Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #549 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – trasport għall-istudenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar minn fejn huma, lokalità lokalità, is-sitt mitt student li ser ikunu qed jattendu l-ITS din is sena? X'tip ta’ trasport qed ikun provdut biex l-istudenti jattendu għal-lectures tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bit-tagħrif dwar minn fejn huma is-642 istudent li qed jattendu l-ITS f’din is-sena skolastika. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-maġġoranza tal-istudenti jużaw it-trasport pubbliku sabiex jivvjaġġaw lejn l-ITS. Hemm uħud ukoll li jużaw il-vetturi privati tagħhom. L-ITS fil-preżent ma joffrix trasport lejn u minn l-ITS ħlief għal dawk l-istudenti li jattendu tard filgħaxija għal-lezzjonijiet fl-ipproċessar u s-servizz tal-ikel fir-ristoranti tal-ITS. Dawn l-istudenti partikolari jitwasslu lejn darhom bit-trasport tal-ITS.

Mard ġdid ta’ pjanti u siġar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mard ġdid ta' pjanti u siġar agrikoli ġew identifikati matul din is-sena? X’passi ttieħdu biex dan il-mard jiġi kkontrollat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din is-sena ġiet identifikata tip ta’ “white fly” ġdida fuq is-siġar taċ-ċitru bl- isem ta’ Paraleyrodes minei. Ta’ min wieħed jgħid li peress li f’pajjiżna diġà għandna tipi oħrajn ta’ “white fly”, dan l-insett mhux regolat bil-liġi għax mhux ikkunsidrat bħala organiżmu ta’ ħsara għall-pjanti. Għalhekk ma kienx hemm lok li jittieħdu miżuri speċjali biex dan l-insett jiġi eradikat. Madanakollu, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti nnotifika lill-UE b’din is-sejba l-ġdida.

Kwarantina tal-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm sar investiment fil-kwarantina tal-annimali matul l-aħħar sena? X’kien ix-xogħol li sar f’dan il-post f’dan il-perjodu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li matul din l-aħħar sena d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja kompla x-xogħlijiet ta’ modifika fuq il-kwarantina l-ġdida ġewwa Ħal Luqa. Dawn il-modifiki żgħar ser jipprovdu ambjent iktar favorevoli għall-annimali li jkun hemm bżonn jinżammu f’dan il-bini kif ukoll għall-impjegati li jieħdu ħsieb dawn l-annimali u b’hekk ikunu jistgħu jtejjbu s-servizz tagħhom. Ix-xogħlijiet kollha ser isiru sabiex jintlaħqu l-ogħla standards fir-rigward ta’ saħħa u sikurta’ kif ukoll sabiex ikunu konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali. Sa dan it-tant qegħdin isiru tiswijiet regolari fuq il-kwarantina l-qadima ta’ Ħal Luqa sakemm il-Kwarantina l-ġdida tkun lesta għall-użu.

Pjanti u siġar li jidħlu f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' ċertifikat fito-sanitarju qed iwettaq il-Ministeru għal dak li jikkonċerna pjanti/siġar li jidħlu f'Malta, mill-UE, u minn pajjiżi terzi, rispettivament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninfożma lil-Onoż Inteżpellant li t-tip ta’ ċeżtifikat fito-sanitażju li jintalab mid-Diżettożat għas-Saħħa tal-Pjanti f’ każ ta’ impożtazzjoni ta’ pjanti jew siġaż minn pajjiżi teżzi, huwa skont kif mitlub fil-liġi ssussidjażja 433.03 taħt l-Att tal-2001 dważ il-Kważantina tal-Pjanti. Mateżjal ta’ pjanti jew siġaż ġejjin minn pajjiżi ġewwa l-UE jiżżikjedu passapożt tal-pjanti hekk kif stipulat fl-istess żegolamenti. Iż-żegolamenti msemmija huma konfożmi mad-Diżettiva tal-Kunsill Ewropew 2000/29.

Tourism police

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinfirex iktar is-servizz ta’ Tourism Police? Fejn hu mistenni li jiġi estiż dan is-servizz?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadna fil-perjodu ta’ evalwazzjoni.

In-Naxxar u Baħar iċ-Ċagħaq – roundabout tas-Salina — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li qed isir bħalissa fir-roundabout li hemm is-Salina, qabel ma’ tkompli t-triq lejn Baħar iċ-Ċagħaq u n-Naxxar? X’inhu l-iskop ta’ dan l-istess xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta' ġiebja fir-roundabout li hemm is-Salina għat-tisqija tal-ambjent tal-madwar.

Triq il-Kosta – Ħruġ min-naħa tal-Qadi – xogħlijiet fuq triq

Question

Billi l-ħruġ min-naħa tal-Qadi, qrib Kennedy Grove lejn Triq il-Kosta hu limitat lejn parti waħda, u billi l-aħħar parti ta' din it-triq hi mħarbta għal kollox, jista l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq tingħata wiċċ tarmak, iktar u iktar wara li kompliet titkisser minħabba x xogħol li sar fuq Triq il-Kosta?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W456.

Il-Magħtab – rwejjaħ ħerġin mill-miżbla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ġodda qed jittieħdu sabiex jiġu kkontrollati l-irwejjaħ li ħerġin mill-miżbla tal-Magħtab?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri li ttieħdu, kif diġà ntqal fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 26567, huma żieda fid-daily cover u użu ta’ sistema ta’ odour neutraliser.

Il-Magħtab — skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-iskart li ddaħħal kull xahar, lokalità b’lokalità fil-Magħtab, matul din is-sena? Kif qed jiġi assigurat li dak il-materjal ikun ġej minn lokalità partikolari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l–Kumpanija WasteServ Malta Ltd hija responsabbli biss għall-immaniġġjar u l-proċessar tal-iskart li tirċievi u mhux għal ġbir tal-iskart. Hija responsabilita’ ta’ kull kunsill individwali li jorganizza l-ġbir tal-iskart f’kull lokalita’. Għaldaqstant l-WasteServ mhijiex f’pożizzjoni li tivverifika s-sors li qiegħed jiġi ddikjarat. Min-naħa tagħha l-WasteServ tibgħat fatturi ddettaljati lil kull Kunsill Lokali li juru liema vetturi ġew jarmu f’isem il-kunsill f’dak il-perijodu partikulari. Fl-istess waqt, il-Ministeru tiegħi huwa kommess li jsaħħaħ l-enforcement fil-futur qarib.

Civic Amenity Sites – dħul ta’ vetturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’wassal biex tittieħed deċiżjoni li fis-Civic Amenity Sites ma jibqgħux jidħlu ċertu tip ta' vetturi, jekk mhux b'eċċezzjoni? Kemm naqas l-ammont ta' skart li jidħol f'dawn is-sites, wara dawn il-miżuri?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tac-Civic Amenity Sites huwa li jgħin fir-riċiklagg tal-iskart u mhux biex iservi ta’ post fejn jittieħed skart li altrimenti kellu jkun meħud fil-landfill fejn tkun trid titħallas il-miżata rispettiva. Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li s-servizzi mogħtija miċ-ċentri għall-iskart goff lis-settur domestiku jingħataw b’xejn. Kien osservat li kien hemm min b’mod abbużiv kien qed jieħu skart kummerċjali f’dawn iċ-ċentri u apparti li jevita li jħallas il-miżata dovuta kien qed joħloq spejjeż żejda lill-Wasteserv li mbagħad kien ikollha iġġorr hi dan l-iskart għal ġol-landfill bi spejjeż żejda li jitħallsu mit-taxxi tal-poplu. Għaldaqstant inħass il-bżonn li ssir din ir-riforma u tiddaħħal iktar dixxiplina fl-immaniġjar tal-iskart f’dan is-settur. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni fejn turi b’ kemm naqas ċertu skart l-iktar relatat ma’ dak kummerċjali wara li ddaħlet ir-riforma meta mqabbla max-xahrejn ta’ qabel ma seħħet ir-riforma.

OHSA – skips fil-qasam tal-kostruzzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji, biex permezz tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) jiġi assigurat li l-bosta skips li jintużaw fil-qasam tal-kostruzzjoni, fil-fatt ikollhom id-dettalji tas-sidien tagħhom miktuba fuqhom, kif ukoll li jiġi assigurat li dawn l-istess skips, meta jkunu qed jitħallew barra, b'mod partikulari fit-toroq residenzjali, ikollhom ukoll dawl adegwat magħhom, u dan biex jiġu evitati inċidenti li jistgħu jirriżultaw minħabba nuqqas ta' dawl?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lilll-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lil Ministru kkoncernat.

MCCAA – prodotti li ma kenux konformi mal-ispeċifikazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' passi li ttieħdu mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) għal dak li jirrigwarda prodotti li ma kenux konformi ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet li fil-fatt kienu indikati? Kemm u meta ġew irtirati prodotti mis-suq lokali mill-MCCAA, , matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li matul dawn l-aħħar 12-il xahar, jiġifieri bejn Settembru 2015 u Settembru 2016, id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fi ħdan id-Divizjoni tar-Regolamenti Tekniċi tal-MCCAA ħadet passi fuq 69 prodott differenti li instabu li ma kenux konformi mar-rekwiżiti tal-liġijiet applikabbli. Id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq ordna l-irtirar ta’ 54 prodott matul dan il-perjodu. Dawn l-azzjonijiet ittieħdu matul is-sena kollha b’mod regolari skont meta’ instabu dawn in-nuqqasijiet.

Prodotti mkabbra mingħajr pestiċidi u fungiċidi

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hawn bdiewa li huma ċertifikati li fil-fatt qed ikabbru prodotti agrikoli mingħajr l-użu tal-pestiċidi u fungiċidi? Fejn jinsabu l-artijiet li huma hekk ċertifikati u kemm huma kbar l-artijiet li qed jitkabbru fihom prodotti b'dan il-mod?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-MCCAA ma tiċċertifikax bdiewa li jkabbru prodotti agrikoli li ma jużawx pestiċidi u fungiċidi. MCCAA toffri ċertifikazzjoni għal biedja organika fejn wieħed mir-rekwiżit huwa li l-pestiċidi u fungiċidi mhumiex permessi.

MCCAA – investiment f’equipments għaċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) investietx f'equipment li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu ttestjati prodotti agrikoli, u biex jiġu ċertifikati l-istess prodotti? Jekk iva, fiex sar l-investiment li qed issir referenza għalih?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-MCCAA u l-Malta Laboratory Network biex dawn it-testijiet, jekk vijabbli jibdew isiru Malta. Ittestjar ta' dawn il prodotti jsiru fl-laboratorji ta' ttestjar lokali u barranin.

Energy Performance Certificates — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jiġi organizzat kors ieħor għal dawk li jistgħu joħorġu Energy Performance Certificates, billi jidher li n-numru ta' persuni hekk awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati, hu żgħir ħafna? Kemm-il kors sar s’issa, u f'kull każ, meta ġew organizzati dawn l-istess korsijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill Ministru kkonċernat.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – toroq — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol li għandu jsir fit-toroq tat-12-il distrett elettorali? Liema huma t-toroq li se jsiru fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, din is-sena jew is-sena d-dieħla?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistqosijiet parlamentari W539, W540, W541. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru skont l-istat ta’ formazzjoni, prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess ta’ akwist.

Ten-T – proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema partijiet ta' dak li kellu jkun il-proġett tat-TEN Ts f'Malta għadhom m’humiex lesti? Meta hu mistenni li jitkompla, jekk se jitkompla dan l-istess xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-linji gwida għar-reviżjoni tat-Trans-European Transport Network (TEN-T), l-istess network tat-TEN-T ġiet estiża minn 51km għal 112km. It-Ten-T Network għandha tiġi żviluppata fuq bażi ta’ comprehensive network u core network. Il-core network, li tkopri l-partijiet l-iktar strateġiċi, trid titlesta sas-sena 2030, filwaqt li l- comprehensive network trid titlesta sas-sena 2050. Kważi 40 fil-mija tat-TEN-T network f’Malta ġiet kompluta. Il-partijiet li fadal ġew maqsuma f’29 proġett. Dawn il-proġetti għandhom jiġu mwettqa fiż-żmien stipulat mir-Regolament 1315/2013 tal-Unjoni Ewropea.

Housing soċjali — proġett

Question

Jista' l-Onor Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq ‘l hekk imsejjaħ progett ta' €50,000,000 ta' Housing soċjali li kien tħabbar fil-baġit tas-sena li għaddiet? Liema se jkunu l-ewwel xogħlijiet li fil-fatt huma mistennija li jsiru bħala parti minn dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ntgħażlu l-periti u bħalissa għaddejjin bil-proċess ta’ għażla tal-kuntratturi li se jkunu jistgħu jitgħu l-offerti tagħhom għall-iskavar ta’ numru ta’ siti.
Leg 12 PQ #571 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma — funzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi l-funzjoni tal-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma? Min huma l-persuni li jiffurmaw din l-aġenzija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, formalment SEWCU, hija aġenzija tal-Gvern imwaqqfa permezz tal-Avvi¿ Legali 50/2014. L-aġenzija timpjega 33 persuna, li jikkonsistu fi grupp ta’ professjonisti kif ukoll 3 studenti fuq taħriġ.