Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir kors ieħor għal dak li jikkonċerna persuni li jkunu ċertifikati biex joħorġu ċertifikat ta' energy performance? X'qed iżomm biex tali kors jerġa’ jinżamm, meta hemm tant nies li jixtiequ jagħmlu dan il-kors, u hemm ukoll ħtieġa għalih fis-suq?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq il-pelican lights li hemm f'Mosta Road, San Pawl il-Baħar? Billi dawn il-lights qed iservu iktar ta’ tfixkil minflok ikunu ta’ għajnuna għat-traffiku, jista' jieħu l-passi neċessarji biex it-timing ta' dawn il-lights jiġi aġġornat skond il-ħtiġijet tal-area?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pelican lights kollha jiġu ċċekjati kull xahar sabiex ikun żgurat li qed jaħdmu kif suppost. It-timings ta’ dawn il-lights partikulari ġew ssetjati bħal oħrajn fl-istess sistema, u qatt ma nħasset il-ħtieġa li jiġu mibdula.
Studji dwar is-servizz bl-ajru bejn Għawdex u destinazzjonijiet oħra
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-istudji li suppost saru, jew qed isiru dwar is-servizz bl-ajru bejn Għawdex u destinazzjonjiet oħra? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ dawn l-istess studji? Kemm ġie jiswa kull wieħed minn dawn l-istudji?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li dawn l-istudji ġew finalizzati . Peress li din hija informazzjoni sensittiva u ta’ natura kummerċjali, dawn ir-rapporti ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. A rigward l-aħħar parti ta’ din il Mistoqsija Parlamentari nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari 11887.
Billi jidher li numru ta' arbli twaħħlu minn entitajiet differenti fuq bankini differenti, f'diversi toroq f’San Pawl il-Baħar, , jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Transport Malta tordna lill-entitajiet li waħħluhom biex jaqilgħuhom minn fejn qegħdin, minħabba l-inkonvenjenzi li qed joħolqu?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti iżjed dettajli sew dwar il-post kif ukoll it-tip ta’ arbli li għalihom qed jirreferi.
Billi f'rapport fil-Malta Independent dwar ħsarat li saru fil-playing field tal-Baħrija, , fejn qed jingħad li xi residenti ltaqgħu ma' persuni f'Kastilja dwar dan il-każ, u kif ġie irraportat, ingħad li l-istess playing field se terġa’ tinbena mill-ġdid, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min se jibni mill-ġdid din l-istess playing field, u meta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien qed jagħti fl-aħħar gimgħat attenzjoni lill-proġett tad-drenaġġ ġewwa l-Baħrija u l-inħawi tal-madwar li sewa €6.5 miljun, proġett li qatt ma twettaq minn Gvern preċedenti.
Illum il-maggoranza assoluta ta dawn ir-residenti għandhom servizz bażiku tad-drenaġġ għall-ewwel darba.
Ninsab informat li jeħtieg issir xi xoghol ta’manutenzzjoni fuq il-playing field li qed tissemma fil-mistoqsija tieghu u jitqiegħdu xi strutturi zgħar li jtejjbu s-sahha u sigurta.
Bypass ta’ San Pawl il-Baħar – tagħbija u ħatt ta’ merkanzija – ilmenti lill-pulizija
Question
Billi fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, kuljum, jew kważi kuljum, qed ikun hemm ħatt u tagħbija ta' merkanzija, u dan qed iġib miegħu numru ta' lmenti minn dawk li jgħaddu minn dawn l-inħawi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija rċevietx ilmenti dwar dan, u jekk iva, x'passi ttieħdu sa issa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-pulizija ma jirriżultaliex u ma rċeviet l-ebda lmenti li fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar hemm xi attività kummerċjali li tinvolvi il-ħatt u tgħabija ta' merkanzija.
Bypass ta’ San Pawl il-Baħar – tagħbija u ħatt ta’ merkanzija – ilmenti lill-Transport Malta
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta rċevietx ilment dwar ħatt ta' materjal fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, liema ħatt qed isir b'mod regolari? Jekk iva, x'passi ttieħdu dwar dan?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta rċeviet ilment rigward il-każ li tressaq f’din il-mistoqsija parlamentari. Permezz tas-Sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta, qed isir moniteraġġ iktar frekwenti tal-post indikat, sabiex dan l-abbuż jiġi mwaqqaf.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26569, dwar mollijiet fl-inħawi tas-Salina, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm spezzjoni fuq il-post, mill-perit tad-dipartiment? Jekk iva, min għamel dawn l-ispezzjonijet, u x'irriżulta minnhom? X'passi huma mistennija li jittieħdu wara dawn l-istess spezzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu ppjanat li l-ispezzjoni u r-rapport tal-imsemmija mollijiet jitlesta sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex il-pelican lights li hemm matul it-Triq tal-Kosta jibqgħu ma jsirux? Meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li fadal fuq dawn l-istess lights peress li suppost tlestew sa' Marzu 2016, u sa issa għadhom ma sarux?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-offerent magħżul ipprovda materjal difettuż u qiegħed jirrifjuta li jsegwi id-direzzjoni ta’ Transport Malta biex tiġi riżolta l-kwistjoni. Għaldaqstant Transport Malta qed tieħu l-passi kollha neċessarji, kemm legali u kuntrattwali, sabiex din il-problema tiġi ndirizzata kemm jista’ jkun malajr.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26467 dwar clamping, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu l-iżviluppi li seħħew mid-data tar-risposta sal-lum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta akkwistat il-clamping devices imsemmija. Bħalissa għaddej proċess sabiex isiru emendi fil-liġi sabiex l-uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità jkunu jistgħu iwettqu clamping ta’ vetturi.
Awtorità tad-Djar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ appartamenti
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26570, dwar bini ta' appartamenti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mis-siti li fuqhom ser isir il-bini, issa għandhom permess biex isir l-istess bini? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol, u meta, f'kull każ ħarġu t-tenders għal dan ix-xogħol? Min hu mistenni li jibni dawn l-appartamenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, is-siti kollha huma koperti bil-permess tal-bini, u l-applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar ser issir biss fejn ser ikun hemm bdil skont in-neċessitajiet eżistenti. S’issa nħarġu tenders għat-tħammil/tqattih tas-siti, u l-kuntratturi ser jintgħażlu dalwaqt. It-tenders għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għadhom ma ħarġux u għalhekk mhux possibli jingħad meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol, jew min hu mistenni li jibni dawn l-appartamenti.
San Pawl il-Baħar u l-Mosta – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – sinjali fuq il-bankini
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet numru ta' sinjali fuq il-bankini u fit-toroq, fil-Mosta u f’San Pawl il-Baħar? Liema xogħol hu mistenni li jsir wara li dawn is-sinjali tpoġġew fuq il-post?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li dawn is-sinjali huma neċessita’ ta’ investigazzjonijiet kontinwi li jwasslu għal studji fuq is-sitwazzjoni tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi msemmija.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm 'open plots' ġew identifikati mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? X'passi ser jittieħdu dwar dawn l-open plots?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-Mistoqsija Parlamentari hija relatata mal-lokalità kollha ta' San Pawl il-Baħar, li tikkonsisti f'medda ta' art estensiva, ikun iktar ideali kieku l-Awtorità tal-Ippjanar tiġi infurmata b'dawk is-siti speċifiċi li l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni dwarhom. Dan sabiex l-investigazzjonijiet neċessarji ikunu jistgħu isiru b'mod iktar iffokat.
Awtorità tal-Ippjanar – spezzjonijiet fuq siti ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'spezzjonijet jitwettqu mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq siti ta' kostruzzjoni, biex jiġi assigurat li fejn jitkissru l-bankini dawn jiġu rranġati kif suppost?
San Pawl il-Baħar – Awtorità tal-Ippjanar – Triq Sant’Antnin – spezzjoni fuq bankini
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tal-Ippjanar wettqitx xi spezzjoni partikulari fuq bankina li tinsab fi Triq Sant'Antnin, San Pawl il-Baħar, bejn Triq Santa Marija u t-triq li tinżel bejn il-Portobello u l-break water ta' Buġibba? Jekk iva, meta saret tali spezzjoni, u x'irriżulta minnha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-bankina li tinsab fi triq Sant’Antnin, San Pawl il-Bahar, bejn Triq Santa Marija u Plajjet Bognor, ġiet spezzjonata fid-29 ta’ Settembru 2016. L-ebda intervent jew ħsara ma ġew innutati.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha l-parti mir-railing (crash barrier) li hemm fi Triq F. Ximenes, is-Salina, e¿att fuq il-Coast Road, għadha ma saritx? Jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li din l-istess parti tar-railing titqiegħed f'postha, biex jiġu evitati l-perikli li hemm bħalissa?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26784 fejn ġie kkjarifikat diġà li x-xogħol fuq dawn ir-railings kien twaqqaf minħabba nuqqas ta’ qbil bejn dak li xtaqu r-residenti u dak li kienet ppreparat Transport Malta. Wara li ntlaħaq ftehim, il-proċeduri neċessarji biex jinbidel ix-xogħol u tiżdied in-nefqa kellhom bżonn il-ħin tagħhom u għalhekk id-dewmien. Transport Malta għadha kemm ikkonfermat l-ordni għax-xogħol minngħand il-kuntrattur u għaldaqstant il-kuntrattur qed jimmanifattura r-railing neċessarju.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-parking, li hemm indikat b'tabelli matul Triq il-Kosta, limiti ta' San Pawl il-Baħar, qabel ma’ tasal ħdejn ix-sheds li hemm fis-Salini jingħata t-tarmak? Dan għaliex bħalissa hu prattikament impossibli li wieħed jipparkja, minkejja li hemm indikat li hemm parkeġġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ġabet approvazzjoni mill-Awtorità tal-ippjanar għal parkeġġ propost u fil-ġimgħat li ġejjin għandha tiġi ppublikata sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet.
Triq il-Kosta taħt it-Torri tal-Għallis – parking area
Question
Billi diversi xhur ilu kien intqal li dik il-parti ta' Triq il-Kosta li tinsab taħt it-Torri tal-Għallis, u li qabel kienet tifforma parti mit-triq il-qadima, kienet se tiġi kkonvertita f'parkeġġ, u dan kien ukoll indikat permezz ta' tabelli li juru li se jkun hemm parking area, li iżda għadha ma saritx, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol marbut ma’ dan l-istess parkeġġ? X'inhu jżomm milli jitlesta l-istess xogħol neċessarju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija jirrekjedu permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Bħalissa għaddejjin bil-preparamenti fuq l-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew stallati CCTV cameras, fejn twaħħlu, u kemm inqabdu nies jabbużaw, wara li l-Ministeru waħħal dawn il-cameras matul din is-sena? F'liema mill-postijiet fejn twaħħlu dawn il-cameras inqabdu nies jabbużaw?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena twaħħlu CCTV cameras f’dawn il-postijiet :
Bombi Subway
Floriana – Triq Sant’ Anna Subway (1)
Floriana – Triq Sant’ Anna Subway (2)
Birkirkara – Triq Ċensu Costa
Manoel Island
Sliema – The Strand
Bormla – San Ġwann T’Għuxa
Dawn huma faċilitajiet addizzjonali ma li twaħħlu fis-sena preċedenti.
Minn dawn il-cameras inqabdu :
Persuna fi Triq Sant’ Anna – Floriana
Persuna –fi Sliema – The Strand
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-CCTV cameras qed jitwaħħlu f’postijiet viżibbli f’dawn iż-żoni, sabiex jiġi evitat li jintrema skart illegali. Addizzjonali ma’ dawn il-cameras hemm diversi kunsilli lokali li qed jinvestu f’sistemi simili. Il-Mnisteru huwa kommess li jżid l-infurzar anke b’mezzi oħrajn.
Billi bosta drabi qed ikun hemm persuni li wara li jibnu post, iħallu l-bankina ta' quddiem dik il-binja jew imkissra jew inkella magħluqa permezz ta' xi ħajt, u dan għal bosta xhur wara li jkun tlesta l-istess bini, jista' l-Prim Ministru jgħidkemm kien hemm ka¿ijiet fen il-MEPA, u issa l-Awtorità tal-Ippjanar, ħadet passi matul din is-sena fil-konfront ta' dawn is-sidien li jħallu tali abbandun, u dan b'detriment għal dawk kollha li jkunu jridu jgħaddu minn dawk l-inħawi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini li tul din is-sena ma kellu ebda rapport b’referenza għal dak li qed isemmi l-Onor. Interpellant iżda jekk għandu xi tagħrif dwar xi lant partikolari nitolbu jgħaddih lill-istess Uffiċċju biex isir il-verifikar meħtieġ.