Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'arranġamenti saru ma' Transport Malta dwar xogħol li mistenni li jsir fi Triq Ġulju, San Pawl il-Baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant x-xogħlijiet fit-triq imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Kunsill Lokali u mhux taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26450 li saret fil-Leġiżlatura preċedenti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm residenti oħra barranin f'lokalitajiet oħra li m'għandhomx ċittadinanza Maltija fl-aħħar ta' Frar 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Peress li l-informazzjoni rikjesta tirrikjedi li tingabar minn tlett databases differenti u għalhekk tieħu ħafna ħin, ma kienx possibli li nagħti risposta llum. Għalhekk ir-risposta se tingħata f seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ħareġ tender/kwotazzjoni għal xoghħl fi Triq Ġwanni Pawlu II, f'Burmarrad? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol rikjest fil-fatt sarx, u min għamel l-istess xogħol wara li ġie allokat it-tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li f’Novembru 2012 kien qabel li jingħata x-xogħol għall-valur massimu ta’ €5,000 li jinkludi tqattiegħ ta’ blat u konkos temporanju kif kien suġġerit mill-perit tal-Kunsill. Jirriżulta iżda li peress li t-tqattiegħ tal-blat kien qabeż sewwa l-ammont deċiż mill-Kunsill (i.e. sa massimu ta’ €5,000), ix-xogħol kellu jieqaf. Għaldaqstant ser tinħareġ sejħa ġdida għall-kwotazzjonijiet, wara li tkun approvata mill-Kunsill.
Tista' l-Mnistru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' sportivi li qed jibbenefikaw mill-iskema ta' 20/20 introdotta fil-budget tas-sena l-oħra? Kemm minn dawn l-isportivi jaħdmu mal-gvern jew korporazzjonijiet tiegħu u kemm jaħdmu mal-privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ sportivi li jaħdmu mal-Gvern u li qed jibbenefikaw mill-iskema 20/20 jammontaw għal tmienja, filwaqt li dawk li jaħdmu mal-privat jammontaw għal disgħa.
San Pawl il-Baħar — restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni jibda x-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt, f'San Pawl il-Baħar?
Response (MARCO, MARIO DE)
B’riferenza għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Nru 33870, wara li l-konsulenti flimkien mad-diriġenti ta’ Din l-Art Ħelwa setgħu jirrevedu d-dettalji tekniċi tar-restawr wara li sar ‘rectified photogrammetric survey’, inħasset il-ħtieġa li jinbidel ir-restoration method statement għall-intervent meħtieġ u għaldaqstant kellu jintalab amenda għall-permess tal-iżvilupp. Issa li nbidlu ukoll id-dokumenti relattivi tal-offerta’, tinsab fil-fażi finali li tiġi ippubblikata.
Lukandi li qed jitolbu għal estensjoni fil-binja tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm lukandi eżistenti li qed jitolbu li jingħataw estensjoni fil-binja tagħhom? Fejn jinsabu l-istess lukandi?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 27 lukanda eżistenti qed titlob li tinghata estensjoni fil-binja tagħha. Dawn il-Lukandi jinstabu fil-lokalitajiet li gejjin: Valletta, San Giljan, Swieqi, Gzira, Msida, Sliema, Bugibba, San Pawl il-Bahar, Mellieha u Ghawdex.
San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar - servizz tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta s-servizz tad-drenaġġ fi Triq is-Simar Xemxija, San Pawl il-Baħar, fil-parti tat-triq li għad m'għandhiex dan is-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li l-għassa tal-pulizija ta' San Pawl il-Baħar tkun miftuħa għall-itwal ħin possibli (possibilment il-ħinjiet kollha matul il-ġimgħa), u dan minħabba l-fatt li l-għassa tal-Qawra tinsab bogħod minn dak li jitqies bħala ċ-ċentru ta' San Pawl il-Bahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġa’ spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37987, l-Għassa tal-Pulizija msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed tkun miftuħa regolarment. Pero’, jista' jkun hemm drabi jew ħinijiet fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-pulizija li jkun għassa joħroġ fuq xi doveri oħra barra mill-Għassa, bil-konsegwenza li l-Għassa jkollha tingħalaq temporanjament matul dak il-ħin.
Jista' l-MInistru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' bhejjem tas-simna jew tal-ħalib li ġew tagged matul l-ewwel disa' xhur tal-2012? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' bhejjem li ġew tagged, kull sena mill-2009 sal-lum fl-istess perjodu ta' żmien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara għal liema bhejjem tas-simna jew tal-ħalib qigħed jirreferi. Niġbed l-attenzjoni li fil-każ tan-nagħaġ u mogħoż, ir-razzez li għandna Malta huma tal-ħalib waqt li l-ħrief u gidjien tagħhom jinqatlu għal-laħam. Fil-każ tal-baqar is-sitwazjoni hija simili għaliex kważi il-baqar kollha preżenti Malta huma razez tal-ħalib iżda l-għoġġiela irġiel li jitwieldu u jiġu irreġistrati u jeħlulhom l-imsielet uffiċjali jispiċċaw jinqatlu għal-laħam. Barra minnhekk numru ta’ baqar tal-ħalib jiġu mgħammra b’żerriegħa ta’ razzez tal-laħam biex għoġġiela li jitwieldu (li huma mgħarufa bħala F1) jkunu nofshom biex jinqatlu għal-laħam.
Hemm numru żgħir ta’ għoġġiela tal-laħam puri li jinġiebu minn stati Membri oħra minn żmien għal żmien, iżda dawn ikunu diġa ġew reġistrati fil-pajjiz tal-oriġini u jeħlulhom imsielet Maltin jekk biss kemm il-darba jitilfu xi waħda minn dawk li jkunu ġew bihom.
Fl-linja ġenerali kull bovin raġel reġistrat jista’ jitqies bħala bhima tas-simna għajr xi 200 li jaġixxu ta’ għoġġiela tar-refgħa. Hemm bżonn niftakru wkoll li l-baqar, wara il-karriera tal-ħalib, wkoll jinqatlu għal-laħam.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn biċċeriji fil-privat li huma liċenzjati għall-qtil tat-tjur/bhejjem? Fejn jinsabu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li hawn sitt stabbilimenti privati li huma liċenzjati bħala biċċerija. Dawn jinsabu f’dawn il-lokalitajiet: Qrendi, Siġġiewi, Burmarrad, Magħtab u Birżebbuġia.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm tfal li qed jingħataw is-servizz ta' Learning Support Assistants f'kull waħda mill-iskejjel tal-gvern
tat-12-il distrett elettorali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa n-numru ta’ tfal li qed jingħataw s-servizz ta’ Learning Support Assistant fl-iskejjel tal-gvern tat-tnax-il distrett elettorali huwa kif jidher hawn taħt:
Skola Primarja Mellieħa - 29 student
Skola Primarja San Pawl il-Baħar - 40 student
Skola Primarja Naxxar - 30 student
Skola Sekondarja Subien Naxxar - 24 student
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm Learning Support Assistants li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati separatment? Tista'
tagħti tagħrif dwar jekk hemmx iktar talbiet minn dawn l-iskejjel għal tali servizz? Jekk iva kemm hemm talbiet, u f'liema livell tal-edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MEPA — pannelli fotovoltajiċi fuq serer tal-bdiewa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandiex xi policy partikolari għal dak li jikkonċerna twaħħil ta' pannelli fotovoltaiċi minn bdiewa fuq serer jew binjiet agrikoli oħra?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Billi spiss qed jinstema diskors dwar il-possibilità li jibdew jitqiegħdu solar panel fields f'pajjiżna, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta ikkordinatx xi policy partikolari għal dawk li huma tali stallazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppp dwar il-ħtieġa li jiġi mqiegħed bus stop/bus shelter fit-triq li mix-Xemxija tagħti għall-Manikata fl-inħawi magħruf bħala Għajn Stas/Ta' Rkuplu, fejn minkejja li joqogħdu diversi persuni m'hemmx la bus stop u wisq inqas bus shelter?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kompożizzjoni tal-flotta tal-karozzi tal-Arriva kif ingħata fir-risposta parlamentari riċenti hix kif kienet miftiehma oriġinarjament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi ripetutament qed nibqa' nirċievi ilmenti minn residenti fiċ-ċentru ta' San Pawl il-Baħar li minkejja t-titjib li sar fuq ir-rotot li jaqdu dawn l-inħawi xorta qed ikun hemm ħinijiet matul il-ġurnata li fihom ikollhom jistennew għal ħin twil, kemm fid-direzzjoni tal-Belt kif ukoll fid-direzzjoni tax-Xemxija, jista'
l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi persuni li jiffrekwentaw l-inħawi ta' Selmun qed jinkwetaw dwar il-fatt li l-lukanda Selmun Palace hi magħluqa, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jigi assigurat li dan il-post jiġi mħares sew? Minbarra hekk, jista' jagħti tagħrif dwar jekk it-torri ta' Selmun innifsu hux mistenni li jkun parti minn xi konċessjoni/ bejgħ li għad jista' jkun hemm, inkella le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Prodotti Agrikoli li ntbagħtu għall-bejgħ fis-swieq barra minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm prodotti agrikoli oħra minħabba l-patata, li ntbagħtu għall-bejgħ fis-swieq barra minn Malta? Fil-każ li iva, liema kienu l-prodotti u xi kwantitajiet intbagħtu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena ma kienx hemm talbiet biex jinħarġu ċertifikati fitosanitarji għal prodotti agrikoli Maltin oħra barra patata sabiex jkunu mibgħuta barra mill-pajjiż
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm intbagħtu patata barra minn Malta matul din is-sena? Lejn liema pajjiżi ntbagħtu? F'liema xhur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm talbiet biex jinħarġu ċertifikati fitosanitarji sabiex jintbgħatu 117,475Kg patata lejn Spanja bejn ix-xhur ta Marzu u Lulju.