Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizja u Forzi Armati ta' Malta — reklutaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jkun hemm intake ġdid ta' pulizija u ta' membri fil-Forzi Armati ta' Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: Pulizija: Ir-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija jsir meta l-eżiġenzi tas-servizz ikunu hekk jirrikjedu u wara li tkun ippublikata sejħa għall-applikazzjonijiet. AFM: Ġiet imħabbra dan l-aħħar fuq l-aħbarijiet li r-riżultati ta’ l-AFM se jkunu mħabbra dalwaqt. La darba dawn ikunu mħabbra, isir l-interview u medical test u minn hemm isiru suldati.

Tagħlim dwar kulturi differenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb dwar il-mod kif jista' jkun hemm tagħlim dwar kulturi differenti li qed jitħalltu fis-soċjetà tagħna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, konxju mill-fatt li n-numru ta’ studenti barranin b’kulturi differenti dejjem qed jiżdied , diġa qed jaħdem f’dan il-qasam . Wara li ġie appuntat Inter-Directorate Committee mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni, sar rapport dettaljat dwar is-sitwazzjoni preżenti u rakkomandazzjonijiet biex l-istudenti li ġejjin minn pajjiżi mhux imsieħba fl-Unjoni Ewropeja, inkluż refuġjati, jiżgurawlhom li jkunu qed jingħataw proviżjoni edukattiva xierqa. Dan ir-rapport issa jinsab għand id-Direttur Ġenerali għall-Kwalita u Standards fl-Edukazzjoni li qed tistudjah biex tara kif ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jitwettqu. Minn Jannar ta’ din is-sena, ġiet identifikata persuna fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni, li sservi bħala Third Country National Co-Ordina tor u li xogħolu hu li jagħti support u pariri fejn ikun hemm studenti minn pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropeja li qed ikollhom problemi ta’ integrazzjoni. Id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni ukoll rebaħ fondi mill-Unjoni Ewropeja biex l-Għalliema Komplimentari, kemm dawk li jaħdmu fl-iskejjel ta’ l-Istat, kif ukoll dawk li jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja u Independenti, jingħataw tagħlim dwar kif jgħallmu l-Ingliż bħala lingwa barranija. Dan qiegħed isir biex l-għalliema komplimentari jkunu f’pożizzjoni aħjar biex ikunu jistgħu jaħdmu mal-istudenti ġejjin minn pajjiżi oħra u jgħinuhom jintegraw fis-sistema edukattiva. Għaddej ukoll proġett pilota fejn żewġ għalliema fil-primarja qed jiffukaw fuq l-integrazzjoni lingwistika ta’ dawn l-istudenti. Dan il-proġett qed iseħħ fil-Kulleġġi ta’ Maria Reġina u ta’ San Ġorġ Preca. Id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni qiegħed ukoll jaħdem id f’id mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES) f’dan il-qasam. Flimkien mal-FES , id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni organizza kors filgħaxija, maqsum fuq tmien darbiet, speċifikament għall-ġenituri barranin bil-għan li dawn jitgħallmu aktar dwar is-sistema edukattiva Maltija kif ukoll li dawn l-istess ġenituri ikunu voluntiera u jgħinu lil ġenituri barranin oħra li jkunu kemm waslu f’pajjiżna, billi dawn jispjegawlhom dwar is-sistema edukattiva Maltija u jkunu ukoll medjaturi bejn l-iskejjel u l-ġenituri fejn ikun hemm problemi ta’ komunikazzjoni minħabba l-lingwa. Proġett ieħor li qiegħed isir id f’id mal-FES huwa fuljett b’tagħrif dwar is-sistema edukattiva li ser jingħata lill-ġenituri barranin meta jirreġistraw lil uliedhom fl-iskejjel. Dawn il-fuljetti ser jiġu ippublikati f’diversi lingwi barranin, biex jilħqu firxa wiesgħa ta’ ġenituri barranin bil-għan li jgħinuhom jifhmu s-sistema lokali u b’hekk ikunu f’pożizzjoni li jgħinu lil uliedhom jintegraw aħjar u aktar malajr fis-sistema edukattiva. L-informazzjoni għall-fuljett diġa inġabret u huwa maħsub li dawn il-fuljetti jkunu pubblikati sal-aħħar ta’Ġunju. Id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni flimkien mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi ukoll applikaw għal aktar fondi mill- Unjoni Ewropeja għall-proġett li beħsiebu jinvolvi kemm ġenituri kif ukoll l-ingaġġ ta’ għalliema biex jgħinu l-istudenti barranin jakkwistaw ħiliet lingwistiċi, biex b’hekk jindirizzaw il-bżonnijiet tal-istudenti li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropeja. Ta’ min jgħid ukoll, li waqt li jkunu qed jittrattaw xi temi relatati ma’ Rispett, Ċittadinanza jew Diversita’ , l-għalliema tal- Personal and Social Development ukoll iqajmu għarfien dwar dan is-suġġett. F’ħafna każijiet, l-għalliema jaħdmu id f’id ma’ SOS Malta u l-Jesuit Refugee Services, peress li dawn it-tnejn joffru taħdidiet, attivitajiet u materjal edukattiv. Dan isir kemm fl-iskejjel Primarji kif ukoll Sekondarji. Fis-setturi tal-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti, l-inklużjoni hija pprattikata b’mod ħaj f’livelli diversi. Din tiġbor fiha ukoll il-multi-kulturaliżmu. F’ ċerti skejjel, partikolarment dawk Indipendenti, mhux biss l-element multikulturali jiġi ttrattat waqt suġġetti bħall-Ġografija, l-iStorja, il- PSD u l-iStudji Soċjali, izda saħansitra insibu programmi ta’ tagħlim tal-lingwa Inġliża (u xi drabi tal-Malti) bħala lingwa barranija.

Q fever

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri qed jieħu l-Ministeru biex jassigura li l-marda 'Q fever' li jidher li ġiet misjuba fuq xi annimali ma tinfirixx iktar milli sar s'issa? Kemm kien in-numru ta' annimali li jidher li huma infettati? Jista' jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li l-marda ma tkomplix tinfirex, u kif se jiġi evitat kuntatt ta' annimali minn farms differenti?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-miżuri li ġew adottati s’issa u għal futur immedjat, kienu kollha msemmija fl-iStqarija lill-iStampa. Sabiex titwaqqaf il-firxa tal-marda Q Fever bejn l-irziezet, twaqqaf immedjatament il-moviment ta’ nagħaġ, mogħoż u baqar kif ukoll wirjiet u esibizzjonijiet ta’ dawn l-annimali għas-sitt xhur li ġejjin. Dan il-perjodu ser jintuża biex isiru testijiet ta’ l-irziezet kollha li għandhom nagħaġ, mogħoż u baqar biex ikun jista’ jsir analiżi ta’ liema kellhom din il-marda u ta’ dawk li qatt ma kellhom. Meta din l-informazzjoni kollha tkun miġbura, tkun tista tittieħed deċiżżjoni fuq pjanijiet għall-futur. Ninsab infurmat ukol li n-numru ta’ annimali li wrew sintomi kienu biss disgħa u fil-preżent m’hemm l-ebda annimal ieħor li qiegħed juri sintomi tal-marda.
Leg 12 PQ #1307 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Q fever

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li r-riskju li jista' jkun hemm infezzjoni ta' persuni mill-marda 'Q Fever' jiġi mnaqqas? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu kbir ir-riskju ta' tali tifrix tal-marda fost il-bnedmin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-marda tal-Q fever li hija ikkaġunata minn mikrobu li jaffetwa annimali bħal nagħaġ, mogħo¿, bovini u annimali oħra. Din il-marda tittieħed min-nies li jaħdmu jew għandhom kuntatt ma annimali bħal produtturi, raħħala, veterinarji, u dawk li jaħdmu l-biċċerija. Meta jkun hemm konferma tal-mard fl-annimali, dawn in-nies jiġu ittestjati skond ir-riskju li jkollhom. Peress li il-marda ma tittieħedx minn persuna għall-oħra, ma hemmx riskju li din tinfirex fost il-bnedmin
Leg 12 PQ #1308 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Tas -Sliema — skema ta' parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu r-reazzjonijiet tal-pubbliku għal dak li jikkonċerna l-iskema ta' parkeġġ għar-residenti f'Tas-Sliema? X'wassal għas-sospensjoni tal-istess skema, u min iddeċieda li l-iskema tiġi mwaqqfa?

Response (VELLA, KARMENU)

L-Onorevoli Interpellant jifhem li r-reazjoni tal-pubbliku hija waħda negattiva għajr għar-residenti tal-lokal. Għaldaqstant fid-dawl ta’ kif iddaħlet l-iskema, is-sigurta’ tat-tfal tal-iskola u l-ammont kbir ta’ parkeġġi meħuda, bi kważi nofs, din l-iskema ġiet sospiża fuq deċiżjoni tal-kabinett.

parking areas

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-inħawi li fihom hu mistenni li jkun hemm parking areas ġodda? Kif se jiġu operati dawn l-areas u minn min?

Response (MIZZI, JOE)

Bhala part mill-ħidma tal-Gvern biex jiffaċilita t-trasport, jghin lir-residenti u l-komunita’ kummerċjali f’ diversi nħawi f’ Malta u Ghawdex, beda xogħol dwar pjan komprensiv dwar il-parkeġġ f’żoni differenti tal-pajjiż
Leg 12 PQ #1035 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — tneħħija ta' karozzi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 684, billi fil-laqgħa ġenerali tal-lokalità konna infurmati li tneħħew għexieren ta' karozzi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk it-tmien karozzi li ssemmew fil-paper laid li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra hix waħda komprensiva inkella le? Jekk le, għaliex? Minbarra hekk, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ta' min huma l-garaxxijiet li ssemmew fir-risposta bħala li qed jintużaw biex fihom jitqiegħdu l-vetturi li kienu indikati fir-risposta?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-informazzjoni mogħtija oriġinalment għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 684 tindika realment il-vetturi li tneħħew mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar. Skont il-Kunsill Lokali qatt ma saret referenza għal għexieren ta’ vetturi. Intant infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-Kunsill mhux involut dwar il-garaxxijiet fejn jinżammu l-vetturi peress li dan hu kompitu tal-kuntrattur li jiġbor il-vetturi abbandunati.
Leg 12 PQ #1185 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

titjiriet lejn Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu d-destinazzjonijiet li minnhom se jkunu qed jiġu ajruplani, kemm bi skeda kif ukoll chartered bejn l-1 ta' Ġunju u l-aħħar ta' Ottubru 2013? F'kull każ meta bdew joperaw/se jibdew joperaw fuq dawn ir-rotot il-linji tal-ajru rispettivi? Meta saru u ntemmu d-diskussjonijiet dwar id-destinazzjonijiet li minnhom se jibdew joperaw rotot ġodda matul dan il-perijodu?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, sadanittant nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rotott il-ġodda li se jibdew dan is-sajf ġew diskussi fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew.
Leg 12 PQ #1186 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

siti storiċi — reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jittieħdu xi passi partikulari li permezz tagħhom se jiġu reklamati siti storiċi ta' ċertu importanza, bħal Ta' Ħaġrat u r-Roman Baths fl-inħawi tal-Imġarr Malta?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li t-tempji preistorici Ta’ Ħaġrat u Skorba fl-Imġarr huma inklużi f’kull riklamar li tagħmel Heritage Malta għas-siti u l-mużewijiet tagħha. Ix-xoghlijiet fis-sit tal-Banjijiet Rumani, li huma iffinanzjati mill-fondi Ewropej tal-EAFRD, għadhom għaddejjin, u għalhekk huwa prematur sabiex wiehed jaghmel kampanja ta’ riklamar Tajje b li wieħed jinnota li dawn iz-zewg siti jigu inkluzi fil-programm ta’ open days li torganizza Heritage Malta u f’okkazjonijiet oħrajn.
Leg 12 PQ #1187 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Agrituriżmu — inċentivi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi skemi partikulari li permezz tagħhom se jiġu inċentivati persuni li għandhom inizjattivi ta' agrituriżmu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi skemi partikulari li minnhom jista' jgawdi min għandu inizjattivi bħal dawn?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m’hemmx skemi speċifiċi. Ninforma ukoll li fil-jiem li ġejjin se tkun qiegħda titniedi għall-konsultazzjoni pubblika politika dwar turiżmu rurali.

Reġistru tal-Artijiet — aċċess għall-pjanti

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibilità li l-pjanti tar-Reġistru tal-Artijiet jibdew ikunu aċċessibli online għal dawk lil jkollhom bżonn jixtru minn dawn il-pjanti, bħalma huma aċċessibli l-pjanti tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-possibilità li l-pjanti jkunu aċċessibli online ġiet ikkunsidrata kemm-il darba fil-passat. Minħabba l-ħsieb li jiġi introdott l-Att Dwar ir-Reġistru Ċentrali u miegħu, sistema elettronika moderna sabiex dan l-Att ikun jista jiġi implimentat, ma nħassx li jkun prudenti u vijabbli finanzjarament li isiru modifiki maġġuri tas-sistema kompjuterizzata li preżentament tintuża fir-Reġistru tal-Artijiet. Madanakollu xejn ma jżomm l-amministrazzjoni preżenti milli tikkunsidra jekk hux il-każ li l-pjanti jkunu aċċessibbli online qabel ma tinbidel is-sistema komputerizzata eżistenti.

San Pawl il-Baħar — preżenza tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li matul ix-xhur tas-sajf meta l-popolazzjoni residenti fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, hu maħsub li taqbeż is-60,000 ruħ, ikun hemm biżżejjed preżenza tal-Pulizija biex tieħu ħsieb il-ħteġijiet tal-lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma sar fis-snin ta’ qabel, anke’ matul ix-xhur tas-sajf li ġej, il-Pulizija se ssaħħaħ il-preżenza tagħha f’lokalitajiet turistiċi u ta’ villeġġatura, fosthom l-inħawi ta’ Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar, billi torganizza ronda kemm permezz ta’ muturi tat-traffiku, kif ukoll permezz ta’ pulizija fuq il-bicycle flimkien ma’ dawk tal-klieb u kavallerija.

Applikazzjoni għat-tqegħid ta' pipeline

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 716 u 428, dwar permessi għat-tqegħid ta' pipeline bejn il-Mellieħa u Binġemma, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub, kif ukoll jindika kif l-istess ilma li se jkun qed jitwassal għand il-bdiewa għal skop agrikolu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ilma ttrattat u ippurifikat fl-impjant ta' purifikazzjoni tad-drenaġġ ġewwa Ċumnija limiti tal-Mellieħa se jiġi ppumpjat għall-ġibjun li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha fuq l-għolja tat-Tomna limiti tal-Mellieħa u minn hemm permezz ta' dan il-pipeline se jinżel by gravity għal Binġemma.
Leg 12 PQ #1030 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — permessi tal-bini lis-settur agrikolu

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għall-permessi tal-bini mis-settur agrikolu li l-Awtorità ta' Malta dwar l-ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ntalbet tgħaġġel il-proċess tal-ippjanar tagħhom matul Marzu u April ta' din is-sena? Jista' jagħti tagħrif dwar kif ġiet komunikata t-talba biex tali applikazzjonijiet jiġu pproċessati b'mod mgħaġġel mill-MEPA? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar kif l-istess MEPA qed tkun mgħarrfa li tali applikazzjonijiet jikkwalifikaw għal xi skema tal-Unjoni Ewropea? Minn liema lokalitajiet kienu dawk l-persuni li l-applikazzjoni tagħhom ġiet imħaffa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'għandiex informazzjoni li bejn Marzu u April ta’ din is-sena kellha xi applikazzjonijiet mis-settur agrikolu li ntalbet tgħaġġel il-proċess tagħhom. L-Awtorita' tkun mgħarrfa li l-applikazzjoni tikkwalifika għal xi skema tal-Unjoni Ewropea billi l-informazzjoni tiġi mgħoddija dirett mill-Perit mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni fuq is-sistema eletronika.

Parlament taż-Żgħażagħ — parteċipazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jaħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' żgħażagħ li ppartecipaw fil-Parlament taż-Żgħażagħ kemm ilu jiġi organizzat l-istess Parlament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Minn informazzjoni miksuba mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jirriżulta li din is-sena hija l-ħdax-il edizzjoni. Madwar 200 żgħażugħ/a japplikaw kull sena.

parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja politika

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux xi pjanijiet partikolari biex jinkoraġixxi liż-żgħażagħ jipparteċipaw fil-ħajja pubblika permezz tal-politika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ għandha l-proġett tal-Kunsill Lokali Żgħażagħ biex tħarreġ liż-żgħażagħ fil-politika.
Leg 12 PQ #1033 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ — parteċipazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm żgħażagħ li pparteċipaw fil-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ minn mindu bdew jipparteċipaw f'tali kunsilli? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li pparteċipaw kull sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat (Ministru tal-Edukazzjoni).
Leg 12 PQ #1034 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — qtugħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 577 li saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 388, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar talabx li jinqalgħu xi siġar minn postijiet pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar? Jekk iva, meta u minn fejn? Fejn tħawlu s-siġar li nqatgħu minn fejn kienu? Minbarra hekk, jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kordinazzjoni ssir mal-kunsill lokali meta jkun hemm talbiet biex tali siġar jinqalgħu mill-kunsill lokali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi ftehim ta' rilokazzjoni ta' siġar bejn l-awtoritajiet agrikoli u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar? Jekk sar tali ftehim x'kien jinvolvi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li matul l-aħħar 12-il xahar għamel talba waħda biex jinqalgħu xi siġar. Dawn inqalgħu l-Ħamis 25 ta’ April 2013 minn Triq il-Kaħli kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Preziosi. Infurmat ukoll li s-siġar li nqalgħu tħawwlu fil-Magħtab Landfill fuq struzzjonijiet tal-Plant Health Directorate b’kordinazzjoni sħiħa bejn il-Kunsill Lokali, dan id-Direttorat u l-MEPA. Dan ix-xogħol sar skont l-Avviż Legali 42 tal-2009.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - servizzi tal-ilma u drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 447 u jagħti tagħrif dwar jekk fi Triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar, is-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ humiex mgħoddija matul it-triq kollha, kull fejn hemm it-tarmac mogħti? Jekk le, f'liema parti tat-triq hemm servizzi li huma ieqsin (mhux imqiegħda f'posthom)? Jista' jgħid jekk qabel saru x-xogħlijiet fit-triq kienx hemm konsultazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzil tal-Ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat illi kull sena isir High Tension Maintenance Program mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta. Matul dan il-programm l-arbli kollha tal-high tension li jinsabu li huma fi stat hażin jiġu mibdula. Fil-fatt matul is-sena l-għaddiet kienu diġà nbiddlu xi arbli fl-istess żona li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Huwa ppjanat li l-kumplament tal-arbli f'din iż-żona jkomplu jiġu spezzjonati din is-sena u dawk li jinsabu fi stat perikoluż jiġu mibdula.

Proġetti agrikoli — Micropropagation

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti agrikoli (f'dawk li huma marbuta ma' micropropagation) hu nvolut preżentement id-dipartiment ikkonċernat? Kemm ilhom li nbdew dawn l-istess proġetti?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li preżentement fil-Laboratorju tal-Mikropropagazzjoni tal-Pjanti fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti hemm għaddejja l-esperimentazzjoni li bdiet fl-2008 fuq it-tneħħija ta’ mard minn varjetajiet antiki taċ-ċitru, bħala parti minn proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u Malta, bil-għan li ssir produzzjoni ta’ pjanti ta’ larinġ u lumi mingħajr mard, għall-konservazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li regolarment isiru numru ta’ proġetti minn studenti mill-Università ta’ Malta bhala parti mit-teżi tagħhom.