Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reserved Parking — lokalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn huma l-kaxxi tar-Reserved Parking, il-Communal Reserved Parking għall-persuni b'diżabilità, il-Loading/ Unloading Bays u kull forma oħra ta' Reserved Parking li huma approvati minn Transport Malta, triq b’triq, f'San Pawl il-Baħar, lokalità b’lokalità? Kemm tali spazji ġew approvati u kemm spazji ġew deċiżi li jitneħħew matul l-aħħar sena? F'liema toroq, f’kull każ separatament?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Liċenzji tas-sewqan ta’ vetturi fuq l-art

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li ngħataw il-liċenzja tas-sewqan ta’ vetturi fuq l-art matul l-aħħar tliet snin? Kemm minn dawn kienu Maltin, u kemm kienu barranin? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-kategorija tal-liċenzja? Kemm kien hemm xufiera li tneħħitilhom il-liċenzja minħabba punti mitlufa, għax kisru l-liġi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li ngħataw il-liċenzja tas-sewqan ta’ vetturi fuq l-art matul l-aħħar tlett snin huwa hekk kif ġej: Minn Jannar sa Diċembru 2014 – 6,500 persuna ġabu l-liċenzja Minn Jannar sa Diċembru 2015 – 6,675 persuna ġabu l-liċenzja Minn Jannar sa Ġunju 2016 – 3,601 persuna ġabu l-liċenzja Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #26637 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prezzijiet tal-Elettriku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi d-differenza fil-prezz li l-klijenti jkollhom iħallsu tal-elettriku, skont il-kategorija ta' servizz li jkollhom? X'inhuma l-kriterji li jwasslu biex klijent iħallas skont kategorija, minflok oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-Avviż Legali Nru. 108 tal-2014 dwar it-tariffi tal-elettriku għar-residenzi u Avviż Legali Nru. 107 tal-2015 dwar it-tariffi non-residenzjali.
Leg 12 PQ #26574 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – turisti — sodod

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma s-sodod tat-turisti li huma reġistrati mal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, jew mal-Ministeru, lokalità b’lokalità, f'Malta u f'Għawdex, skont il-kategoriji li fihom huma reġistrati dawn l-istess sodod? Kemm jirriżulta li kien hemm turisti, f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet, matul l-2015 u matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Jista' jagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għall-ewwel domanda tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet domanda, ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat, li jkollu analiżi approfondita tal-istatistika kollha mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).
Leg 12 PQ #26575 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern – ħaddiema — leave

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26080, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li fil-fatt ir-regolamenti msemmija qed jiġu osservati? X'jiġri fil-każijiet fejn minħabba x-xogħol li jkun irid isir, fil-fatt ma jkunx possibbli li dawn il-professjonisti jieħdu l-entitlement tal-leave kollu li huma ntitolati għalih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-paragrafu 4.2.4. tal- Public Service Management Code intitolat Accumulation of leave infakkar illi kull entita’ hija responsabbli mill-osservanza ta’ dan il-kodici.

Qorti – taħrikiet — każijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26137, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex tali informazzjoni tibda tinżamm? Minbarra hekk, x’proċeduri jittieħdu fil-konfront ta' persuni li minkejja kollox, u minkejja li huma magħrufa sew ma kulħadd, jibqgħu ma jinstabux, biex jiġu notifikati?

Response (BONNICI, OWEN)

Waħda mill-affarijiet li tikkawża dewmien fil-proċeduri kriminali hija l-kwistjoni tan-notifika, ċioe’ biex akkużat jew imputat jew xhud jirċievi d-dokumentazzjoni neċessarja biex jitla’ l-Qorti. Għalhekk il-Gvern ħa d-deċiżjoni li jtejjeb is-sistema u beda billi implimenta sistema ġdida ta’ notifiki l-ewwel f’awla waħda u mbagħad f’awla oħra. Is-sistema l-ġdida rat bidla fil-liġi kif issir in-notifika, sistema ġdida tal-IT li tagħmel tracking ta’ kull stadju tal-proċess u kif ukoll bidla on the ground minn min fiżikament jagħmel in-notifika. Irrid ngħid li kellna riżultati tajbin ħafna, kif jidher mill-informazzjoni li qed inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra.Bħala regola ġenerali il-kawżi qed jiġu notifikati kollha kemm huma. S’intendi, ma jfissirx li għaliex bniedem jiġi notifikat bilfors dan se jitla’ għas-seduta għaliex ikun hemm min jagħzel li jisfida l-liġi u ma jitlax xorta waħda bil-konsegwenza li mbagħad jinħariġlu mandat t’arrest.Biss il-fatt li prattikament il-kawzi kollha f’dawn iż-żewġ awli qed jiġu notifikati statistikament wassal għal iktar qtugħ ta’ kawzi u iktar imputati qegħdin jidhru quddiem il-Maġistrati konċernati. B’hekk is-sistema qegħda tkun aktar effiċċjenti b’inqas dewmien u differimenti bla bżonn. Is-sistema indrat tajjeb kemm mill-akkużati u anke mill- avukati. Irrid ngħid ukoll li vantaġġ ieħor ta’ din is-sistema hi li kulħadd jiġi mgħajjat fis-seduta bil-ħin benefiċċju kemm għall –akkużati mhux jagħmlu nofs ta’ nhar Qorti kif ukoll għall-avukat illi jkun jista jiskeda l-ġurnata tiegħu aħjar. Tibqa’ l-isfida ta’ dawk li minkejja li jiġu notifikati jagħzlu li jisfidaw il-Qorti u ma jitilgħux. Jiena għamilt stedina lill-Oppozizzjoni sabiex flimkien indaħħlu l-prinċipju – bis-salvagwardji kollha meħtieġa u fil-proċeduri kriminali bl-inqas konsewgenzi serji - li bniedem jekk notifikat tista’ tinstema’ l-kawza tiegħu in absentia. Sal-lum sfortunatament għad m’għandix risposta. Fl-awli l-oħrajn, li ma jiffurmawx parti mill-proġett pilota, it-taħrika biex persuna tidher quddiem il-Qorti kemm bħala akkużat u kemm bħala xhud, issir mill-Pulizija. F’dan l-istadju l-Qrati tagħna m’ghandhomx il-facilita’ li jżommu tali statistika, galadarba l-proġett jiġi estiż fl-awli kollha tal-Qorti tal-Magistrati, il-Qorti tkun f’posizzjoni aħjar li tghati l-informazzjoni nitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #26577 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema PPP — xogħlijiet fuq toroq

Question

Billi kemm il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura kif ukoll id-Deputat Prim Ministru wieġbu li l-Ministeru tagħhom mhux responsabbli għal dak li jikkonċerna l-Public Private Partnerships (PPP) (ukoll fejn jidħlu t-toroq ta' pajjiżna), jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min qed imexxi 'l quddiem il-politika dwar il-PPP għat-toroq ta' pajjiżna? Min hu politikament responsabbli għal dan il-qasam u x'sar s’issa, matul din is-sena, biex jiġi assigurat li fil-fatt ikunu jistgħu jsiru xi proġetti ta' toroq permezz tal-PPP? Fejn wasal s’issa, it-tfassil tal-policy li se tiġi applikata f'dan ir-rigward? Meta hu mistenni li jinbeda l-proċess ta' tendering dwar dan il-proġett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li Projects Malta Ltd intalbet taħdem fuq proposti li jħarsu lejn kunċetti differenti ta’ PPPs.
Leg 12 PQ #26578 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn u l-Mosta – bini ta’ car parks

Question

Billi fid-diskors tal-budget saret referenza għall-kostruzzjoni ta' żewġ carparks taħt is-sistema tal-Public Private Partnerships (PPP), wieħed fil-Mosta u l-ieħor f'Wied il-Għajn, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk s’issa sarux il-pjanti għal dawn iż-żewġ carparks, u jekk instabux partners li lesti jipparteċipaw fil-proċess tal-PPP f'dan il-qasam? Jekk iva, min huma dawn il-partners?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Projects Malta Ltd li f’dawn l-aħħar xhur kienet għaddejja b’ħidma fuq numru ta’ car parks ġodda, b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Saru numru ta’ studji dwar il-ħolqien ta’ parkeġġ ġdid fil-Mosta. Kif jintemmu dawn l-istudji, Projects Malta se tkun qed tiltaqa’ ma’ stakeholders differenti. Dwar il-ħolqien ta’ parkeġġ ġdid f’Marsaskala ġejt infurmat li bħalissa għaddejjin l-istudji biex jiġi identifikat is-sit idejali għal dan il-proġett. L-istudji għandhom jintemmu fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #26579 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – interventi fit-toroq

Question

Minkejja l-fatt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha lista twila ħafna ta' interventi li saru minnha fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar, fejn bosta mill-interventi ħallew warajhom ħsarat fit-toroq fejn saru u li baqgħu qatt ma ssewwew sew, jista' l-Prim Ministru jassigura li kull waħda mill-inħawi li fihom sar ix-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-fatt tiġi spezzjonata, biex jiġi assigurat li l-ħsara li hemm tiġi msewwija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandha l-ebda rapporti uffiċjali li x-xogħlijiet li saru hemm xi ħsara fihom. Ikun għalhekk apprezzat jekk tintbagħat lista ta’ fejn qed jingħad li hemm il-ħsarat ħalli dawn jiġu spezzjonati u jkun stabbilit jekk dawn ix-xogħlijiet sarux mill-Korporazzjoni jew le.

Ilma ħamrani fis-Salini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi raġuni partikulari li għaliha l-ilma li hemm fis-Salini, limiti ta' San Pawl il-Baħar, qed jieħu kulur li mhux naturali, kultant kważi ħamrani? Kien hemm xi raġuni partikulari għaliex dan seħħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun konċentrat fil-melħ, l-ilma baħar jsir salmura u wara l-evaporazzjoni, l-melħ jikkristalizza u jifforma saff fuq l-art. Fl-għadajjar il-kulur karatteristiku roża huwa kkawżat minn mikro-organiżmu msejjaħ halophyte, li jgħix fis-salmura b’salinità għolja. Dan il-mikro-organiżmu ma jħalli ebda effett fuq il-kwalità tal-melħ. Il-membrani taċ-ċelloli ta’ dan il-mikro-organiżmu fihom pigmenti karotenojdi li jagħtu l-kristalli tal-melħ l-kulur roża fl-aħmar. Il-kulur skur iżid l-assorbiment tad-dawl tax-xemx li jżid it-temperatura li mbagħad żżid l-evaporazzjoni u l-produzzjoni tal-melħ. (Korrezzjoni: Ara dokumenti PL 7529 li tpoġġiet f'Seduta 417 nhar l-Erbgħa, 13 ta' Lulju 2016)

Dawra tas-Salini – mollijiet — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq il-mollijiet li hemm fid-dawra tas-Salini, fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar/Naxxar? Billi madwar dawn il-mollijiet saru u għad fadal li jsiru xogħlijiet marbutin mat-taħmil tas-sukkors ta’ madwar l-istess Salini, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-mollijiet kenux inklużi fix-xogħol ta’ restawr li sar fil-madwar tas-Salini, għaliex dawn l-istess mollijiet kienu jiffurmaw parti mill-istruttura tas-Salini, kif jidher mill-istess ġebel li intuża biex jifforma l-mollijiet u li f’bosta nħawi jinsab maqlugħ?

Response (MIZZI, JOE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-mollijiet it-tul kollu tas-Sukkursi (is-Sukkurs id-dejjaq ta’ maġenb id-daħla tas-Salt-pans u s-Sukkurs il-wiesgħa in-naħa tal-Qawra), jien infurmat li dawn ma jiffurmawx parti mill-istrutturi tas-Salina (s-Salina ttiffunzjona mingħajrhom) u qatt ma kienu parti mill-proġett ta’ restawr li sar fil-madwar tas-Salini. Fiċ-ċirkostanzi, jien ser nitlob lid-Dipartiment konċernat jibgħat perit ħalli jħejji rapport fuq il-kundizzjoni ta’ l-imsemmija strutturi.

Awtorità tad-Djar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ appartamenti

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25989, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fl-istess domanda? Billi mir-rispota jirriżulta li l-periti li ser ikunu responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet ser ikunu periti privati, jista' jagħti tagħrif dwar min huma l-periti li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol għal kull proġett individwali, u kif intgħażlu l-istess periti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-periti li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol jinsabu fil-lista t’hawn taħt. Ħafna minn dawn il-proġetti diġa’ kellhom perit assenjat, li kien ġie magħżul wara li l-Awtorita’ tad-Djar kienet ħarġet Expression of Interest fl-amministrazzjoni preċedenti. Aktar kmieni din is-sena, l-Awtorita’ tad-Djar f’isem il-kumpanija l-ġdida HPMU Co Ltd li ser tieħu ħsieb dawn il-proġetti, reġgħet ħarġet Expression of Interest oħra, fejn intuża l-istess proċess li kien intuża fl-Expression of Interest ta’ qabel mill-istess Awtorita’ taħt l-amministrazzjoni preċedenti, sabiex ġew magħżula l-periti għal dawk il-proġetti li ma kellhomx perit privat assenjat għalihom. RaħalPerit li kiseb il-permess tal-bini AttardAlison Zammit BirguAlison Zammit BirkirkaraWallace Farrugia BormlaAlison Zammit BurmarradAlison Zammit FguraRobert Sant Kirkop 1Joe Cassar Kirkop 2Joe Cassar Kirkop 3Joe Cassar Kirkop 4Joe Cassar Kirkop 6Christopher Mintoff Luqa 1Alison Zammit Luqa 2TBA Periti Luqa 3Catherine Galea Marsaskala 1Alison Zammit Marsaskala 2Alison Zammit Marsaskala 3Sarabelle D’Amato MellieħaAlison Zammit Msida 1 Alison Zammit Msida 2 Alison Zammit Naxxar Alison Zammit Paola Alison Zammit Qormi Alison Zammit Qrendi 1 Alison Zammit Qrendi 2 Alison Zammit Qrendi 3 Alison Zammit Qrendi 4 Alison Zammit Qrendi 5 Alison Zammit Qrendi 6 Alison Zammit Qrendi 7Claude Mallia RabatAlison Zammit Siġġiewi 1Architecture Project Siġġiewi 2Alison Zammit Siġġiewi 3Bencini & Associates Siġġiewi 4 Alison Zammit Valletta Alison Zammit ŻabbarMangion, Mangion & Partners ŻabbarValerio Schembri Żebbuġ 1 Alison Zammit Żebbuġ 2 Alison Zammit Żebbuġ 3 Alison Zammit Żebbuġ 4 Alison Zammit Żebbuġ 5Mangion, Mangion & Partners Żejtun Alison Zammit Żurrieq 1 Alison Zammit Żurrieq 2 Alison Zammit Żurrieq 3 Alison Zammit Żurrieq 4 Alison Zammit Żurrieq 5 Alison Zammit

Buġibba – Direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar – traffic lights

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25988, li kienet tagħmel referenza għad-domanda 25628, billi r-rispota tibqa tirreferi għall-fatt li llum hemm Stop sign, mentri d-domanda tagħmel referenza għall-fatt li fil-post imsemmi kien hemm lights li jikkontrollaw it-traffiku, u dan sa qabel inqalgħu waqt ix-xogħol li sar bħala parti mill-Coast Road, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-traffic lights li kien hemm fuq il-post jerġgħu jitwaħħlu? Minbarra hekk, meta hu mistenni li l-arbli ġodda li fuqhom għad m'għandhomx dawn, fl-istess inħawi fil-fatt ikollhom id-dawl imwaħħal fuqhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġibiet li diġa ngħataw fuq dan is-suġġett.
Leg 12 PQ #26572 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Water Services Corporation – konnessjoni tad-drenaġġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26245, billi fir-risposta hemm referenza għal disa’ postijiet li fihom saret il-koordinazzjoni neċessarja mal-Water Services Corporation (WSC), jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk allura dan ifissirx li fil-postijiet l-oħra fejn saru konnessjonijiet tad-drenaġġ, fil-fatt il-WSC ma kenitx infurmata li ser isir ix-xogħol, u għalhekk min għamel ix-xogħol ma kkordinax mal-WSC? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar kif il-WSC tkun taf li f'xi post partikulari jkun ser isir xogħol ta' konnessjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel paragrafu tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26446 (sitta u għoxrin elf, erba’ mija, sitta u erbgħin).
Leg 12 PQ #26573 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Water Services Corporation – xogħlijiet biex tinfirex is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-xogħlijiet li mistennija jsiru mill-Water Services Corporation biex il-korporazzjoni “tifrex is-sistema ta' distribuzzjoni ta' dan l-ilma”? Fejn mistenni li jinfirex dan l-ilma u fiex waslu l-preparamenti biex jinkisbu finanzi mill-Unjoni Ewropea?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet ippjanati huma fil-lokalitajiet li ġejjin: Għawdex - Networks fis-Sannat, fil-limiti tax-Xagħra u limiti ta’ Kerċem North - Networks fil-Miżieb, fil-Pwales u parti minn Binġemma South - L-istess firxa li qegħdha tiġi servuta bil-kanali preżenti. Rigward il-possibilità ta’ użu ta’ fondi Ewropej, bħalissa qed tiġi ppreparata d-dokumentazzjoni neċessarja relatata mal-applikazzjoni għal dawn il-fondi.

San Pawl il-Baħar – Park tas-Salini — turf

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26334, billi t-turf naturali li kien hemm fuq il-post fil-fatt kien ilu hemm għal numru ta’ snin mingħajr problema, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’wassal biex issa l-ilma jiġi ddikjarat bħala mhux tajjeb għat-tisqija tat-turf? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt ingħatax tender għat-turf artifiċjali? Jekk iva kemm ser jiswa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif qal tajjeb, it-turf naturali ilu hemm għal numru ta’ snin, iżda mhux mingħajr problemi. Kif semmejna f’risposti preċedenti, fosthom fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 26334, l-impatt antropoġeniku fuq it- turf tas-Salina huwa kbir hafna. Frekwentament, hemmhekk isiru festini ta’ birthdays tat-tfal, fejn fost attivitijiet oħra li jagħmlu jkun hemm il-ġiri. S’intendi l-apparat li jgibu magħhom bħal siġġijiet, imwejjed u elf ħaġa oħra ma jonqsux. Bżieżaq u konfetti li jispiċċaw ġo l-ilma tal-funtana, u allura jinqabdu mil-pompa, huma ftit mill-problemi li l-ħaddiema tal-Park iridu jiffaċċjaw kuljum. Il-miżuri li ħadet it-tmexxija tal-Park sabiex, minkejja dawn il-problemi li semmejna, iżommu t- turf f’kundizzjoni tajba jinkludu: żriegh ta’ żerriegħa ġdida kemm fis-sajf u anke fix-xitwa, qtugħ ta’ speċi invażivi, applikazzjoni ta’ fertilizzant u s’intendi, tisqija kuljum minn ġibja zgħira taħt il-funtana stess. Ir-riżultat ta’ dawn l-isforzi kollha, sfortunatament, mhumiex qed ikunu biżżejjed biex jegħlbu l-impatt antropoġeniku qawwi. Id-dehra tat-turf kif inhu llum mhiex dik mixtieqa. L-impatt tal-viżitaturi huwa wiehed qawwi wisq. Għalhekk inħarget sejħa għall-offerti għal tqegħid ta’ turf f’din iż-żona, liema offerti għadhom qed jiġu evalwati.

San Pawl il-Baħar – manuvri minn helicopters

Question

Billi numru ta’ residenti jinsabu mħassbin dwar manuvri li qed iwettqu helicopters, fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, inkluż illum id-29 ta’ Ġunju 2016, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’manuvri saru llum, u dwar x’servizzi ngħataw mill-Forzi Armati ta’ Malta jew mill-Pulizija, fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-manuvri li għalihom qed jalludi huma sempliċiment parti minn taħriġ intensiv li qiegħed isir mil-bdoti tal-Forzi Armati ta’ Malta fir rigward tal-użu tal-ħelicopter il-ġdid AW139. Minbarra dan, isiru ukoll titjiriet ta’ rutina ta’ sorveljanza u sigurtà.
Leg 12 PQ #26564 Sitting 414 2016-07-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ilma ħiereġ fil-baħar fl-inħawi tal-pjazza ta’ Buġibba

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema investigazzjonijiet għamlet il-Water Services Corporation (WSC) minħabba ilma li deher ħiereġ fil-baħar, fl-inħawi tal-pjazza ta’ Buġibba? X’irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet/investigazzjonijiet li seħħew, jekk seħħew? Meta saru l-investigazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ilma li kien ħiereġ fil-baħar fl-inħawi tal-pjazza ta’ Buġibba, irriżulta li kien ikkawżat minn ħsara fuq is-sistema tal-ilma. Din il-ħsara ġiet irranġata.
Leg 12 PQ #26565 Sitting 414 2016-07-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Veċċja — drenaġġ

Question

Billi fl-inħawi tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar qed ikun hemm riħa qawwija ta' drenaġġ, li qiegħda tkun ta' inkonvenjent kemm għal dawk li jgħaddu mill-inħawi, u iktar u iktar għal dawk li joqogħdu fl-istess area, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fl-inħawi irriżultax xi leak tad-drenaġġ, u jekk sarux investigazzjonijiet? Jekk ma sarux investigazzjonijiet, jista' permezz tal-Water Services Corporation (WSC) jagħmel l-investigazzjoni neċessarja, biex dawn l-inkonvenjenti jinqatgħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26507 (sitta u għoxrin elf, ħames mija u sebgħa).
Leg 12 PQ #26566 Sitting 414 2016-07-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Veċċja – samples tal-ilma baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kenux meħuda samples tal-ilma baħar fl-inħawi tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar u tal-pjazza ta' Buġibba, matul dawn l-aħħar ġimgħat? Jekk iva meta ttieħdu, u x'irriżulta minn dawn is-samples? Billi jidher li l-ilma li qed joħroġ fil-baħar fl-inħawi tal-pjazza ta' Buġibba huwa maħmuġ, jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ħtieġa li jitwaqqaf l-għawm f'dawn l-inħawi? Jekk iva, meta ħareġ l-avviż dwar dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jagħmel monitoraġġ tal-ilma baħar billi jittieħdu kampjuni kull gimgha minn siti ufficcjali. Din is-sena l-monitoragg beda mill-gimgħa tas-16 ta’ Mejju u s’issa ttieħdu kampjuni kull ġimgha sat-30 ta’ Ġunju. Miż-żona tal-Veċċa sa’ Perched Beach jiġu monitorati 8 siti hekk kif ġej: Kodici tas-sitIsem tas-Sit C 20 Tal-Veċċa C 21 Barrakuda C 22 Tax-Xama` C 23 Tal-Għazzelin C 24 Siren’s C 25 Il-Bajja Tal-Bognor C 26 Bay Square C 27 Perched Beach Il-kampjuni kollha li ttieħdu minn dawn is-siti ġew analizzati għal żewġ parametri kif rikjest fl-Avviż Legali 125 tal-2008 u dawn kollha irriżultaw fil-livelli rakkomandati, fil-fatt is-siti kollha ikklassifikaw bħala ta’ kwalita` eċċelenti. Dan id-Direttorat jista` jikkonferma li l-ilma li ħiereġ mill-katusa tal-ilma tax-xita huwa ilma nadif peress li ttieħdu kampjuni ta’ dan l-ilma. Dan l-ilma mhu qed iħalli l-ebda mpatt negattiv fuq il-kwalita` tal-ilma baħar f’din iż-żona.