B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 171, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu r-road humps li ġew approvati biex jitqiegħdu f'San Pawl il-Baħar matul l-aħħar sena u nofs? F'liema toroq kien approvati tali humps?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li ma kienx hemm road humps approvati minn Transport Malta f’San Pawl il-Baħar f’dawn l-aħħar sena u nofs.
Billi fid-diskors tal-Baġit kien hemm referenza għal xi skema ta' rapid intervention fit-toroq Maltin, u ssemmiet b'mod partikulari l-Mellieħa bħala lokalità li se tkun inkluża f'din l-iskema, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se titħaddem din l-iskema?
Response (MIZZI, JOE)
Qed isiru preparamenti biex jinħoloq dan il-unit fejn l-għan tiegħu se jkun li jittieħdu passi immedjati fejn ikun hemm affarijiet ta’ periklu bħal ħofor, kif ukoll dwal u street furniture, u ta’ dak li jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saret l-applikazzjoni għat-tqegħid ta' pipeline mill-Mellieħa għal Binġemma quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? X'użu mistenni jsir minn dan il-pipeline? Min se jkun jista' jagħmel użu minn dan l-istess pipeline? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rotta li minnha se jghaddi dan il-pipeline?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni quddiem il-MEPA għat-tqegħid ta' pipeline minn tal-Mellieħa sa Binġemma saret fit-2 ta' Settembru, 2011. Qed jigu annessi pjanti li juru r-rotta li minnha se jiġi mgħoddi dan il-pipeline.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar meta saru l-aħħar xogħlijiet fuq il-moll tal-Veċċja u kemm swew? Min għamel dan ix-xogħol u x'wassal biex moll li fuqu għadu kif sar xogħol ftit tax-xhur ilu jiġi deskritt bħala li dalwaqt jitfarrak, kif rappurtat fil-media?
Response (MIZZI, JOE)
It-Taqsima tax-Xogħlijiet u Servizzi ma kienet involuta fl-ebda xogħlijiet fuq il-moll imsemmi fiż-żmien riċenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-approvazzjonijiet għat-tneħħija ta' line markings (traffic control/management line markings) li ġew approvati li jitneħħew mit-toroq ta' San Pawl il-Baħar matul l-aħħar sena? Min talab biex dawn il-markings jitneħħew? Hemm xi talbiet oħra pendenti biex jitneħħew line markings oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li ma nħarġet l-ebda approvazzjoni għat-tneħħija ta’ line markings fit-toroq ta’ San Pawl il-Baħar matual l-aħħar sena u ma hemm l-ebda applikazzjoni pendenti sabiex jitneħħew xi linji taż-żebgħa oħra.
Minħabba li ma kien hemm l-ebda approvazzjoni għat-tneħħija ta’ tali linji, il-bqija tal-mistoqsijiet mhux applikabbli.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq f'San Pawl il-Baħar li għalihom kien hemm approvazzjoni li jiġu one way matul l-aħħar 12-il xahar? F'kull każ, min talab li dawn it-toroq li jsiru one way? Liema talbiet ġew approvati?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li ma nħarġet l-ebda approvazzjoni għal one ways fit-toroq ta’ San Pawl il-Baħar.
Minħabba li ma kien hemm l-ebda approvazzjoni għal
one ways
f’din il-lokalità, il-bqija tal-mistoqsijiet mhux applikabbli.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema talbiet saru matul l-aħħar 15-il xahar, f'San Pawl il-Baħar, biex jiġu mċaqilqa minn fejn jinstabu/kienu jinstabu ż-zebra crossings li hemm fil-konfini tal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Liema minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u meta? Kemm u liema minn dawn il-crossings qegħdin fil-proċess li jiġu upgraded?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li Transport Malta rċeviet żewġ talbiet fi Triq San Pawl sabiex jitressqu pedestrian crossings f’dawn l-aħħar ħmistax-il xahar. L-awtorità m’approvat l-ebda waħda minn dawn iż-żewġ talbiet. L-awtorità mhux infurmata b’xogħol ta’ upgrading fuq dawn il-pedestrian crossings.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi qed tieħu Transport Malta, biex il-belisha lights li hemm fid-daħla ta' San Pawl il-Baħar, ħdejn ir-roundabout ta' Erba' Mwieżeb, kif ukoll ħdejn ir-roundabout tax-Xemxija li fiż-żewġ każijiet jew għandhom arbli li tkissru b'inċidenti tat-traffiku, jew għandhom dawl li mhux qed jaħdem, jiġu rranġati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li Transport Malta qiegħda f’kuntatt mal-kuntrattur sabiex il-ħsarat imsemmija jissewwew kemm jista' jkun malajr.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li l-għassa tal-pulizija ta' San Pawl il-Baħar tkun miftuħa 24 siegħa kuljum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li fl-għassa tal-pulizija msemmija mill-Onor. Interpellant qed tkun miftuħa regolarment. Madankollu jista' jkun hemm drabi jew ħinijiet fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-pulizija li jkun għassa joħroġ fuq xi doveri oħra barra mill-għassa, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq temporanjament matul dak il-ħin.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa full-time/part-time li hemm reġistrati f'kull lokalità f'Malta? Kemm minn dawn il-bdiewa, kemm full-time kif ukoll part-time idaħħlu prodotti agrikoli fil-pitkalija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li jeżistu 4 reġistri fejn jinżamm tagħrif dwar in-numru ta’ bdiewa full-time/part-time li huma rreġistrati. Dawn ir-reġistri, li fihom jista’ jkun hemm tagħrif komuni, huma: id-Direttorat tal-Agrikoltura, il-Paying Agency (IACS), il-Pitkalija u l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ.
Ninsab infurmat li minħabba n-natura tal-programm li fil-present qed jintuża ġewwa l-pitkalija, din l-informazzjoni mhux possibli li tiġi kumpilata b’mod awtomatiku. Ninsab infurmat ukol li d-Dipartiment tal-Informatika (MITA) għad irid ilesti dan il-programm awtomatiku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il permess ingħata f'San Pawl il-Baħar biex jinqatgħu, siġar minn postijiet pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar? Liema siġar ġew approvati li jinqatgħu u minn fejn?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul l-aħħar 12-il xahar siġra protetta waħda biss inqalat minn post pubbliku f’San Pawl il-Baħar. Din kienet siġra taċ-ċipres u nqalat mit-Triq is-Simar. Ninsab infurmat ukol li siġar oħra setgħu nqalgħu fejn kien hemm ħsarat eżempju minn maltemp, aċċidenti tat-traffikku jew simili, li fuqhom ma jinżammx rekord.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar xogħol fuq slipway żgħir fil-Qawra, San Pawl il-Baħar, liema xogħol kien jikkonsisti fi tqegħid ta' konkos bejn l-art u l-baħar? Min wettaq ix-xogħol u kemm sewa l-istess xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa ġewwa l-Qawra huma fuq żewġ slipways kif ukoll il-moll tal-madwar. Ix-xogħlijiet qed isiru mill-ħaddiema tal-Gvern fis-Sezzjoni Marittima u Unit Għall-Kontroll tal-ilma tax-Xita, fil-Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura. Qed jintużaw ukoll kuntratturi privati li qegħdin fuq Period Contract għall-xogħlijiet li jirrikjedu ingenji kbar. Bħalissa tlesta x-xogħol fuq l-ewwel slipway u beda x-xogħol fuq is-slipway ta’ biswit kif ukoll fuq il-moll. Ix-xogħlijiet qed isiru skond kif hu rikjest mill-permess tal-MEPA PA5880/09. L-istima tax-xogħlijiet hi ta’ €44,702.
San Pawl il-Baħar — Triq San Ġorġ - restricted timed parking
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta awtorizzatx it-twaħħil ta' tabelli ta' restricted timed parking fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar, qrib it-tarf tagħha sa ħdejn il-bank HSBC? Jekk iva, meta?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li Transport Malta ma ħarġet l-ebda approvazzjoni għal tabelli ta’ Skema ta’ Parkeġġ Ikkontrollat għar-Residenti fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar.
San Pawl il-Baħar — Triq Porzjunkola - triq one way - informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti dwar meta Transport Malta awtorizzat li Triq Porzjunkola f'San Pawl il-Baħar il-Baħar issir one way? Meta twaħħlu t-tabelli u min awtoritzza l-istess twaħħil ta' tabelli?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li Transport Malta ma ħarġet l-ebda approvazzjoni għal one way fi Triq Porzjunkola. L-Awtorità m’għandhiex informazzjoni dwar meta ġew stallati t-tabelli tal-one way u lanqas dwar min awtorizza t-twaħħil ta’ tali tabelli.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kuntatti internazzjonali għandhom l-iskejjel primarji li jinsabu fis-7, fil-11 u fit-12-il distrett elettorali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-iskejjel Primarji tal-Istat fis-7, 11 u t-12-il distrett elettorali, l-iskejjel li se nsemmi għandhom il-kuntatti internazzjonali kif ġej:
KULLEĠĠ MARIA REGINA
Skola Primarja San Pawl il-Baħar: Mentor School for the Microsoft Partners in Learning Innovative Schools Program.
Ninsab infurmat ukoll li l-Psycho-Social Teamtal-Kulleġġ hu nvolut f'in-sevice training biex itejbu l-professjoni tagħhom. L-in-service training qed isir f'Ċipru, l-Ungerija, Slovenia u d-Danimarka.
KULLEĠĠ SAN NIKOLA
Skola Primarja ta' Ħ'Attard: Proġett Comenius
Skejjel Sekondarji — Studenti bejn l-14 u s-16-il Sena - żgħażagħ li qed jattendu
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' żgħażagħ bejn l-14 u s-16-il sena li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, l-11 u t-12-il distrett elettorali li qed jattendu l-iskejjel sekondarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Istat u huma bejn l-14 u s-16-il sena li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, l-11 u t-12-il distrett elettorali hu kif ġej:
Is-7 Distrett: 539
Il-11-il Distrett:410
It-12-il Distrett: 495
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għal bidla ta' toroq f'one way matul l-aħħar sitt xhur fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Liema toroq kienu involuti, u kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati? Min talab dawn il-bidliet?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li kien hemm talbiet mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex żewġ toroq fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar jiġu jippermettu sewqan f’direzzjoni waħda f’dawn l-aħħar sitt xhur. It-toroq kienu Triq l-Isturjun u Triq Erba’ Mwieżeb. Dawn it-talbiet ma ġewx approvati minħabba li l-Kunsill Lokali ma ssottomettix l-informazzjoni mitluba fiż-żmien stipulat. Tali informazzjoni ntalbet minn Transport Malta sabiex dawn it-talbiet jiġu evalwati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'diskussjonijiet saru ma' Transport Malta dwar Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li x-xogħol meħtieġ jitkompla/jinbeda?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xi xhur ilu saru diskussjoniet mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar dwar din it-triq fejn il-Kunsill ġie nfurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għadha mhiex iffurmata sew u għalhekk ir-responsabbilta` u l-obbligi tal-iffurmar tat-triq għadhom f’idejn ir-residenti jew l-iżviluppaturi ta’ din it-triq. Transport Malta ħadet biss xi miżuri fil-post sabiex titjieb is-sigurta` fit-triq.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm sleeping policemen li ġew approvati fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar minn Transport Malta matul l-aħħar sitt xhur? F'liema toroq tal-lokalità kienu dawn it-talbiet?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li minn Ottubru 2012 ma ġewx approvati round topped road humps/sleeping policemen ġewwa San Pawl il-Baħar u lanqas ma kien hemm talbiet mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għal tali miżuri.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar biex jiġu approvati loading/unloading bays minn Transport Malta? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f'liema toroq? Minbarra hekk, kemm kien hemm talbiet biex tali bays diġà approvati jiġu mneħħija jew mċaqalqa minn fejn kienu?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar kien hemm sitt talbiet għall-approvazzjoni ta’ kaxxi tal-parkeġġ għall-ħatt u tagħbija ta’ merkanzija f'dawn l-aħħar sitt xhur. Tnejn minn dawn it-talbiet ġew approvati fi Triq Toni Bajada u fi Triq il-Korp tal-Pijunieri. Ma kienx hemm talbiet għal tali kaxxi ta’ parkeġġ sabiex jiġu mneħħija jew imċaqalqa.