Għajnuna fis-settur tal-biedja – fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi ta' għajnuna fis-settur tal-biedja, u dan minn fondi tal-Unjoni Ewropea, qed jitħaddmu bħalissa? Kemm hu n-numru ta' bdiewa/raħħala li qed jibbenefikaw minn dawn l-istess skemi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali fi ħdan il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima qed timplimenta dawn l-iskemi f’2016 minn fondi tal-Unjoni Ewropea:-
L-Ewwel Pilastru
1. Pagamenti Diretti – 5377 bidwi u raħħal
2. Skema biex titnaqqas il-produzzjoni tal-ħalib – applikaw 2 raħħala tal-ħalib
3. Għajnuna Eċċezzjonali Temporanja lir-raħħala (settur majjal) – applikaw 95 raħħal li jrabbu l-majjal
4. Għajnuna Eċċezjonali għall-Produtturi tal-Ħalib – applikaw 100 raħħal tal-ħalib
It-Tieni Pilastru
1. Pjan tal-Izvilup Rurali Miżura taż-żoni żvantaġġati - applikaw 3719 bidwi
2. Miżuri Agro Ambjentali – applikaw 1100 bidwi
3. Miżura żoni b'Restrizzjonijiet Naturali – applikaw 2802 bidwi
4. Miżuri Agro Ambjentali u l-Klima – applikaw 300 bidwi
Jista' l-Ministru jagħti tagħirf dwar jekk il-providers ta' servizzi ta' telefonija hux permissibli għalihom li jitolbu ħlas extra lil dawk l-abbonati li jitolbu li jirċievu l-kont tagħhom permezz tal-posta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Wara proċess ta’ konsultazzjoni, fit-30 ta’ Marzu tal-2016, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) ippubblikat deċi¿joni li tistabillixi numru ta’ mi¿uri dwar l-aċċessibilità tal-kontijiet tal-Internet, tat-televiżjoni u tat-telefonija fissa u mobbli. L-Awtorità ħasset il-ħtieġa li tippubblika din id-deċizjoni minħabba l-fatt li mhux kulħadd għandu abbonament għal Internet, u għalhekk dawn l-abbonati ma setgħux jaċċedu għall-kontijiet tagħhom b’mod elettroniku bil-konsegwenza li kien qed ikollhom iħallsu ammont addizzjonali sabiex jirċievu l-kontijiet ‘standard’ tagħhom f’format stampat.
Għaldaqstant, permezz ta’ din id-deċizjoni, l- Awtorità, fost affarijiet oħrajn stabilixxiet li klijenti li għandhom servizz ‘post-paid’ u li m’għandhomx abbonament għall-Internet għandu jkollhom id-dritt li jirċievu l-kont tagħhom f’format stampat mingħajr ħlas addizzjonali. Din id-deċiżjoni daħlet fis-seħħ fl-ewwel ta’ Lulju tal-2016.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm qbil li ssir l-bidla fit-tmexxija ta' kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li sseħħ xi forma ta' rabta mas-service provider tat-Tuneżija? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-MCA daħlitx fil-kwistjoni ta' x'tip ta' ħlas se jingħataw ix-share holders li jagħżlu li jbiegħu x-shares tagħhom, lill-organizzazzjoni l-ġdida?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-irwol tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) f’ dawn iċ-ċirkustanzi huwa stipulat esklussivament mill-artikolu 34A tal-Kap. 418 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-kumpanija in kwistjoni talbet għall-approvazzjoni mill- Awtorità a tenur ta’ l-imsemmi artikolu, liema talba ġiet proċessata mill-MCA.
L- Awtorità, a tenur tad-disposizzjoni fuq ċitat, ma tidħolx fil-kwistjoni ta’ x’tip ta’ ħlas għandhom jingħataw ix-
shareholders
tal-kumpanija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li huma awtorizzati li jidħlu fil-Pitkalija, bħala xerrejja, fl-aħħar ta' kull xahar, matul l-aħħar 12-il xahar? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni privati li wkoll kellhom permess li jidħlu jixtru mill-Pitkalija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xerrejja jħallsu permess annwali biex ikunu jistgħu jidħlu ġewwa l-Pitkalija u n-numru ta' xerrejja li ħallsu l-permess sat-22 ta’ Settembru 2016 kien ta' 701. Persuni privati li huma rreġistrati u għalhekk awtorizzati li jidħlu ġewwa l-Pitkalija sa l-istess data jammontaw għal 845.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt instabx li fl-ibħra Maltin daħlu xi tipi ġodda ta' ħut li hu aljen għall-Mediterran? X'inhu maħsub li qed iwassal għal dan? X'jistgħu jkunu l-konsegwenzi għal dan it-tip ta' żvilupp li qed iseħħ fl-ibħra tagħna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li jista’ jiġi kkonfermat li fl-ibħra Maltin daħlu xi speċi ġodda ta’ ħut li hu aljen għall-Mediterran. Ta’ min jinnota li dan mhux fenomenu ġdid, tant li l-ewwel rekord ta’ dan it-tip ta’ ħut ġewwa Malta jmur lura għas-snin sittin.
L-introduzzjoni ta’ dan il-ħut f’żoni ġeografiċi ġodda jista’ jseħħ permezz ta’ mekkaniżmi naturali, iżda ħafna drabi dan iseħħ permezz tal-intervent uman, bħal ngħidu aħna l-ftuħ tal-Kanal tas-Swejż u t-trasport u r-rilaxx tal-ilma baħar li jintuża biex jibbilanċja l-vapuri huma u jivvjaġġaw minn post għall-ieħor (
ballast water
). Fil-każ ta’ żieda fit-temperatura tal-baħar, l-okkurrenza u l-preżenza ta’ speċi ta’ ilma sħun, irrispettivament jekk hux barranin jew indiġeni, ħa tkun iffaċilitata. Għalhekk dan il-fattur ħa jkun qed jgħaġġel il-proċess biex ħut aljen tal-ilma sħun jistabilixxi ruħu fil-Mediterran.
Il-konsegwenzi ta’ dan il-fenomenu jistgħu jkunu varji. Mill-perspettiva tas-sajd, dawn jistgħu jkunu kemm pożittivi, kif ukoll negattivi. Mill-perspettiva ambjentali, dawn iktar jistgħu jkunu negattivi. Ħut barrani, li wara li jiġi introdott, jirnexxilu jistabilixxi ruħu fiż-żona l-ġdida, jista’ jaffettwa ħut kummerċjali, kif ukoll hut ieħor indiġenu li jinsab fl-ibħra tagħna, jew ħut ieħor li fuqu jiddependu dawn, minħabba kompetizzjoni fl-ikel u riżorsi oħra, introduzzjoni ta’ mard u parassiti ġodda, kif ukoll tibdil fl-abitat fl-ambjent naturali li minnu fuqu jiddependu l-ħut indiġenu. Mill-banda l-oħra, ħut aljen barrani jista’ hu stess ikun ta’ valur kummerċjali u għalhekk iżid ir-riżorsi tas-sajd.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-fondi li suppost huma akkreditati lill-Kunsilli Lokali kollha? Jista’ jagħti dan it-tagħrif separatament għal kull skema u għal kull kunsill separatament,għal dawk li huma CPPS, UIF u skemi oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Jista’ l-Prim Ministru jinvestiga r-raġuni li għaliha l-istreet lighting fit-toroq: Iċ-Ċern, Il-Pagell u Il-Mazzola, f’San Pawl il-Baħar, ilu maqtugħ numru ta’ jiem? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex dan id-dawl jiġi rranġat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li rċevew rapporti ta’ żewġ ħsarat differenti. L-ewwel ħsara ġiet irrapurtata fil-15 ta’ Lulju 2016, u t-tiswijiet saru dakinhar stess. L-oħra ġiet irrapurtata fl-istess ġurnata li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari u t-tiswijiet meħtieġa tlestew l-għada.
Billi jidher li Transport Malta tagħti permessi biex ikun jista' jsir tħaffir fit-toroq, lil bosta entitajiet kemm tal-Gvern kif ukoll privati, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'follow up isir mill-istess Transport Malta biex jiġi assigurat li x-xogħol ta' patching isir kif suppost? Kemm kien hemm każijiet, matul l-aħħar 12-il xahar fejn Transport Malta talbet li jinqala' x-xogħol ħażin li sar u jerġa’ jsir mill-ġdid, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26775.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' rapporti ta' storbju, matul il-lejl, matul l-aħħar sitt xhur, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? X'passi ttieħdu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li ninsab infurmat li fil-perjodu minn Jannar u l-aħħar ta` Gunju ta’ din is-sena, il-Pulizija tal-Qawra rċeviet sebgħa u għoxrin (27) rapport dwar storbju matul il-lejl. Wara investigazzjonijiet tal-Pulizija kien hemm dsatax (19) il-każ, fejn ir-reat irriżulta fil-posittiv u il-persuni responsabbli tressqu l-qorti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' rapporti ta' persuni reqdin barra, matul il-lejl, matul dawn l-aħħar sitt xhur? F'liema lokalitajiet, u f'kull każ, x'passi ttieħdu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm erba każijiet ta’ rapporti mal-pulizija, ta’ sitt persuni li kienu reqdin barra. Dawn ir-rapporti kienu l-Belt Valletta, l-Isla u Kemmuna u kien hemm każ ta’ tlett persuni ġewwa il-Qawra. Erba’ minn dawn il-persuni eventwalment sabu akkomodazzjoni altenattiva, wieħed ġie rriferut u assistit mir-rapprezentanza diplomatika tieghu f’Malta u f’kaz ieħor il-persuna konċernata kienet qed tagħmel ir-rappre¿entazzjonijiet tagħha ma’ entitajiet li jistgħu jassistuha.
Billi jidher li l-Qorit għad m'għandhiex mod ta' kif tassigura li persuni li jiskartaw milli jiġu notifikati għall-każijiet li jkollhom pendenti quddiem l-istess qrati, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li dawn il-persuni ma jibqgħux jiskartaw tali taħrikiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bl-istess suġġett 26576.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq is-Simar, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar tkun tista' tinbena, almenu fil-partijiet fejn l-istess triq hi kompletament mibnija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni tinsab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obbligi tagħhom. Meta l-iffurmar ikun lest, Transport Malta tasfalta din it-triq skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akkwist.
San Pawl il-Baħar – materjal f’wiċċ il-baħar tul il-kosta
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-istess ministeru, jew xi dipartiment/ awtorità li taqa' taħtu, b'mod partikulari l-Awtorità dwar l-Ambjent, irċevewx xi rapporti dwar materjal f'wiċċ il-baħar, matul il-kosta fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar x'investigazzjonijiet saru dwar dan? X'irriżulta sa issa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li kien hemm xi indikazzjonijiet ta' materjal f’wiċċ il-baħar matul il-kosta fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, hekk kif irrappurtati fil-midja, Uffiċjali mid-Direttorat ta’ Akkwakultura marru fuq il-post biex jittieħdu numru ta’ kampjuni ta’ dan il-materjal. Dan sar sabiex id-direttorat ikun jista’ jara’ jsirux testijiet sabiex tiġi stabbilita il-kompożizzjoni kimika, li għandha tgħin biex ikun jista’ jiġi identifikat l-oriġini ta’ dan il-materjal. Ninsab informat li dan il-fenomenu jista’ jiġi kkawżat minn aġenti jew sustanzi diversi, inklużi fenomenu naturali u għalhekk qed jiġu riċerkati diversi tipi ta’ testijiet, inklużi wkoll il-laboratorji specċjalizzati li jagħmluhom. Huwa biss wara li jsiru dawn it-testijiet li wieħed ikollu l-indikazzjoni meħtieġa dwar minn fejn seta’ oriġina biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa, kif ukoll biex ikun żgurat li ma jkunx hemm repetizzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' moniteraġġ jagħmel il-Ministeru għal dak li jikkonċerna t-tkabbir tal-ħut fil-fish farms madwar Malta u Għawdex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fish farms huma obbligati jagħmlu anali¿i regolari kemm tal-ilma ta' madwar il-farms, kif ukoll tal-qiegħ ta' taħt il-gaġeġ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rapporti ta' xi mard ġdid partikulari għal dak li jikkonċerna s-siġar tal-frott f'Malta Għawdex, matul din is-sena? Jekk iva, x'kien il-mard li fil-fatt instab, u x'passi ttieħdu mill-Ministeru dwar dan?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena ma kienx hemm interċezzjonijiet u sejbiet ġodda ta’ mard fuq siġar tal-frott u lanqas kien hemm xi pesti emerġenti, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta’ kontrolli jistgħu jagħmlu l-pulizija, meta jkun hemm persuni bilqiegħda, jew b'mod ieħor, quddiem ħwienet li minnhom jista' jinxtara l-alkoħol? Liema regolamenti partikulari jikkontrollaw dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jiċċara d-domanda tiegħu. Mhux reat li persuna tkun bil-qiegħda f’post pubbliku.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi seħħew, għal dak li jikkonċerna l-policies dwar il-PPP li tħabbru fid-diskors tal-Budget ta' din is-sena? F'liema oqsma partikulari diġà hemm żviluppi biżżejjed biex jassiguraw li dawn il-policies ikunu jistgħu jibdew jitħaddmu fl-iqsar żmien possibbli?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara aktar x’jifhem bil-kelma ‘policies’.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-tabella li tkissret fi Triq il-Kosta, qrib id-daħla ta' Buġibba fejn hemm il-lights wara tkun qbiżt Kennedy Grove, tiġi rranġata wara li tkissret xi jiem ilu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella in kwistjoni ġiet ordnata.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jerġa' jibda jingħata servizz ta' podologist fid-Day Centre ta' San Pawl il-Baħar, u dan biex ikun jista' jagħti s-servizz tiegħu b'mod regolari lil bosta anzjani li jattendu dan iċ-ċentru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li kien hemm azzjonijiet industrijali, id-Dipartiment kellu jirrevedi l-għoti ta' dan is-servizz peress li dan huwa servizz li jingħata mill-Ministeru tas-Saħħa. L-anzjani jistgħu jieħdu dan is-servizz fl-entitajiet indikati mid-Dipartiment tas-Sahha u skont l-istandards u regolamenti applikabbli għal dan is-servizz.