Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #763 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Mellieħa/Xemxija — Ambulanza Stand by fix-xhur tas-sajf

Question

Jista' l-Ministru jassigura li matul ix-xhur tas-sajf, ikun hemm ambulanza stand by jew fix-Xemxija jew il-Mellieħa biex tkun tista' taqdi d-diversi emerġenzi li jinqalgħu minn żmien għal ieħor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Reserved parking bays

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar kemm-il reserved parking ġiet approvata li titneħħa minn San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha) matul l-aħħar 12-il xahar? Kemm tali bays ġodda ġew approvati fl-istess perijodu ta' żmien? Minn fejn tneħħew u fejn ġew approvati tali parkings ġodda?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li minn informazzjoni provduta minn Transport Malta rriżulta li kien hemm disa’ parkeġġi riservati għall-persuni b’diżabilita’ li ġew approvati ġewwa San Pawl il-Baħar f’dawn l-aħħar tnax-il xahar. Fl-istess perjodu ġew imneħħija disa’ parkeġġi riservati għall-persuni b’diżabilità. Qed naghti l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta — toroq li għadhom ma sarux

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fil-lokalitajiet tat-12-il distrett li skont l-informazzjoni li għandha Transport Malta, għadhom ma sarux? Meta hu mistenni li jsiru dawn l-istess toroq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq li skont l-informazzjoni li għandha Transport Malta għad iridu jsiru u huma nklużi fil-programm tax-xogħlijiet li għaddej bħalissa huma elenkati hawn taħt: 1. Bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fi: · Triq bejn Triq il-Mellieħa u Triq Dun Manwel Grima, Mellieħa · Triq it-Trill, Mellieħa · Triq Ħannewjia, Naxxar 2. Triq il-Konz u Triq Simar, San Pawl il-Baħar u Triq Sir William Jervois, Naxxar jagħmlu wkoll parti minn dan il-programm pero hemm problema biex jinbeda x-xogħol minħabba raġunijiet ta' ffurmar ta' triq, għax l-iżviluppaturi ta’ dawn it-toroq ma wettqux l-obbligi legali tagħhom u għalhekk dawn it-toroq għadhom taħt ir-responsabilta` tagħhom. 3. Ix-xogħlijiet ta’ Triq il-Qasab, Mellieħa ġew aġġudikati u bħalissa qed isir ix-xogħol preparatorju sabiex tkun tista’ tinħareġ sejħa għall-offerti għal Triq il-Qortin, Mellieħa. 4. Xagħra tal-Bandieri, San Pawl il-Baħar tagħmel ukoll parti minn dan il-programm pero’ hemm problema biex jinbeda x-xogħol minħabba raġunijiet t’esproprjazzjoni. Fir-rigward ta’ toroq oħrajn li mhumiex fil-programm tax-xogħlijiet eżistenti imma li għad iridu jsiru minn Transport Malta, ninforma lill-Onorevoli nterpellant li s-sena l-oħra sar proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali ta’ Malta kollha, sabiex jissottomettu lista ta’ toroq fil-lokalita’ tagħhom li qatt ma nbnew. Dawn it-toroq qed jiġu vverifikati minn Transport Malta bil-għan li nistabbilixxu programm ta’ xogħol li jmiss għat-toroq residenzjali li qatt ma saru.
Leg 12 PQ #766 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ftehim tal-PPE rigward toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq li kienu inklużi fil-ftehim tal-PPE li ġew approvati madwar sentejn ilu bejn il-Kunsill Lokali tat-12-il distrett u l-Gvern Ċentrali? Kemm minn dawn it-toroq huma lesti, u f'kull każ, meta saru l-kuntratti mal-kuntratturi li wettqu x-xogħol? Kemm fadal toroq li għad iridu jsiru b'dan l-istess ftehim? Kemm kien hemm bidliet mill-ftehim oriġinali?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali tan-Naxxar li ma għandux toroq fir-rigward tal-Mistoqsija Parlamentari peress li ma daħalx fi ftehim ta’ PPP għat-toroq fil-lokalità. Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-unika triq li kellu fil-ftehim tal-PPP għat-toroq fil-lokalità kienet Triq l-Armier li hi lesta. Il-kuntratt għaliha kien sar fl-10 ta’ Mejju 2011. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar dwar it-toroq bl-iskema tal-PPP għat-toroq tal-lokalità. Hawn tlestew it-toroq kollha li kien hemm fil-ftehim oriġinali. Tlieta minn dawn it-toroq iżda tneħħew mil-lista biex minflokom issir triq oħra li x-xogħol fuqha nbeda fis-6 ta’ Mejju.

In-Naxxar u s-Salina — bdil ta' arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-arbli li fuqhom hemm is-servizzi tal-Korporazzjoni Enemalta, bejn in-Naxxar u s-Salina, fejn l-arbli jinsabu fir-raba, dawn l-istess arbli jinqalgħu u jinbidlu ma' oħrajn ġodda, issa li l-għelieqi se jkunu mingħajr prodotti fix-xhur tas-sajf, għaliex jinsabu fi stat ħażin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-arbli jinbidlu skont sistema apposta li titħaddan mill-Korporazzjoni Enemalta.

Applikazzjoni għat-tqegħid ta' pipeline

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 428, dwar il-permessi għat-tqegħid tal-pipeline bejn il-Mellieħa u Binġemma, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub, kif ukoll jindika kif l-istess ilma li se jkun qed jitwassal għand il-bdiewa għal skop agrikolu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji kollha tal-approvazzjoni ghall-progett ghat-tqeghid ta' pipeline bejn il-Mellieħa u Binġemma ngħatat f'seduta tal-Bord tal-MEPA li saret fit-18 t'April, 2013.
Leg 12 PQ #717 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

sajjieda reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma s-sajjieda reġistrati fuq kull wieħed mill-portijiet li hemm f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr Malta u n-Naxxar? Dawn huma sajjieda full-time jew part-time?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #718 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MEPA — ċpolicies dwar il-binjiet agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux pjani speċifiċi, biex flimkien mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ibiddel il-policies dwar il-binjiet agrikoli?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #719 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — policies dwar kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tippubblika l-policies tagħha dwar il-kmamar tan-nar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-MEPA diġà għandha numru ta’ policies dwar kmamar tan-nar. Dawn huma policy GZ-CMRC-13 fil-pjan lokali għal Għawdex u Kemmuna, u NWCM 6 fil-pjan lokali għal-Majjistral ta' Malta. F'kazijiet fejn il-policy mhux speċifika biżżejjed, wieħed jista’ jislet prinċipji adottati fi pjanijiet lokali oħra kif ukoll mill-gwidi ta' policies ġenerali li huma relevanti għas-suġġett.
Leg 12 PQ #720 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — policies dwar shooting ranges

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġu mfassla u ppubblikati l-policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar ix-shooting ranges? Kemm hemm bħalissa applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges quddiem l-Awtorità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy tax-Shooting Ranges li kien ġie approvat mill-MEPA fl-2006, ġie rivedut flimkien mal-Weapons Board u ġie maqbul abbozz bejn iż-żewġ entitajiet. F'Marzu 2012 din kienet ġiet moħtija lill-Ministeru responsabbli mill-Isport għal veduti tagħhom. Mir-"records" ma jidhirx li il-MEPA rċeviet aktar rejazzjonijiet fuq l-imsemmi abbozz. Skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, bħalissa l-istess Awtorità għandha quddiemha żewġ applikazzjonijiet għal shooting ranges. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonjiet pendenti li fil-proposta tal-iżvilupp hemm xi waħda mill-kelmiet: • Shooting • Sparar

San Pawl il-Baħar — qtugħ ta' siġar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 388, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar talabx li jinqalgħu xi siġar minn postijiet pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar? Jekk iva, meta u minn fejn? Fejn tħawlu s-siġar li nqatgħu minn fejn kienu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat. Kif tħabbar ġimgħat ilu waqqaft kumitat ad hoc ta’ esperti fil-qasam tal-masġarija - bla ebda ħlas - sabiex iservu ta' kumitat konsultattiv ta' esperti fis-suġġett ħalli fil-ġejjieni qrib jiġi ndirizzat l-istupru ta' sigar minn żbir selvaġġ.
Leg 12 PQ #580 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali żammew il-laqgħa tal-lokalità tagħhom għal din is-sena? Liema kunsilli, għalkemm għadhom ma żammewx din il-laqgħa għandhom id-data tagħhom iffissata? X'suppost tkun l-aġenda ta' tali laqgħat għal-lokalità u kif tinfirex l-informazzjoni dwar tali laqgħat fost ir-residenti? F'liema ġurnali hemm l-avviżi dwar il-laqgħat fejn dawn il-laqgħat diġà nżammu?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba għal din il-parti tingħata f’seduta oħra. Intant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Artiklu 70 tal-Liġi tal-Kunsilli Lokali li jirregola l-laqgħat tal-lokalità li jispeċifika li “avviż ta’ dik il-laqgħa (annwali) għandu jkun pubblikat darba fil-gazzetti kollha ta’ kuljum u mxandar darba fuq ir-radjijiet kollha nazzjonali.” Intant l-istess Artiklu 70 ikompli li “l-aġenda diskussa fil-laqgħa annwali tal-lokalità għandha tinkludi rapport amministrattiv fuq l-andament tal-Kunsill matul is-sena ta’ qabel u l-pjan ta’ attività għas-sena ta’ wara.”

Għases tal-pulizija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 386, filwaqt li napprezza li jkun hemm ċirkostanzi fejn pulizija jkollu bżonn joħroġ barra minħabba l-eżiġenzi tas-servizz, jista' l-Ministru jassigura li kemm jista' jkun fl-għassa, mhux biss ta' San Pawl il-Baħar, qatt ma jkun hemm pulizija waħdu/weħidha b'mod partikolari matul il-lejl?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Għases tal-Pulizija principali jinzammu dejjem miftuha. F’dawn l-Ghases f’kull hin u dejjem ikun hemm xoghol minn ta’ lanqas surgent u zewg kuntistabbli. Ikun hemm hinijiet ukoll illi f’dawn l-Ghases ikun hemm ukoll l-Ispettur u membri tal-Korp ohra li jaghmlu xoghol klerikali. Fil-kaz tal-lokalita imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, hemm l-Ghassa tal-Qawra li hija wahda mill-Ghases principali msemmija. Ghaldaqstant u minhabba ragunijiet logistici ohra, mhux previst li s-suggeriment ta’ l-Onorevoli Interpellant ikun attwat.
Leg 12 PQ #684 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — tneħħija ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' karozzi li tneħħew mit-toroq ta' San Pawl il-Baħar, mill-Kunsill Lokali matul l-aħħar 12-il xahar? F'kull każ minn fejn tneħħew, x'kien it-tip u n-numru tal-karozza li tneħħiet, kif ġew infurmati s-sidien tal-istess vetturi, kemm minnhom kellhom il-liċenzja tagħhom magħluqa u kemm kien ilha hekk magħluqa? X'sar mill-istess karozzi/vetturi ladarba tneħħew minn fejn kienu?

Response (VELLA, KARMENU)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Sadanittant ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-imsemmija vetturi tneħħew skont l-Artikolu 8A tal-Avviż Legali 94 tal-1977 kif emendat bl-Avviż Legali 123 tal-2001.
Leg 12 PQ #685 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS — numru ta' studenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu xi kors fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) bħalissa, u li ġejjin mil-lokalitajiet, lokal lokal tas-7, id-9 u t-12-il distrett elettorali?

Response (VELLA, KARMENU)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru totali ta’ studenti li bħalissa qiegħdin jattendu l-ITS mis-sebgħa, id-disa’ u t-tnax-il distrett hu ta’ 80, 76 u 95 rispettivament.
Leg 12 PQ #686 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

lukandi li se jerġgħu jibdew joperaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm lukandi hu mistenni li jerġgħu jkunu qed joperaw matul din is-sena wara li kienu magħluqa għal xi żmien fil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? Meta avżaw li se jerġgħu jifthu għan-negozju? Komplessivament kemm hu n-numru ta' kmamar/sodod li se jiżdiedu b'riżultat ta' dan it-tibdil?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent hemm żewg lukandi fit-tnax id-distrett li huma intenzjonati li jerġgħu jibdew joperaw din is-sena wara li kienu magħluqa għal xi żmien. L-avviż biex jibdew joperaw ġie mibgħut fid-9 ta’ Jannar 2013. Komplessivament ser ikun hemm żieda ta’ 424 kamra li għandhom total ta’ 848 sodda.

Mellieħa — produzzjoni ta' second class water

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jibda jiġi prodott ilma second class mill-inħawi tal-Mellieħa? Skont il-pjani li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fejn se jintuża dan l-ilma, u minn min?

Response (MIZZI, KONRAD)

Kif ġie rispost fil-mistoqsija parlamentari 428, l-ilma ttrattat u ppurifikat mill-Impjant ta' Trattament tad-Drenaġġ ta' Ċumnija limiti tal-Mellieħa jista' jintuża fost l-oħrajn mis-Settur Agrikolu.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - servizzi tal-ilma u drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fi Triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar, is-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ humiex mgħoddija matul it-triq kollha, kulfejn hemm it-tarmac mogħti? Jekk le, f'liema parti tat-triq hemm servizzi li huma nieqsin (mhux imqiegħda f'posthom)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija tingħata seduta oħra.

dipartimenti tal-agrikultura u s-sajd — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema li huma impjegati fid-diversi setturi li jaħdmu fid-dipartimenti tal-agrikultura u s-sajd? X'xogħol jagħmlu dawn il-ħaddiema?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li huma impjegati fid-diversi setturi li jaħdmu fid-Dipartimenti tal-Agrikultura u s-Sajd ilaħħaq tlett mija u erbgħin (340). Ix-xogħol li jagħmlu dawn il-ħaddiema taħt id-diversi setturi jinsabu elenkati fil-listi mehmuża li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabelli ‘A’, ‘B’ u ‘Ċ’.

restawr ta' postijiet storiċi — impjegati mħarrġa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux impjegati li huma mħarrġa fir-restawr ta' postijiet storiċi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat li taħtu jaqa’ ix-xogħol ta’ restawr ta' postijiet storiċi.