Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-fondi, lokalità lokalità li qegħdin għand l-Awtorità tal-Ippjanar wara li nġabru permezz tal-Urban Improvement Fund (UIF), jew inkella permezz tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Kemm minn dawn il-fondi hemm ftehim li diġà ġie ffirmat mal-kunsilli lokali rispettivi biex ikunu jistgħu jintużaw fuq proġetti maqbula mal-istess Awtorità? Liema huma, bħalissa l-ftehim li hemm iffirmati, u x'inhuma l-proġetti li se jseħħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward l-UIF jirreferi ghal-Mistoqsija Parlamentari Nru 27422 u rigward c-CPPS qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta ġie kkummissjonat ix-xogħol marbut mal-pjan strateġiku għall-Paceville? Min wettaq dan ix-xogħol, u kif intgħażel il-grupp li wettaq l-istess studju? Billi f'parti mill-media ingħad li dan l-istudju se jġib miegħu investiment ta' madwar €300 miljun, jista' jagħti tagħrif dwar fiex se jikkonsisti dan l-istess investiment?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan gie kkummisjonat mill-Awtorita` ta’ l-Ippjanar fil-11 ta’ Mejju, 2016. Ix-xogħol twettaq mill-esperti Mott MacDonald u BroadwayMalyan. Il-grupp intgħazel wara proċess ta’ espressjoni t’interess. L-investiment se jkun primarjament fit-titjib ta’ l-infrastruttura.
Billi l-lukanda Selmun Palace, m'għadhiex tidher bħala proprjetà tal-Air Malta, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din l-istess proprjetà għaddietx lura lid-Dipartiment tal-Artijiet, jew jekk għaddietx għand xi awtorità/dipartiment ieħor tal-Gvern? Jekk iva, kif hu maħsub li wieħed għandu jiddisponi minn din l-istess lukanda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Lukanda Selmun Palace għadx għandha l-għassa magħha? Min qed jipprovdi din l-għassa, u issa li m'għadhiex għand l-Air Malta, min qed iħallas għal dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għassa għadha dik li kien hemm f’dawn l-aħħar snin. Ir-reponsabilità llum qiegħda għand il-Ministru tal-Finanzi..
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Palazz ta' Selmun għadux qed jiġi amministrat mill-Air Malta? Jekk le, min qed jieħu ħsieb dan l-istess Palazz?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Palazz ta’ Selmun m’għadux amministrat mill-Air Malta. Selmun Palace Hotel inxtrat mill-Gvern f’konformita mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropeja f’każijiet simili.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm, preżentement applikazzjonijiet għal bini ta’ binjiet high rise (torrijiet)? Skont l-applikazzjoni, f’liema lokalitajiet, jinsabu dawn it-talbiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li hemm erbatax (14) il-applikazzjonijiet li huma pendenti quddiem l-Awtorita tal-Ippjanar għal bini ta’binjiet high rise.
Lokalita
Numru
Tip
Xemxija
1
Full Application pending PA7736/06.
Naxxar
3
Outline Application pending PA73/04
Outline Application Pending- Recommended for Refusal PA5494/04
PA 3632/09 –Full development application
Gzira
4
Outline Application Pending PA3134/03
Outline Application Pending PA6513/04
Outline application pending PA3846/08
Screening Application PA1996/16
Marsalforn
1
Outline Application Pending PA1814/07
San Pawl l-Bahar
1
Outline application pending PA1671/03
San Giljan
1
Outline application pending PA1593/99
Sliema
1
Amended application pending PA7620/03
Xghajra
1
PA 735/08 – Full development application
Mriehel
1
Screening Application [TRK 158866]
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mal-Environment and Resources Authority (ERA)? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel kien hemm il-qasma ta' din l-Awtorità? Kemm hu mistenni li jiġu impjegati iktar ħaddiema mal-istess ERA, f'liema kategorija, u meta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm mija u seba u tletin (137) imjegat mal-Environment and Resources Authority (ERA). Minn dawn il-ħaddiema mija u tlettax (113) kienu jaħdmu mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel kien hemm il-qasma ta' din l-Awtorità. Tlieta u tmenin (83) impjegati oħra (8 Maniġerjali, 54 Professjonali, 5 Amministattivi, 16 Tekniċi u klerikali) huma mistennija jiġu impjegati mal-istess ERA, bejn 2016/2017.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk tfasslitx u ġiet pubblikata skema oħra li permezz tagħha toroq li jservu ta’ aċċess fil-kampanja, ikunu jistgħu jiġu mogħtija wiċċ tarmak u dan b'fondi mill-Unjoni Ewropea? Jekk iva, jista’ ġentilment jgħid meta ġiet ippublikata?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux se jipprovdi fondi biex toroq fil-kampanja li jagħtu aċċess lill-bdiewa għar-raba’ tagħhom, jingħataw wiċċ ta' konkos jew ta’ materjal ieħor? Jekk iva, b'liema mod?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tenders għal xogħol fil-Pitkalija ġew aġġudikati din is-sena? Liema xogħol beda u liema hu mistenni li jibdew dalwaqt? Fejn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li sal-lum fil-pitkalija sar investiment qawwi fix-xiri ta' kaxxi sabiex il-bdiewa jinqdew dejjem aħjar anke billi jinbidlu kaxxi li jkunu qed jinkissru. Dan l-investiment ser jibqa' għaddej sabiex ikun assikurat li ma jkunx hemm nuqqas ta' kaxxi, xi ħaġa li fil-passat kienet iddejjaq lill-bidwi bil-kbir. Dwar xogħlijiet oħra sa issa m'hemmx tendersoħra aġġudikati. Infakkar iżda li r-riforma tal-pitkalija għada għaddejja u fil-ġimghat li ġejjin ser ikun hemm iktar konsultazzjoni mal-istakeholdersfir-rigward.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fin-Naxxar, qed jistennew li jingħataw it-tarmak? Meta hu mistenni li jsiru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-aħħar informazzjoni li għandha Transport Malta l-lista hija s-segwenti:
Lokalità Triq
Naxxar
Forga
Naxxar
p/o Konti Manduca
Naxxar
Sir W Jervois
Naxxar
Fiteni
Naxxar
Manuel Magri
Naxxar
p/o G Vitale
Naxxar
Il-Kappella ta' San Mikiel
Naxxar
p/o Bahar ic-Caghaq
Naxxar
Mizzju
Naxxar
Tuffieh
Dawn huma toroq residenzjali li għad iridu jiġu asfaltati u għaldaqstant jsiru ladarba jkunu ffurmati u skont il-prioritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-Mellieħa qed jistennew li jsiru bit-tarmak? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn it-toroq li għadhom qatt ma saru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Transport Malta illum l-lista hija segwenti:
- Bejn Triq Għollieqa u Tramuntana
- p/o Għollieqa
- Tarag il-Landiera
- Bejn Triq Fortizza & Camilleri
- p/o Wied ta' Ruman, p/o Barkazza, p/o Marlozz
- Taraġ fi Triq l-Etna
- Bejn Triq Għerien u Sagħtar
- Triq l-Imsell
- p/o Rattan
- Triq ir-Rihan
-Żona Għar u Casa
- p/o Padrun
- Triq Stasija
Infakkar lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq it-toroq residenzjali jsir skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk parking bays riservati għal loading/unloading, jistgħux jintużaw minn vetturi privati, sakemm ikunu qed jgħabbu jew iħottu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li loading/unloading bay tista’ tintuża minn kwalunkwe vettura li tkun qegħda tgħabbi u tħott.
Transport Malta – kantunieri – distanza li titħalla bla parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ikkunsidratx il-possibiltà li d-distanza li għandha titħalla mhux ipparkjata, fil-kantunieri, titnaqqas minn dak stabbilit illum, almenu f'toroq li huma 'one way'? Jekk iva, x'kien l-eżitu ta’ dawn l-istudji? Min għamilhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità timxi fuq kif stabbilit mill-liġijiet relevanti, f’dan il-każ speċifiku fuq Sezzjoni 79 tal-Avviż Legali 65.11.
Transport Malta – Toroq li saru mill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet Transport Malta għamel testijiet, , fuq toroq, fejn ikun sar xogħol mill-kunsilli lokali, minn Jannar 2015, sal-lum? X'kienu r-riżultati ta' dawn it testijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat ta-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Tranpsort Malta ma jagħmilx testijiet fuq xogħol ta’ terzi nkluż il-kunsilli lokali għaliex ma jimmaniġjax u lanqas jiċċertifika xogħol esegwit minn terzi li għalih għandu jkun hemm perit u kuntrattur responsabbli skont il-liġi u li jiġu mqabbda minn entità li kkummissjonat ix-xogħol b’termini u kundizzjonijiet stipulati fl-appalt rispettiv.
Nirreferi għar-risposti li diġà ngħataw u partikolarment għall-mistoqsija parlamentari 26775 fejn ġie spjegat ir-rwol tad-Direttorat ghar-rigward ta’ xogħol li jsir minn terzi u li jinkludu wkoll il-kunsilli lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet minn kunsilli lokali lil Transport Malta, biex din tal-aħħar twettaq testjar fuq xogħol ta' toroq li jkunu wettqu l-kunsilli stess, minn Jannar 2015 sal-lum? F'liema każijiet saru t-testijiet mitluba? X’kienu r-riżultati li nġabru? X'passi ttieħdu wara dawn ir-riżultati?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-pjanijiet biex fix-Xemxija jkun hemm żvilupp ta' bajja bir-ramel?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16580 u ninformah li filwaqt id-disinji huma lesti, ġie konkluż l-istudju ta’ impatt ambjentali u dalwaqt jibda l-proċess tal-evalwazzjoni tal-istudju mill-awtorijiet ambjentali.
MTA – żmien il-Milied – tiżjin ta’ lokalitajiet turistiċi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din is-sena l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) hux ser tkun qiegħda żżejjen xi lokalitajiet turistiċi partikulari għal żmien il-Milied? Jekk iva, fejn?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma tagħmel l-ebda tiżjin relatat mal-Festi tal-Milied.
MTA – stabbilimenti turistiċi – tkabbir ta’ lukandi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm stabbilimenti turistiċi talbu, u għandhom l-approvazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), biex ikabbru l-lukandi tagħhom? Fejn jinsabu dawn l-estensjonijiet approvati, u kemm ser iġibu magħhom żidiet fin-numru ta’ sodod? Kemm ser tkun iż-żieda, separatament għal kull kategorija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-estenzjonijiet approvati fis-sena 2016 huma kif imniżżel fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.