parking u fuq double yellow lines.

Buġibba – Direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar – traffic lights

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25282 u 22713, billi l-periklu li hemm fuq il-post qed jikkawża diffikultajiet mhux żgħar f’dawn in-naħat, u billi l-istess problema ġiet ukoll imsemmija almenu darbtejn fuq il-ġurnal It-Torċa, jista’ l-Ministru jassigura li jitwaħħlu l-lights neċessarji u dan qabel ikun tard wisq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien nisab infurmat li l-parti tal-inkroċju bejn Triq il-Korp tal-Pijunieri k/m Triq il-Wileġ, li għalih qed tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari, m’għandu l-ebda parti minnu kkonrollat bis-sinjaletika elettronika tat-traffiku. Il-movimenti tat-traffiku f’dan l-inkroċju huma kkontrollati bis-sinjaletika ta’ STOP li għandu jiġi osservat. Il-parti fejn hemm sinjaletika elettronika tat-traffiku tinsab fi Vjal Kennedy k/m Triq Korp tal-Pijunieri.

San Pawl il-Baħar – toroq li qatt ma saru

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq qatt ma saru fil-lokalità kollha ta’ San Pawl il-Baħar, u li hemm il-ħsieb li jsiru matul din is-sena, jew is-sena d-dieħla?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Transport Malta, it-toroq residenzjali li qatt ma saru fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar huma s-segwenti: Triq is-Simar Triq il-Konz Triq Manuel Bonnici Triq Massimiliano Kolbe Triq il-Qawra It-toroq residenzjali jsiru darba li jkunu ffurmati u skont il-prioritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.

Transport Malta – residential parking zones

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi l-pożizzjoni ta’ Transport Malta f'isem il-Gvern għal dak li jikkonċerna residential parking zones madwar Malta u Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li talbiet għal parkeġġ bil-ħin ser jiġu evalwati fl-isfond tal-polza l-ġdida dwar il-parkeġġi fit-toroq.

Twaħħil ta’ slielem u bins madwar il-kosta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitwaħħlu s-slielem fil-bajjiet madwar il-kosta biex jgħinu lin-nies jinżlu u jitilgħu mill-baħar? Kif ukoll meta hu mistenni li jitqiegħdu f'posthom il-bins li jkun hemm madwar il-kosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-slielem tal-baħar ilhom jiġu mwaħħla tul il-kosta ta’ pajjiżna għal dawn l-aħħar ġimgħat. Fil-ġranet li ġejjin hu maħsub li jkunu twaħħlu kollha. Il-bins madwar il-kosta bdew jiġu mpoġġija wkoll. Wieħed irid japprezza, li jekk din l-infrastruttura titwaħħal kmieni ħafna, jirriżulta li tiġrilhom ħafna ħsara qabel ma jibda l-istaġun tas-sajf.

Rapport dwar il-bini ta’ mina bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti dwar il-mina bejn Malta u Għawdex li ġew imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25333?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-mument opportun.

Park tas-Salina

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li l-park tas-salina, u parks oħra, jiġu mikrija biex fihom isiru attivitajiet privati? Jekk iva, x’inhi l-proċedura li trid tiġi addottata biex tali post ikun jista’ jiġi wżat għall-attivitajiet privati? Kemm-il darba, matul l-aħħar tnax-il xahar il-park tas-salina ġie mikri lill-privat u meta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif diġà indikat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 25498, il-proċedura stabbilità sabiex wieħed ikun jista’ jagħmel attivitajiet fil-Park tas-Salina jew Parks oħrajn hija li timtela applikazzjoni u tiġi sottomessa lid-Direttorat tal-PARKS u Inizjattivi, ġewwa Ta’ Qali. Tinħareġ notifika hekk kif tiġi approvata u pproċessata l-applikazzjoni. Qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #25612 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti – każijiet ta’ mard

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' mard, fejn il-pazjenti li ddaħħlu b'xi marda partikulari, forsi wassal biex il-pazjenti kellhom jiġu segregati mill-kumplament tal-pazjenti? Liema kienu l-mardiet li wasslu għal din is-segregazzjoni, u f'liema żmien seħħew dawn il-każijiet, mill-2013 sal-lum? Kemm kienu l-każijiet involuti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-isptar Mater Dei jimxi skond policies internazzjonali fejn ghandu x'jaqsam ma prevenzjoni tat-tixrid potenzjali ta' mard infettiv gewwa l-isptar. Id-Departiment tal-Prevenzjoni u l-Kontroll ta' Mard Infettiv (Infection Control) fil-fatt hareg diversi policies aggornati biex jiggwidaw lit-tobba u l-infermiera meta ghandhom jizolaw pazjenti b'infezzjonijiet jew mikrobi li jistghu jinxterdu. Wahda biss minn dawn, l-Infection Precautions and Isolation Policy (Policy no: ICU06Pol2013v01.0), tkopri mal-mitejn mikrobu jew kundizzjoni. Ma tinzammx statistika kollettiva ta' hemm ikun hemm istanzi ta' izolament.

Awtorità tad-Djar – periti — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar tatx xogħol marbut mal-bini ta' binjiet residenzjali tal-Gvern, lill-periti privati, matul l-aħħar sitt xhur? Jekk iva, liema kienu l-periti li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol, u għal liema proġetti individwalment tqabbdu jagħmlu x-xogħol li suppost se jagħmlu? X'tip ta' kuntratti ngħataw għal dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ ma tat l-ebda xogħol f’dawn l-aħħar sitt xhur lil Periti privati b’konnessjoni ma’ bini ta’ binjiet residenzjali.

Feriment ta’ persuni — każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn kien hemm rapporti ta' feriment ta' persuni, f'kull lokalità separatament, , matul l-aħħar 12-il xahar? Kemm kienu l-persuni f'kull każ, li kienu involuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta` Mejju 2015 u t- tletin t’ April, 2016 ġew rapportati lill-pulizija disa mija u wieħed u għoxrin (921) każ ta’ ferita fuq persuna u li kienu jinvolvu elf u sitta u sebgħin (1076) persuna li kienu reġistrati bħala vittma. Barra min dan kien hemm ukoll sitt mija u tmienja u għoxrin (628) każ ieħor, klassifikati bħala vjolenza domestika u li involvew sitt mija u tmienja u tmenin (688) persuna rreġistrati bħala vittmi li soffrew feriti fuq il-persuna. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ każijiet skond il-lokalita’ u tip ta’ reat rapportat.
Leg 12 PQ #25615 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġetti ffinanzjati mit-taxxa fuq it-turisti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jintgħażlu l-proġetti li fuqhom se jintefqu l-flus li mistenni jinġabru mill-50 ċenteżmu għal kull lejl li turist iqatta' f'Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-ammont li jinġabar jiġi topped up permezz ta' fondi mill-fond konsolidat jew ta’ xi income ieħor tal-Gvern? Jekk iva, kemm hu mistenni li jkun l-ammont li jiżdied b'dan il-mod?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi bi tweġiba għad-domanda tiegħu, jiena ġja’ ħabbart pubblikament is-segwenti: 1. Illi din l-eko-kontribuzzjoni ser tintuża esklussivament sabiex intejbu l-kwalita’ tal-prodott turistiku f’pajjiżna fi żmien fejn is-settur turistiku qed iwettaq suċċess bla preċedent u dana wkoll li fl-aħħar mill-aħħar jispiċċaw jitgawdew mill-Maltin u l-Għawdxin kollha; 2. Illi dawn il-fondi ser imorru kollha ġewwa fond, fejn ser ikun hemm ħames membri tal-Bord – Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Finanzi, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tat-Turiżmu, żewġ membri mill-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti [MHRA] u c-Chairperson ta’ dan il-Bord li ser ikun l-istess Chairperson tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taz-Zoni Turistiċi; 3. Illi qed jintuża l-istess Chairperson ħalli jkun hemm sinerġiji bejn minn ser jiddeċiedi xi proġetti jsiru u min ser ikun qed jimplimentahom, li hija l-istess Fondazzjoni; 4. Illi pero’ dawn il-progetti ser ikunu tali li jkun mifruxa madwar Malta u Għawdex kollu u jkunu assolutament ta’ prijorita’ turistika; 5. Illi hemm il-ħsieb ċar li l-ammont li jinġabar ikun ‘topped up’ mill-Fond Soċjali li huma fondi li ġejjien mill- Individual Investor Programme (IIP) li qed jitmexxa b’tant suċċess minn dan il-Gvern. Is-somma li tiġi minn dan il-fond soċjali għadha qed tiġi diskussa.

Segretarji eżekuttivi – proċess tal-għażla

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-proċess għall-għażla ta' segretarji eżekuttivi, fil-fatt intemmx inkella le? Jekk intemm, kemm kien hemm persuni li, intgħażlu biex ikunu fuq il-lista li minnhom jistgħu jinħatru s-segretarji eżekuttivi? Jekk għadu ma ntemmx, meta hu mistenni li jitlesta l-proċess kollu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-pool li minnha jintgħazel Segretarju Ezekuttiv ġiet ippubblikata fil-11 ta’ Mejju 2016. Hemm perjodu ta’ appell, imbagħad wara ghaxart’ijiem toħroġ ittra lil kull persuna li għaddiet biex tkun infurmata li tifforma parti mill-pool li minnha jintgħazel Segretarju Ezekuttiv. Fuq il-lista hemm 127 persuna.
Leg 12 PQ #25605 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Studji tal-Ilma tal-Baħar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ studji tal-Ilma tal-Baħar isiru madwar Malta u Għawdex? Minn liema lokalitajiet u f'kull każ b'liema frekwenza? Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm indikazzjonijiet ta’ kontaminazzjoni mill-fish farms? Jekk iva f’liema lokalitajiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-direttorat għas-Saħħa Ambjentali ta’ kull sena jwettaq il-programm ta’ monitoraġġ fuq il-kwalita` tal-ilma baħar skont ir-Regolamenti 125 tal-2008 dwar il-Maniġġar tal-Kwalita` tal-Kwalita` tal-Ilma tajjeb għall-Għawm li jittrasponu d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Kampjuni tal-ilma baħar jinġabru minn 87 sit uffiċjali f’Malta, Għawdex u Kemmuna u huma monitorati kull ġimgħa għall-kwalita` mikrobijoloġika kif rikjest mill-istess regolament u direttiva matul l-istaġun uffiċjali tal-għawm li għal din is-sena beda’ fis-16 ta’ Mejju u jispiċċa fit-23 t’Ottubru. Dwar l-impatti mill-Fish Farms fuq il-kwalita` tal-ilma baħar f’dawn l-akkwati, nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi tali mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Trasport Pubbliku – skeda tas-sajf

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ser tibda l-iskeda tas-sajf għal dak li hu trasport pubbliku? X'żidiet ser ikun hemm fis-servizz għall-Mellieħa, in-Naxxar, il-Mosta u San Pawl il-Baħar, b’riżultat ta’ dawn l-iskedi tas-sajf?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 25341 filwaqt li ninfurmah li l-iskeda tas-sajf hija mistennija tidħol fis-seħħ f’nofs Ġunju.

San Pawl il-Baħar – rakkomandazzjonijiet dwar titjib tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema rakkomandazzjonijiet saru mill-Ministeru għat-Turiżmu għal dak li jikkonċerna titjib fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar? Liema minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet li saru ser jitwettqu mill-Ministeru permezz ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Naħal Malti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rapporti ta’ mard fuq in-naħal Malti, li qabel ma kienx jeżisti, jew għall-inqas ma kienx magħruf li jeżisti, matul l-aħħar sentejn? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm hawn kolonji ta’ naħal għall-għasel f’Malta u f’Għawdex? Fejn huma reġistrati li jinsabu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

B’żieda mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25499 rigward il-mard notifikabbli li laqat il-kolonji tan-naħal, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sa minn meta d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja beda jwettaq l-ispezzjonijiet fl-imġiebaħ f’Malta lura f’Diċembru 2014 ma kienx hemm rapporti ta’ mard ġdid fil-kolonji tan-naħal. Qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-infomazzjoni l-oħra mitluba.