Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li qed jagħtu xi forma ta' servizz lil kull wieħed mill-kunsilli lokali tad-9 u t-12-il distrett elettorali, kemm fl-uffiċċju kif ukoll barra mill-uffiċċju?
Response (VELLA, KARMENU)
L-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza li l-Kunsilli Lokali huma fornuti b’varjetà sħiħa ta’ servizzi differenti minn bosta persuni. Għaldaqstant ikun aħjar jekk jispeċifika aħjar x’tip ta’ servizzi qiegħed jirreferi għalihom.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'tip ta' spezzjonijiet isiru mill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), jew xi awtorità oħra għal dak li jikkonċerna użu ta' liftijiet, kemm jekk dawn huma fil-privat kif ukoll jekk jinsabu f'postijiet pubbliċi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-divizjoni tar-Regolamenti Tekniċi tal-MCCAA tagħmel spezzjonijiet skond il-Programm Nazzjonali taqs-Sorveljanza tas-Suq fuq lifts. Is-Sorveljanza issir kemm fuq lifts installati f’postijiet privati kif ukoll dawk fi stabilimenti pubbliċi u / jew kummerċjali. L-ispezzjonijiet jirrigwardjaw tfittxija fuq il-lift jekk għandux is- CE mark flimkien man-numru tan-Notified Body li huma mandatorji skond il-liġi li jitwaħħlu f’post fejn jidher fil-kabina, għall-lifts kollha li ġew installati wara l-1 ta’ Lulju 2002.
Issiru ukoll verifikazzjonijiet biex jigi stabbilit jekk il-lifts humiex reġistrati, haġa li hija mandatorja għall-lifts kollha li hawn f’Malta irrispettivament mid-data tal-instalazzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi reġistru partikulari li fih irid jinkiteb min, skont il-liġi, se jkun jista’ jibbenefika mill-proċess tal-IVF b’xejn iktar 'il quddiem? Jekk iva, kif jista’ jagħmel tali applikazzjoni min hu intitolat għal dan il-proċess? Jekk le, x’inhi l-proċedura li se tiġi użata għal dan l-iskop?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa qed jinħoloq eligibility criteria għal min ikun intitolat biex jibbenika mill-proċess tal-IVF b’xejn. Dan se jkun ibbażżat fuq il-liġi tal-Embryo Protection Act 2012 kif ukoll NICE guidelines li ġie addatati għas-sitwazzjoni ta’ Malta.
Mill-informazzjoni tal-
Infertily Clinic
d-domanda ta’minn hu eleġibli għal dan, tista tiġi kalkulata bħala ipotesi.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jirreġistraw li ġew attached (jew sekondati) mal-kunsilli lokali, lokalità b’lokalità? Jista’ jagħti tagħrif dwar f’liema kunsilli lokali, lokal b’lokal marru dawn il-ħaddiema u kemm kienu f’kull każ? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm impjegati tal-Gvern li ġew sekondati mal-kunsilli lokali matul l-aħħar sitt xhur? Jekk iva, kemm kienu u fejn intbagħtu, lokal b’lokal?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 193 persuna li qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-ETC, u li ġew assenjati xi xogħol ma’ Kunsilli Lokali. Qed inpoġġi d-dettalji miltuba fuq il-Mejda tal-Kamra. Intant infurmat ukoll li matul dawn l-aħħar sitt xhur, mill-ewwel (1) ta’ Jannar 2013 sallum, ma kienx hemm ufficcjali pubbliċi li kienu deployed ma’ Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’deċiżjonijiet ittieħdu jew qed jiġu kkunsidrati minn Transport Malta dwar stallazzjoni ta’ speed cameras? Kemm talbiet pendenti għal speed cameras u fejn? Meta u fejn hu mistenni li jitwaħħlu speed cameras fit-toroq arterjali u distributorji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed issir analiżi sabiex tittieħed l-aħjar deċiżjoni fit-twaħħil ta’ speed cameras. L-applikazzjonijiet għal speed cameras li ġew sottomessi għall-evalwazzjoni ta’ Transport Malta mill-kumitati reġjonali huma:
North Regional Committee: Triq is-Salini, Naxxar (triq arterjali)
South Regional Committee: Triq Għar Dalam, Birżebbuġia (triq distributorja)
South-East Regional Committee: Triq Wied il-Għajn, Żabbar (triq distributorja)
Triq Anton Buttigieg, Żejtun (triq lokali)
Triq Sant’Anna, Floriana (triq arterjali)
Gozo Regional Committee: Triq il-Papa Ġwanni Pawlu II, Victoria (triq arterjali)
Triq l-Imġarr, Għajnsielem (triq arterjali)
Il-Qawra – rapporti ta’ sewqan b’veloċità għolja u storbju żejjed
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport kien hemm fl-għassa tal-Qawra dwar sewqan b’veloċità għolja jew storbju żejjed fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, kull xahar, matul l-aħħar 12-il xahar?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mir-rekords disponibbli, jirriżulta li bejn Gunju tas-sena l-oħra sal-lum, il-pulizija kellha erba rapporti dwar sewqan eċċessiv fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn kollha kienu mill-istess persuna u saru wieħed f’Jannar, ieħor fi-Frar, ieħor f’April u ieħor f’Mejju ta’ din is-sena.
Billi l-Ministru jidher li għamel xi referenzi dwar l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar u dwar il-fatt li l-iskola ma tistax tibqa’ tiġi mkabbra, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx pjanijiet li l-iskola preżenti tingħalaq u li tinbena skola oħra? Jekk hemm pjanijiet simili, jista’ jagħti tagħrif dwar dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qiegħda tikkonsulta rigward binja oħra ta' skola viċin San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet saru fuq il-mollijiet u l-iskalli li jinsabu fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet saru mid-dipartiment responsabbli, kemm minnhom saru minn ħaddieħor, iżda tħallsu mid-dipartiment, u kemm minnhom għalkemm la saru u lanqas tħallsu mid-dipartiment, fil-fatt ġew approvati biex ikunu jistgħu jsiru u jitħallsu minn postijiet oħra? Kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet konċernati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ġew installati żewġ pillars għas-servizzi ta’ dawl u ilma fuq il-breakwater tal-Veċċa, fuq inizjattiva privata, liema servizzi huma wkoll aċċessibli għas-sajjieda tal-lokal. Ninsab infurmat ukoll li għad trid isir verifika tax-xogħlijiet li saru u tal-ispiża finali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux qed jintalbu xi ċertifikati fitosanitarji partikulari meta jidħlu pjanti jew siġar fis-suq lokali, kemm jekk dawn il-pjanti jkunu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll jekk ikunu ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 1714. Ninsab infurmat ukoll li ċ-ċertifikati li titlob Malta huma fl-istess livell bħal dawk li titlob l-Unjoni Ewropea u għalhekk m’ hemm l-ebda talba speċifika għal pajjiżna biss. Is-siġar u pjanti li jiġu minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u li huma rregolati taħt il-liġijiet relattivi, għandhom ikunu akkompanjati mill-passaporti tal-pjanti flok ċertifikati fitosanitarji.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema laqgħat kienet rappreżentata Malta, għal dak li jirrigwarda l-biedja u s-sajd, mill-10 ta' Marzu sal-lum? Liema minn dawn il-laqgħat kienu fuq il-livell politiku? Liema politiċi attendew, u x'interventi wettqu waqt dawn l-istess laqgħat? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskorsi li sar mill-politiċi, f'dawn il-laqgħat?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni kollha mitluba tinstab fuq il-website tal-Kunsill tal-Ministri. Ninsab infurmat li s-Segretarju Parlamentari attenda għall-laqgħat kollha mhux kif kien issir fil-leġislatura li għaddiet.
(Ara dokuemtn Nru 918 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru 49 nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju 2013)
San Pawl il-Baħar – xogħlijiet fuq ġonna/spazji pubbliċi
Question
B'referenza għax-xogħlijiet elenkati fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2626, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-lista ta' postijiet indikati hemmx inħawi li mhumiex tal-Gvern, inkella li qegħdin għand il-privat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn huma kollha postijiet pubbliċi u għalhekk huma tal-gvern.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li t-tibdil fl-iskedi tat-trasport kif ukoll ir-rotot tal-istess servizz kif mibdula, jidħlu fis-seħħ qabel is-sajf 2013, jew wara s-sajf?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskeda tas-Sajf tal-karozzi tal-linja tal-Arriva tidħol fis-seħħ il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2013.L-iskedi inħadmu fuq numru ta’ xhur biex jiżguraw servizz imtejjeb u għall-ħtigijiet differenti tal-passiġieri tul ix-xhur tas-Sajf.L-iskeda tas-Sajf tinkludi wkoll numru ta’ servizzi ġodda lejn destinazzjonijiet popolari fis-Sajf, rotot lejn ix-xtajtiet kif ukoll titjib fil-kollegament mal-vapur ta’ Għawdex fost oħrajn.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontrolli jsiru mill-Ministeru, sew jekk direttament mill-Ministeru, kif ukoll jekk isiru minn xi dipartiment li jaqa’ taħtu, għal dawk li huma kontrolli fuq pestiċidi, erbiċidi u bexx ieħor li jidħol fis-suq lokali?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tweġiba għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2327, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu s-suġġerimenti/proposti li saru kemm mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kif ukoll minn dak ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta saru s-suġġerimenti msemmija u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess suġġerimenti?
Response (MIZZI, JOE)
Il-laqgħat mal-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl-il Baħar saru fit-28 ta’ Marzu li għadda.
Dwar it-trasport pubbliku, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ressaq ilmenti, fost oħrajn, dwar l-użu ta’
bendy
buses
li qed jikkawżaw konġestjoni, dwar il-ħtieġa ta’ aktar traġitti, dwar l-inkonvenjenzi li qed ibatu minnhom ir-residenti li jgħixu qrib il-bus interchange u l-ħtieġa li jkun hemm servizz aħjar fil-qalba tal-Mellieħa.
Il-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar ressaq is-suġġeriment li jkun hemm riforma fir-rotot, li jkun hemm rotta diretta mill-Qawra għall-Belt, lejn Golden Bay, lejn ir-Rabat, lejn iċ-Ċirkewwa u lejn Tas-Sliema. Issuġerixxa wkoll li tinħoloq rotta ġdida li sservi lix-Xemxija, l-Imbordin, San Martin, il-Wardija, il-Bidnija, Burmarrad, Buġibba, Qawra u San Pawl.
Issuġerixxa wkoll rotot oħrajn li jibdew jgħaddu minn Triq il-Korp tal-Pijunieri
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-bini ta’ parking areas fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Meta saru dawn l-applikazzjonijiet u għal liema nħawi ta’ San Pawl il-Baħar huma dawn l-applikazzjonijiet? Kemm hu maħsub li jkun hemm spazji f’dawk il-parking areas? Hemm parking areas oħra li għalkemm għandhom il-permess ta’ bini għadhom ma sarux f’San Pawl il-Baħar, u meta ħarġu l-permessi neċessarji?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każijiet fejn persuni nqabdu jistadu fil-portijiet tagħna fejn dan mhux permissibbli li jsir? Liema huma l-postijiet li fihom mhux permess li jsir is-sajd u f’liema xhur tas-sena dan is-sajd mhux permess? Jekk kien hemm każijiet f’Malta jew Għawdex li persuni nqabdu jistadu fejn ma kienx permissibbli, x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ dawn il-persuni?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kif stipulat f’Artikoli 11, 12, 16, 17, 21, 23, 24, 25 u 36 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 425.01 “Regolamenti dwar is-Sajd”, is-sajd huwa projbit:
i. Fejn hemm żbokk tad-drenaġġ;
ii. Fid-daħliet tat-Tarzna jew wara l-Isla;
iii. Il-ġewwa mill-marki permezz ta’ plieri fil-bajjiet u daħliet, bl-użu tat-tartarun u/jew it-terrieħa, u/jew nasses;
iv. Kull fejn il-baħar ikun imqanqal u jsir sajd permezz ta’ l-użu tat-tartarun;
v. Bl-użu bit-terrieħa u n-nasses fil-bajjiet u portijiet, fejn il-malji jkunu anqas minn 25.5 millimetru kwadru;
vi. Minn sajd permezz ta’ l-użu ta’ pariti u/jew għeżula fil-Port il-Kbir u fil-Port ta’ Marsamxett;
vii. Fil-perjodu ta’ bejn il-15 ta’ Frar u l-15 ta’ Lulju ma jistax isir sajd permezz ta’ l-użu ta’ pariti u/jew għeżula fil-postijiet fejn l-użu tat-tartarun huwa projbit.
viii. Bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Jannar permezz tal-gangmu jew f’postijiet fejn it-tartarun huwa projbit.
Ninsab infurmat ukoll li kien hemm każijiet fejn ittieħdu passi kontra persuni li nqabdu jistadu fejn ma kienx permissibbli u skont il-gravita’ tal-każijiet partikolari ingħataw twissijiet u/jew penalitijiet amministrattivi u/jew passi bil-Qorti. Kien hemm każijiet fejn saret konfiska tal-irkapti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2629, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex tneħħew il-pulizija minn max-xatba tal-pitkalija? Meta tneħħew, u meta hu mistenni li jerġgħu jiġu ngaġġati pulizija biex ikunu xogħol fil-pitkalija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-preżenza tal-pulizija tneħħiet minn max-xatba tal-pitkalija nhar l-Erbgħa 15 ta’ Mejju 2013. Ninsab infurmat ukoll li l-pulizija ser jerġgħu jkunu preżenti f’qasir zmien.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jew xi dipartimenti li jaqa' taħtu kien responsabbli biex tiġi ordnata l-qatla furzata ta' annimali li jitrabbew jew għal skop ta' tkabbir ta' laħam, produzzjoni ta' ħalib jew għal xi raġuni oħra? Kemm kien in-numru ta' bhejjem li nqatlu u f'liema lokalità kienu qed jinżammu l-annimali li ġew ordnati li jinqatlu? X'kienet ir-raġuni li għaliha ġiet ordnata din il-qatla jekk hu l-każ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sabiex tiġi ndirizzata l-mistoqsija jinħtieġ li jinfurmani għal-liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux maħsub li mas-siġar (tipi tagħhom) li diġà qed jinbiegħu mill-Gvern għall-produzzjoni tal-frott, kemm lill-bdiewa, kif ukoll lill-persuni oħra, jiżdiedu ukoll tipi oħra ta' siġar, biex ikomplu jiżdiedu t-tipi l-oħra ta' frott li jkunu qed jitkabbru f'Malta?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li peress li l-għażla u l-firxa wiesa ta’ tipi ta’ siġar li qed jinbiegħu fil-mixtla qed jissodisfaw l-ħtiġijiet tal-bdiewa kif ukoll ta’ persuni oħra li huma interessati fit-tkabbir tas-siġar tal-frott, m’hemmx il-ħsieb li jiżdiedu tipi oħra għall-bejgħ.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ kaxxi li qed jintużaw bħalissa fil-pitkalija f’Ta’ Qali? Kemm minn dawn il-kaxxi huma mill-kbar u kemm miż-żgħar? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta tpoġġew fis-suq l-aħħar kaxxi ġodda li jintużaw mill-bdiewa għall-prodotti tagħhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-medja ta’ kaxxi li jidħlu f’ġimgħa il-pitkalija hi ta’ bejn 70,000 u 100,000 kaxxa. Minn dawn 70% huma kbar. Ninsab infurmat ukoll li l-aħħar darba li tpoġġew fis-suq kaxxi ġodda kien fl-2012.