Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx negozji privati li għandhom aċċess għas-sistema tal-ID Card, b'tali mod li meta l-klijent jintalab in-numru tal-ID card tiegħu mingħajr ma jintalab id-dettalji, imbagħad jinħarġu l-irċevuti fuq l-isem u l-indirizz mingħajr ma fil-fatt ikunu intalbu li jagħti l-istess dettalji? Jekk iva, kif jista’ jiġi assigurat li tali sistema ma tiġix abbużata minn dawk li għandhom aċċess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv, l-ebda entita’ privata m’għandha aċċess għad-database tal-karti tal-identita’.
Skola Primarja tal-Gvern – tfal li jinżammu wara l-ħin tal-iskola
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28125, jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt hemmx tfal li għadhom mhux qed jibbenefikaw minn din is-sistema, minkejja li applikaw biex jingħataw dan is-servizz? F'liema lokalitajiet hemm waiting list, u kemm hu n-numru ta' pendenzi, f'kull lokalità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi għandha dawn l-istudenti fil-waiting list għas-servizz ta' Klabb 3-16:
Rabat - 1
San Ġwann - 5
Santa Venera - 2
San Pawl il-Baħar - 34
Promozzjonijiet fil-grad ta’ Principal mas-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta ħarġet l-aħħar sejħa għall-promozzjonijiet fil-grad ta’ Principal mas-Servizz Pubbliku? Meta saru l-eżamijiet għal dan il-grad? Kemm hi l-pass mark għal dan l-eżami?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
(i) l-aħħar sejħa t’applikazzjonijiet għall-Uffiċjal Prinċipali fis-Servizz Pubbliku ħarġet fit-8 ta’ Lulju 2016;
(ii) l-eżamijiet fl-abbiltà ġenerali saru bejn it-12 ta’ Settembru 2016 u l-20 ta’ Settembru 2016;
(iii) il-pass mark kienet 60%
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex isir ix-xogħol meħtieġ fuq il-Mina tal-Mistra, li għandha ammont ta' ħsarat, u li tista' twassal biex l-istess Mina taqa', b'konsegwenza li t-traffiku lanqas biss ikun jista' jgħaddi għal u mill-Mellieħa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 25905.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-problema li kienet marbuta mal-ownership tal-proprjetà (li tidher li kienet ġejja mingħand il-knisja) fit-Toroq Mosta, Għabex, Arznell u Pjazza Mary Zarb, (fost l-oħrajn) liema problema kienet wasslet biex persuni li xtraw proprjetà f'dawn it-toroq ma setgħux jifdu ċ-ċnus tagħhom, minbarra diffikultajiet oħra, fil-fatt issa ġietx solvuta għaliex residenti f'dawn l-inħawi qed jirċievu messaġġi (mhux uffiċjali) li issa jistgħu jifdu ċ-ċnus tagħhom, u wkoll ibiegħu l-istess proprjetajiet mingħajr diffikultajiet, iżda jidher li uffiċjalment għad ma' rċevew xejn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diversi verifiki, riċerki u pariri legali dwar it-titlu tal-art in kwistjoni, ġie stabbilit illi t-titlu fuq l-imsemmija art kien legalment preskritt qabel ma din l-art filfatt kienet għaddiet għand il-Gvern, u għaldaqstant id-Dipartiment ħa l-passi kollha neċessarji biex isiru l-emendi fir-Reġistru tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema marbuta man-nuqqas ta' wardens li jkunu available biex jikkontrollaw it-traffiku fuq siti ta' kostruzzjoni, tant li min qed jitlob tali servizz qed jintalab jistenna anke sa ġimgħatejn biex ikun jista' jingħata s-servizz, u dan b'diffikultajiet kbar għal min ikun irid juża tali servizz? Billi dan in-nuqqas qed iwassal għall-abbużi minn persuni li ma jibqgħux jistennew tali servizz, jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf l-Interpellant Onorevoli Ċensu Galea, illi l-Gwardjani Lokali illi huma assenjati biex jikkontrollaw it-traffiku fuq siti ta’ kostruzzjoni ma humiex parti mis-servizz kontrattwali miftiehem bejn l-Operatur Privat ( Guard and Warden) u LESA.
Dan is-servizz bi ħlas jingħata mill- kuntrattur privat direttament liċ-cittadin.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol twettaq mill-Ministeru quddiem l-għassa ta' San Pawl il-Baħar, matul il-ġimgħa bejn l-14 u t-18 ta' Novembru? Għal liema raġuni sar dan ix-xogħol, u kif ġie assigurat li l-istess xogħol kien ta' kwalità tajba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ntervjeniet fuq pothole kbira li kienet qiegħda iżżomm l-ilma li kien qiegħed jittajjar fuq in-nies ta’ fuq il-bus stop. L-Intervent hu kkonsidrat ta’ natura temporanja għax sar bil- cold asphalt. Wara dan l-intervent wieħed jistenna li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar eventwalment jagħmel it-tiswijiet meħtieġa b’mod permanenti.
Ix-Xemxija – Triq mill-bajja sal-knisja – tiżjin tal-Milied
Question
Billi t-telgħa tax-Xemxija, mill-bajja sal-Knisja hi triq arterjali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din is-sena hux se jkun hemm xi tiżjin għal żmien il-Milied? Jekk iva, fejn, u meta se jiġi mqiegħed f'postu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li f’din il-parti ta’ triq m’hemmx postijiet adegwati għal dawn id-dekorazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw biex jibbenefikaw mill-miżuri 313 u 323? F'kull każ, liema kienu l-proġetti li għalihom saret l-applikazzjoni, minn kull kunsill lokali separatament? Liema proġetti ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati? Mill-proġetti aċċettati liema baqgħu ma saru qatt?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28609, filwaqt li napprezza li qed jingħad li dan l-istess tip ta' dawl huwa konformi ma' regoli ewropej u li l-istess tip ta' dawl jintuża f’ junctions fl-Ewropa, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-dwal indikati hawn Malta humiex imwaħħla iktar fil-baxx, għaliex l-għoli jagħmel differenza fil-mod kif il-viżibilità tiġi affettwata?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għoli tal-lights imsemmija huwa konformi mal-istandards stabbiliti f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq inħarġu t-tenders għalihom u ġew aġġudikati, iżda għadhom ma sarux s’issa? Fejn jinsabu dawn l-istess toroq, u meta hu mistenni li jsiru x-xogħlijiet neċessarji li hemm fuq il-post?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista hija s-segwenti. Id-dati tax-xogħlijiet jiġu ffissati skont il-prioritajiet u żviluppi fuq is-sit.
Locality
Street
CURRENT STATUS RID
Marsaxlokk
Resurfacing of Triq iz-Zejtun
Contracting and Works Planning
Marsa
Pelican Crossing at Triq Hal Qormi
Contracting and Works Planning
Marsaxlokk
low boundary wall at Triq il-Power Station
Contracting and Works Planning
Birkirkara
p/o Triq il-Wied and p/o Triq in-Naxxar
Contracting and Works Planning
San Pawl il Bahar
p/o Tamar & Fugass
Contracting and Works Planning
Mgarr
Gammari Camilleri
Contracting and Works Planning
Swieqi
p/ o Il-Majjistral
Contracting and Works Planning
Bahrija l/o Rabat
Triq il-Palazz and Triq In-Namura,
Contracting and Works Planning
Zabbar
Triq Il-Kunvent Phase 2
Contracting and Works Planning
Birkirkara
pedestrian safety fence at Triq Dun Karm
Contracting and Works Planning
Marsaxlokk
p/o Barthelemy
Contracting and Works Planning
Safi
Widening and Construction of Vjal il-Kuccard (Phase 1 - preparation works)
Contracting and Works Planning
Marsaskala
p/o Frans Grech
Contracting and Works Planning
Zurrieq
n/s in Triq San Mikiel
Contracting and Works Planning
Fgura
p/o Triq Gharnuq
Contracting and Works Planning
Zabbar
Triq Il-Kunvent Phase 1
Contracting and Works Planning
Marsaskala
Ashby
Contracting and Works Planning
Zabbar
p/o Triq il-Kahwiela
Contracting and Works Planning
Marsaskala
Patri Wistin Born
Contracting and Works Planning
Isla
reconstruction of p/o Triq is-Sur part A
Contracting and Works Planning
Santa Venera
Cannon Rd
Contracting and Works Planning
Isla
WSC and WSCD works at p/o Triq is-Sur – Part B
Contracting and Works Planning
Attard
Konti Re Barbaro
Contracting and Works Planning
Naxxar
Santa Faustina ta Kowalska
Contracting and Works Planning
Zebbug
n/s in Mdina Rd; A Melilli
Contracting and Works Planning
San Pawl il Bahar
Ix-Xaghra tal-Bandieri
Contracting and Works Planning
Luqa
p/o Tumas Galea
Contracting and Works Planning
Gudja
n/s in Triq il-Lewz
Contracting and Works Planning
San Pawl il Bahar
p/o Fliegu
Contracting and Works Planning
Bahar Ic-Caghaq, Naxxar
p/o Dwieli
Contracting and Works Planning
Birgu
Notre Dame Gate Junction
Contracting and Works Planning
Hamrun
Major Works in Town Centres
Contracting and Works Planning
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibda jsir ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq Triq is-Simar San Pawl il-Baħar u jitlesta? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq din it-triq? Billi partijiet sostanzjali minn din l-istess triq fil-fatt huma mibnija, x'se jsir biex ir-residenti jkunu jistgħu jidħlu fi djarhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obligi tagħhom. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq imbagħad isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar hekk ittieħdux deċiżjonijiet dwar it-tiswijiet tal-menqa ta' San Pawl il-Baħar meta din ġġarrfet wara l-maltemp riċenti? Jekk iva, x’ser jiġri u meta ser tissewwa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-ħsarat li ġarrbet il-Menqa f'San Pawl il-Baħar, saret spezzjoni preliminarja l-għada stess li ġie rrappurtat l-inċident. Fil-ġimghat li għaddew saru ukoll numru ta' laqgħat oħra, fejn fost l-oħrajn ġie deċiż li ser tissewwa l-ħsara li ġarrab dan is-sit. Diġa’ ġew ordnati xi materjali, kif ukoll qed jinġabru numru ta' stimi biex ikunu jistgħu jipproċedu x-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru ffinalizzax xi rapport dwar il-blat fl-inħawi tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar wara li kienet waqgħat parti mill-istess blat? Jekk iva, jista’ jagħti wkoll tagħrif dwar jekk il-Ministeru investigax rapport dwar blat perikoluż ħdejn l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn verifiki li saru hemm indikazjonijiet li l-art in kwistjoni hija waħda privata. Madankollu kien twaħħal avviż minn Transport Malta fis-sit affetwat fil-baħar bħala “no-go area”.
Fir-rigward tas-sit ħdejn l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi lokazzjoni preċiża (site plan) ta’ fejn jinsab dan il-blat ħalli uffiċjali mill-Ministeru jivverifikaw mal-Government Property Department jekk l-art in kwistjoni hix pubblika jew privata u jkunu jistgħu jsegwu l-każ skont il-proċedura stabbilita għal każi bħal dawn.
Buġibba u l-Qawra – globi skonnettjati fuq il-front
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru skonnettjax xi globi fuq il-front ta' Buġibba u l-Qawra, kif ukoll f'xi nħawi oħra tal-lokalità? Jekk iva, liema globi ntfew u x'inhi r-raġuni għal dan it-tifi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdu l-passi meħtieġa biex jibdew jitneħħew u jiġu skonnetjati arbli dekorattivi perikolużi tul il-promenade ta’ Buġibba/Qawra ħalli jitneħħa kull periklu għall-pubbliku li jimxi f’dawn l-inħawi.
Bħalissa qed isiru tħejjijiet biex tinħareġ sejħa għall-offerti biex dawn jinbidlu kollha s-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jikkonsidra li jitqiegħdu pelican lights fi Triq il-Qawra qrib Triq il-Porzjunkola, ħdejn il-flats tal gvern? Jekk iva, meta hu mistenni li dawn l-istess lights jiġu nstallati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku kienet approvat Zebra Crossing bil-Belisha Lights f’din it-triq. Riċentament l-Awtorita’ rċeviet talba biex din tinbidel f’Pelican Crossing. L-Awtorita’ qegħda tevalwa l-bżonn ta’ din il-Pelican Crossing.
Triq li twassal mix-Xemxija sal-Mellieħa — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru fassalx xi programm ta' xogħol biex it-triq li twassal mix-Xemxija sal-Mellieħa tingħata wiċċ ġdid?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se toħroġ l-ewwel sejħa għax-xogħlijiet fil-ġimgħat li ġejjin.
Billi f'risposta għal domanda parlamentari preċedenti dwar it-toroq ta' Ta' Qali kont mitlub nagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat, jista' l-Ministru jagħti tagħrif min hu dan il-Ministru u x'fondi għandu għall-iffinanzjar ta' xogħol fit-toroq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex isir ix-xogħol neċessarju biex jitneħħa l-periklu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi tieħu l-pulizija għal dak li jikkonċerna bejjiegħa (b'mod partikolari f'postijiet turistiċi) li jkunu qed ibiegħu bla permessi? X'tip ta' permessi tivverifika l-pulizija f'dawn il-każi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fir-rigward ta’ bejjiegħa fit-toroq, il-pulizija twettaq spezzjonijiet regolari, inklużi f’postijiet turistiċi. Waqt dawn l-ispezzjonijiet jiġu vverifikati li dawn il-bejjiegħa ikollhom il-permessi meħtieġa. Meta bejjiegħ jinstab li ma jkollux il-permess maħruġ mid-Dipartiment tal-Kummerċ jew li b’xi mod ieħor ikun qed jikser ir-regolamenti jew kundizzjonijiet tal-Liċenzja jew il-permess tal-Kunsill Lokali fejn applikabbli, jinħarġulu l-akkużi relattivi għall-qorti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każijiet, matul dawn l-aħħar tliet snin, fejn applikazzjonijiet għall-promozzjonijiet fiċ-ċivil kellhom id-data ta' meta jagħlqu estiża? Jekk iva, meta ġara dan, għal-liema applikazzjonijiet, u f'kull każ x’kienet ir-raġuni ta' tali estensjonijiet?