użu ta' prodotti agrikoli lokali – kuntatti mal-FAO
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux xi kuntatti partikolari mal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) dwar l-użu ta' prodotti agrikoli lokali? Min hu r-rappreżentant ta' Malta f'din l-organizzazzjoni fil-preżent?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-preżent ma jeżiżtux programmi fuq użu ta’ prodotti agrikoli lokali ta' l-FAO. Malta tippartecipa fl-FAO f’laqgħat f’livelli varji, bir-rappreżentat ewlieni jkun is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, li jipparteċipa fil-konferenza tal-FAO li ssir kull sentejn.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm persuni li huma reġistrati/mogħtija permess biex jaħdmu bħala xerrejja mill-Pitkalija f'Ta’ Qali? Kif jiġi kkontrollat min jidħol fil-Pitkalija fil-ħin meta l-pubbliku mhux permess li jidħol jixtri?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li din is-sena hemm 1317-il persuna li għandhom permess bħala xerrejja fil-Pitkalija f’Ta’ Qali.
Dawn il-persuni jiġu mogħtija sticker ikkulurita li din trid tiġi mwaħħla ma’ quddiem tal-vettura tagħhom, għaldaqstant, minn ma jkollux din l-i
sticker
ma jitħalliex jiddaħal fil-Pitkalija.
San Pawl il-Baħar – applikazzjonijiet għal korsijiet kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm applikanti minn San Pawl il-Baħar (lokalità kollha) u minn lokalitajiet oħra (lokalità b’lokalità) li applikaw għall-korsijiet ta':
a) ICT in Tourism
;
b) Hospitality English in Tourism;
c) Customer Care Management in Tourism; u
d) Maltese Culture and Heritage in Tourism
liema korsijiet dehru reklamati mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar taħt skema tal-ESF u li huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea? Kemm mill-applikanti se jiġu aċċettati għal dawn il-korsijiet u meta mistenni li jinżammu l-istess korsijiet? Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema kriterji ntużaw biex jintgħażlu l-persuni li se jagħmlu l-kors?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li rċieva sitta u sittin (66) applikazzjoni għall-kors ICT in Tourism; wieħed u għoxrin (21) applikazzjoni għall-kors Hospitality English in Tourism; wieħed u erbgħin (41) applikazzjoni għall-kors Customer Care Management in Tourism; u erba’ u tletin (34) applikazzjoni għall-kors Maltese Culture and Heritage in Tourism, ilkoll joqgħodu San Pawl il-Baħar.
Il-korsijiet kollha dehru reklamati mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar taħt l-iskema tal-ESF u li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea. Infurmat ukoll li bħalissa għaddej il-proċess tal-intervisti tal-applikanti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji li ser jintużaw fis-selezzjoni.
Billi waħda mid-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħha s-sajjieda part-time hi dik tal-iskalli li hawn madwar Malta u Għawdex, u kultant ukoll id-diffikultà ta' liema dipartiment/awtorità hi responsabbli minnhom, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema minn dawn l-iskalli huma responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent/ Dipartiment tas-Sajd?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura huwa responsabbli għall-użu tal-iskalli li hawn madwar Malta u Għawdex skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 425.04, “Regolamenti dwar l-Użu ta’ Skal”.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari1476, fejn qed jingħad li se jitwaqqaf working group li se jipproponi tibdil tad-dokument tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar agriculture, farm diversification and stables, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt kienx diġà miktub, diskuss mal-Awtorità u emendat tali studju, matul l-aħħar leġiżlatura? Jekk iva, x'se jkun l-iskop li jerġa’ jinbeda x-xogħol mill-ġdid fuq xi ħaġa li kienet fi stadju avvanzat?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li d-diskussjonijiet li qed jirreferi għalihom u li seħħu fil-leġiżlatura preċedenti ma kienux ġew maqbula mill-istakeholders kollha konċernati u għaldaqstant ma ġewx fis-seħħ l-emendi msemmija, tant li sal-lum għadhom japplikaw l-“Agriculture, Farm Diversifications and Stables” Guidelines hekk kif ġew pubblikati fl-2007.
Ninsab infurmat ukol li f’dawn l-aħħar ġimgħat saru numru ta’ laqgħat ma diversi organizazzjonijiet tal-bdiewa u rriżulta li għad hemm numru ta’ kwistjonijiet li ma ġewx indirizzati b’mod soddisfaċenti fil-leġiżlatura preċedenti u li jeħtieġu studju u bidliet ulterjuri flimkien mal-konsultazzjoni neċessarja, u għaldaqstant ġie fformat dan il-
working group.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' laqgħat/diskussjonijiet kellha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mal-Ministeru li qabel l-elezzjoni kien responsabbli mill-agrikoltura, dwar it-tibdil li jinħass li hu meħtieġ fid-dokument dwar il-bini meħtieġ għall-agrikultura, ċjoè d-dokument Agriculture, Farm Diversification and Stables?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1477, dwar kmamar tan-nar, jista' l-Prim Ministru jivverifika permezz tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jekk fil-fatt hemmx ukoll almenu applikazzjoni oħra pendenti, u ċjoè dik tal-Mellieħa? Jekk iva f'liema stadju tinsab din l-applikazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-applikazzjoni PA5985/09 magħmula mill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina fuq is-sit Tal-Għajn, il-Mellieħa, din m'hijiex pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, imma hemm appell pendenti quddiem it-Tribunal tal-Appelli, li huwa indipendenti mill-istess Awtorità. B'hekk din applikazzjoni ma ssemmietx fit-tieni parti tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1477.
Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li siġar tal-palm li jinqalgħu minn xi post partikulari jitħawlu mill-ġdid xi mkien ieħor? Kemm kien hemm siġar tal-palm li nqalgħu u tpoġġew post ieħor matul l-aħħar sitt xhur?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi d-Direttorat responsabbli għas-Saħħa tal-Pjanti ma jagħtiex permess li siġar tal-palm jinqalgħu u jitħawlu f’postijiet oħra.
Pitkalija — Bdiewa li jdaħħlu prodotti fil-Pitkalija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa (full/part-time) li huma reġistrati bħala persuni li jdaħħlu l-prodotti fil-Pitkalija, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Minn liema lokalitajiet, b'numri separati għal kull lokalità huma dawk li jdaħħlu l-prodotti fil-Pitkalija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li t-tweġiba diġà ngħattat għall-istess mistoqsija li kienet magħmula f’forma oħra. In-numru tat-tweġiba kienet 387.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' pitkala li huma liċenzjati li jaħdmu ta' pitkala, kemm f'Ta’ Qali kif ukoll f'postijiet oħra jekk hemm?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ pitkala li huma liċenzjati huwa ta’ 21, 18 minnhom huma pitkala privati u 3 minnhom huma pitkala tal-Koperattiva Ċentrali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-esperiment ta' farmers’ market f'Ta’ Qali jitwessa’ iktar? Kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed joperaw minn Ta' Qali preżentement?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ bdiewa li qed joperaw mill-Farmers’ Market f’Ta’ Qali hu dak ta’ 31.
Ninsab infurmat ukol illi hemm il-ħsieb li jinfetaħ
Farmers’ Market
ieħor in-naħa t’isfel ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' koperattivi tal-bdiewa/ sajjieda/ raħħala li huma rikonoxxuti mill-Ministeru? F'liema lokalitajiet huma reġistrati dawn il-koperattivi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa dak li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’.
Taħt id-Direttorat tal-Agrikoltura hemm 19 il-koperattiva u taħt id-Direttorat tal-
Fisheries Control
hemm 2.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma reġistrati bħala raħħala għat-tkabbir tal-majjal/produzzjoni tal-ħalib/tkabbir tat-tiġieġ, f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Minn liema lokalitajiet huma dawn il-persuni hekk reġistrati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa dak li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’.
F’Malta u Għawdex għandna total ta’ 147 produttur irreġistrat li jrabbi l-Majjali, 112 il-produttur irreġistrat li jrabbi t-tiġieġ, 119 il-produttur irreġistrat bħala produttur tal-ħalib mill-baqar u 1843 l-persuna irreġistrati għall-produzzjoni tal-ħalib minn-nagħaġ u mogħoż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 717 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm huma s-sajjieda reġistrati fuq kull wieħed mill-portijiet li hemm f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr Malta u n-Naxxar? Dawn huma sajjieda full-time jew part-time?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li risposta għal din il-Mistoqsija ingħatat fil-leġislatura preċedenti taħt in numru 10183.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 718 u jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux pjani speċifiċi, biex flimkien mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ibiddel il-policies dwar il-binjiet agrikoli?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li qed jitwaqqaf working group li fi żmien qasir u stabbilit sejjer jipproponi t-tibdil neċessarju tad-dokument “Agriculture, Farm Diversification and Stables”. Dokument approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f’Diċembru tal-2007.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 719, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm, u fejn kienu, applikazzjonijiet għall-kmamar tan-nar li ġew approvati jew rifjutati rispettivament matul l-aħħar 15-il xahar? Fejn jinsabu l-applikazzjonijiet li għalihom għad hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1477, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ġiet approvata applikazzjoni waħda għal żvilupp relatat ma' kmamar tan-nar li tinsab fil-lokalita tal-Imġarr waqt li ġew rifjutati tlett applikazzjonijiet, tnejn minnhom fl-istadju tal-ewwel deċiżjoni u waħda fl-appell. Dawn kienu fil-lokalitajiet tar-Rabat, Ħad-Dingli u fl-Għarb.
L-istess Awtorità għandha quddiemha erba' applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma' kmamar tan-nar. Tnejn jinsabu fil-lokalita` ta' Ħal Għaxaq, waħda fiż-Żurrieq u oħra fl-Għarb.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet li fil-proposta tal-iżvilupp għandhom xi waħda mill-kliem segwenti:-
• Nar
• Fire
• Pyrotechnics
San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - servizzi tal-ilma u drenaġġ
Question
Billi fid-domanda għall-mistoqsija parlamentari 761, jien staqsejt dwar servizzi tal-ilma u drenaġġ fi Triq il-Port Ruman, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, u minflok ingħatajt risposta dwar cables tal-high tension, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fid-domanda originali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi triq imsemmija fejn hemm it-tarmac il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha s-servizzi tal-ilma u tad-drenagg mgħoddija.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1034 dwar siġar li nqalgħu jew inqatgħu mil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm permessi mogħtija biex inqatgħu/jinqalgħu żewġ siġriet li kien hemm quddiem il-knisja tal-Karmnu, fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar? Fejn tpoġġew dawn is-siġriet li nqatgħu/nqalgħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li sakemm is-siġar ma jkunux protetti kif spjegat taħt it-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 388, ma jinżammx l-ebda rekord. Għaldaqstant nirreferi lil Onor. Interpellant biex il-mistoqsija mil-ġdid issir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul dawn l-aħħar erba’ xhur (matul l-2013) kienx hemm rapporti ġodda ta' siġar tal-palm li ġew maqtugħa minħabba l-bumunqar aħmar?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar 4 xhur, nqalgħu total ta' 248 siġra tal-palm infettati mill-bumunqar l-aħmar. Il-qtugħ isir wara spezzjonijiet li jkunu saru, li jirriżultaw kemm minn rapporti li jidħlu lid-Dipartiment kif ukoll wara spezzjonijiet bħala parti mis-sorveljanza għall-kontroll ta' dan l-insett.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali żammew il-laqgħa tal-lokalità tagħhom għal din is-sena? Liema kunsilli, għalkemm għadhom ma żammewx din il-laqgħa għandhom id-data tagħhom iffissata? X'suppost tkun l-aġenda ta' tali laqgħat għal-lokalità u kif tinfirex l-informazzjoni dwar tali laqgħat fost ir-residenti? F'liema ġurnali hemm l-avviżi dwar il-laqgħat fejn dawn il-laqgħat diġà nżammu?
Response (VELLA, KARMENU)
Waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għat-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari li tajt diġà, qed inpoġġi l-bqija tal-informazzjoni mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.