Jista’ l-Ministru jinvestiga x’inhu s-sors tal-ilma li reġa’ beda ħiereġ fit-triq, hekk kif taqbeż il-pjazza ta' Buġibba (fuq il-front), u biex jittieħdu l-passi neċessarji biex dan l-ilma ma jibqax joħroġ fit-triq?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-investigazzjoni li saret rigward il-ħruġ ta’ ilma fi¿-¿ona indikata jirri¿ulta li dan kien kaw¿a ta’ perkolazzjoni ta’ ilma f’ bank li jinsab fil-Pjazza ta’ Buġibba. Għalhekk ġiet infurmata l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tinvestiga dan il-ħruġ tal-ilma minn-naha tagħha wkoll.
Il-perkolazzjoni issa waqfet billi diga saru xi xogħolijiet.
San Pawl il-Baħar – tnaqqis ta’ abbuż ta’ sewqan żejjed fil-bypass
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi qed jittieħdu biex jinqata' l-abbuż ta’ sewqan żejjed fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Puliizja tat-traffiku tagħmel rondi regolari fil-bypass ta’San Pawl. L-istess qed isir mill-Pulizija tad-Distrett li tagħmel ukoll dawn ir-road checks meta jkun opportun. Dawn ir-rondi ser jitkomplew. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li barra min hekk hemm ukoll żewġ speed cameras, waħda quddiem l-oħra f’din it-triq, li l-iskop huwa wkoll biex jitnaqqas sewqan eccessiv.
San Pawl il-Baħar – spezzjonijiet mill-pulizija dwar abbuż ta’ sewqan żejjed fil-bypass
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta, matul l-2016 saru spezzjonijiet mill-pulizija, minħabba abbuż ta' sewqan żejjed fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar? F'kull każ, x'kienu r-riżultati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru, 2016, saru tmintax (18) il-spezzjoni mill-pulizija, minħabba abbuż ta' sewqan żejjed kif ukoll kontravenzjonjiet tat-traffiku oħra fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar. Rizultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, kif ukoll ir-rondi li saru mill-Pulizija tat-Traffiku fl-istess perjodu, inħarrġu sitta u tletin (36) ticket relatati ma ovespeeding. Inħarġu wkoll disa u tmenin (89) ticket ieħor għal-kontravenzjonijiet tat-traffiku varji. Ninformah ukoll, li fl-istess bypass hemm il-cameras tal-over speeding, li huma kkontrollati mill-Law Enforcement System Agency (LESA), li rresponsabilita taħha taqa’ taħt Ministeru ieħor.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu r-riżultati li ġew mgħoddija lill-PSC, matul l-aħħar sentejn? Liema minnhom ġew ippubblikati u liema le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-lista ta’ sejħiet kollha maħruġa matul l-aħħar sentejn u d-data ta’ pubblikazzjoni rispettiva tagħhom. Ma kien hemm l-ebda lista li ma ġietx ippubblikata.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 27531 li turi kif isir il-pubblikazzjoni ta’ pożizzjonijiet fi skala 5.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha l-karozza tal-linja bir-rotta X1A mhux qed topera preżentement, u meta hu mistenni li tibda topera? X’iżżomm milli din ir-rotta tibqa’ topera s-sena kollha, u għaliex minkejja li s-sena skolastika tibda lejn l-aħħar ta’ Settembru, bidu ta’ Ottubru, xorta waħda din l-istess rotta mhux qed issir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ir-rotta X1A kif ukoll ir-rotta X1B huma rotot li joperaw fuq l-iskeda tax-xitwa mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Din l-iskeda daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq yacht marina f'Għawdex? Fejn se tkun, u kemm se jkun hemm spazji għall-yachts?
Response (REFALO, ANTON)
Nassumi li l-Onor. Interpellant hu konxju tal-fatt li ħarġet EOI li bħalissa qed tiġi evalwata mill-PU.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi inawgurat il-proġetti tal-Cruise Liner Terminal f'Għawdex? Min se jkun qed jopera dan l-istess proġett?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparazzjonijiet marbutin ma' faċilità għal landing ta’ fixed wing planes f'Għawdex? Meta hu mistenni li jibda x xogħol fuq is-sit?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparamenti għall-bini ta’ breakwater f’Marsalforn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi qed nevalwaw il-possibilitajiet kollha biex dan il-breakwater jerġa' jiġi mibni. Nixtieq infakkar lil Onor. Interpellant illi riċentament, bil-Fondi tal-EU, sar konsolidament u tiswija tal-Menqa f’Marsalforn ukoll u li l-livell tal-breakwater u l-ħsara estensiva fil-breakwater tal-Menqa kienu kaġun ta’ nuqqas ta’ manutenzjoni għal diversi snin minn amministrazzjoni preċedenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ser ikunu l-inħawi f'Malta u Għawdex fejn matul iż-żmien li ġej, ser jitħawwlu siġar, biex jiġu ffurmati msaġar ġodda? X'tip ta' siġar hu mistenni li jitħawlu f'dawn il-postijiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żmien li ġej, siġar indiġeni se jitħawlu fiż-żoni tal Msida (fis-Swatar u sit ieħor quddiem Mater Dei), Wied Blandun (Fgura-Bormla) u Baħar iċ-Ċagħaq. Se ssir ukoll applikazzjoni għal-fondi taħt miżura tmienja tal-Rural Development Program sabiex jiġi restawrat Wied Sta Katarina fil-lokalita’ tan-Naxxar kif ukoll Ġnien is-Sultan f’Ħaz-Żabbar. Il-siġar u arbuxxelli li ser jitħawlu huma indiġeni u jvarjaw skond l-ambjent preżenti f’dawn il-lokalitajiet.
San Pawl il-Baħar – ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens minħabba oġġetti li tpoġġew fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm okkażjonijiet mill-1 ta' Ottubru, 2015 sal-lum, fejn il-wardens ħarġu ċitazzjonijiet fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, minħabba oġġetti li tpoġġew fit-triq, biex ma jkunx jista' jsir parking f’dak il-post, minħabba li tkun ser tinġarr xi ħaġa minn dak il-post partikulari, jew tkun ser tinġieb xi ħaġa hemmhekk? F'liema toroq ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu u fil-lokalità indikati fil-mistoqsija, ma nħarġet l-ebda ċitazzjoni relatata mal-offiża hawn fuq imsemmija.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu t-taħditiet dwar ir-reviżjoni tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema taċ-ċivil? Meta hu mistenni li jidħol fis-seħħ il-ftehim il-ġdid?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taħdidiet jinsabu għaddejjien u ilhom li bdew xi ġimgħat. Id-dħul fis-seħħ tal-ftehim huwa wkoll parti minn negozjati.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar eżami għad-dħul ta' skrivani mal-Gvern? Kemm kien in-numru ta' persuni li għaddew? Kemm ġew impjegati s’issa, u f'liema dipartimenti? Kemm hu mistenni li jiġu impjegati iktar skrivani minn dawk li għaddew? Meta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar eżami ta’ Skrivani mal-Gvern kien sar f’Novembru 2012 u kellu skadenza ta’ sentejn ħlief għal dawk li qagħdu għar-re-sit, fejn it-tali kien validu għal tliett snin. Dan ifisser li l-proċess ingħalaq fit-totalita’ tiegħu fl-2016.
B’kollox għaddew 116-il persuna. Dawn ġew ingaġġati kollha mas-servizz pubbliku ħlief 7 li għażlu li ma jieħdux il-ħatra. L-ingaġġ isir mas-servizz pubbliku u mhux mad-dipartimenti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw promozzjonijiet fid-diversi dipartimenti li għandu l-Gvern, bejn Jannar 2015 u llum, dipartiment b’dipartiment?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ promozzjonijiet lil persuni li jaħdmu f’Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jammonta għal 76 kif muri fit-tabella annessa. Kull promozzjoni kienet ri¿ultat ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet u diversi minnhom kienu service wide calls bl-applikanti jiġu ppostjati fl-UPM.
B’seħħ minn din is-sena, s-Segretarji Permanenti ġew delegati l-awtorita’ li jmexxu u jaħtru uffiċjali f’po¿izzjonijiet bla ma jgħaddu ċentralment. Għaldaqstant mitlub tirreferi l-mistoqsija tiegħek lill-ministeri rispettivi.
Tabella;
Dipartiment
Total
Government Printing Press
3
Government Property Division
7
Department of Information
6
Office of the CIO
1
Internal Audit & Investigations Department
6
People & Standards Division
21
Centre for Development, Research and Training
6
Support Services
1
Directorate Finance and Administration
12
Energy & Projects
3
Permanent Secretary Strategy & Implementation
10
76
Policy dwar pubblikazzjoni ta’ riżultati ta’ intervisti għall-promozzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx policy li ma jiġux ippubblikati r-riżultati ta' intervisti għall-promozzjonijiet, u b'hekk ma jkunx magħruf il-placing li fih ikun ġie min ikun qagħad għall-interview?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda policy li ma jiġux ppubblikati riżultati. Madanakollu, prassi ta’ snin sħaħ mgħoddija u li hekk għadha sa llum hi li fi proċessi ta’ għażla għall-mili ta’ postijiet jew pożizzjonijiet fi skala 5 l-kandidati eliġibbli jiġu mgħarrfa individwalment bir-riżultat u l-placing tagħhom u ta’ kandidati eliġibbli oħra.
Fish Farming f'Malta u f'Għawdex — bdil ta' policies
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10407, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mir-rakkomandazzjonijiet tal-istrateġija msemmija bdew jiġu implimentati, issa li għaddew sentejn minn dakinhar? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan id-dokument li ġie kkwotat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti sostanzjali mir-rakkomandazzjonijiet misjuba fl-“Aquaculture Strategy for the Maltese Islands – towards sustainability 2014-2025” bdew jiġu implimentati. B’mod partikolari qed issir implimentazzjoni fis-sebgħa tematici identifikati bhala importanti mill-istrateġija, kif elenkat hawn taħt:
· Promozzjoni tal-akkwakultura bħala settur marittimu imporanti – id-Direttorat għall-Akkwakultura fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura qiegħed jattendi laqghat fuq livell Ewropew, kif ukoll Internazzjonali, sabiex ikun involut fil-formulazzjoni ta’
policies
u pjanijiet oħra għas-settur tal-akkwakultura. Qed isiru wkoll aktar laqgħat ta’ koordinament bejn l-awtorijatjiet involuti fis-settur tal-akkwakultura sabiex ikun hemm approċċ komuni mir-regolaturi ghas-settur tal-akkwakultura.
· Tkabbir immirat lejn is-sostenibbilita’ – Qed isir sforz sabiex jigi identifikat sit addattat biex jinbena mafqas tal-hut, kif ukoll żdiedet il-kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet edukattivi, kemm Maltin kif ukoll Ewropej, sabiex ikun hemm aktar riċerka fis-settur tal-akkwakultura. Fost proġetti oħrajn ta’ min isemmi li għall-ewwel darba, fl-2016 tfaqqas il-bajd tat-tonn u l-frieħ tkabbru għal 50 ġurnata fuq ikel xott (
pellets
) bħala proġett bejn id-direttorat tal-Akkwakultura u l-Universita’ ta’ Dusseldorf.
· Tisħieħ regolatorju – ġie ppreparat abbozz ta’ liġi dwar l-operat tal-istabbilimenti tal-akkwakultura.
· ¯oni għall-akkwakultura – Filwaqt li qed isir eżerċizzju għar-rilokazzjoni tal-operaturi fis-settur tat-tonn għal ġoż-żona tal-akkwakultura, qed isir ukoll xogħol sabiex jiġu identifikati żoni ulterjuri għall-akkwakultura.
· Sostenibbilita’ permezz ta’ mmaniġġjar ambjentali imtejba – Ir-regolamentazzjoni tal-operaturi ser tkun armonizzata permezz tal-abozz tar-regolamenti għall-operat tal-akkwakultura, kif ukoll tal-kodiċi ta’ prattika tajba.
· Kompetittivita’ permezz tal-innovazzjoni – qed issir riċerka sabiex tiżdied id-diversita’ ta’ speċi disponibbli għall-akkwakultura, kemm ta’ ħut kif ukoll ta’ ikel ħaj sabiex jintuża fit-trawwim tal-ħut. F’dan ir-rigward qed isir xogħol innovattiv fuq żewġ speċi ta’ gambli lokali. Ukoll ta’ min isemmi li qed jiġi ukoll esplorat l-aspett ta’ akkwakultura għas-settur ornamentali, li qed issir aktar importanti maż-żmien.
Billi qed jingħad li matul din is-sena, l-industrija tal-fish farming se tkun ħallset madwar €1.1 miljun f'taxxa ambjentali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn l-istess fondi li daħlu permezz ta' din it-taxxa, fil-fatt ġew minfuqa fuq miżuri ambjentali, kemm marbuta mal-baħar, kif ukoll marbuta ma' attivitajiet ambjentali oħra? Fiex intefqu dawn il-fondi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-dħul mill-“Caging of Blue Fin Tuna” jiġi depożitat f’Line Item 0352 tar-Revenue Vote tal-Ministeru. Min-naħa l-oħra l-allokazzjonijiet Rikorrenti u Kapitali li ġew ivvutati fuq miżuri ambjentali huma dawk li jidhru f’paġni 123 sa 135 tal-Estimi Finanzjarji għall-2016.
Peress li l-parti mill-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, li suppost isservi ta' viewing point, qed tintuża għall-ħatt u t-tagħbija ta' merkanzija, jista' l-Ministru jassigura li dan ma jibqax iseħħ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċjali tad-Dipartiment ta’ l-Infurzar ta’ Transport Malta se jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post biex jassiguraw li dan l-abbuż jieqaf.
Taxxa tal-50 ċenteżmu għal kull turist – proġetti ffinanzjati
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti mistennija jkunu ffinanzjati mid-dħul li ser ikun hemm mit-taxxa ta' 50 ċenteżmu għal kull lejl għat-turisti, matul din is-sena u s-sena d-dieħla?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 460, datata 10 ta’ Ottubru.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal it-tfassil ta' car park fil-Mosta u f'Marsaskala?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Projects Malta li ħarġet sejħa ta’ interess pubbliku sabiex fil-Mosta jinħoloq parkeġġ. Iktar ’il quddiem għandu jitħabbar min laħaq il-kriterji identifikati fis-sejħa pubblika. Fl-istess ħin għaddejja l-ħidma biex ikunu identifikati siti f’Marsaskala li jistgħu jiġu utiliżżati għal parkeġġ pubbliku.