Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm sleeping policemen huma approvati minn Transport Malta fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar u liema huma? Meta ġew approvati dawn ir-road humps?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li skont ir-records ta’ Transport Malta, sa mis-sena 1996, irriżulta li kien hemm ħames road humps approvati fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar, hekk kif indikat:
Data tal-Approvazzjoni
Isem tat-Triq
Lokalità
12/08/2010
Triq il-Knisja
San Pawl il-Baħar
06/10/2010
Triq il-Ġifen
San Pawl il-Baħar
06/10/2010
Triq il-Parroċċa
San Pawl il-Baħar
16/12/2010
Triq il-Ġebel Għazzara
San Pawl il-Baħar
28/03/2011
Triq Manuel Bonnici
San Pawl il-Baħar
Bord tal-Appelli — kundizzjonijiet li jorbtu lill-Memebri
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-membri tal-Bord tal-Appelli ġdid humiex marbuta bl-istess kundizzjonijiet li huma marbuta l-membri li jiffurmaw il-Bord tal-Appelli preżenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Għall-mistoqsija tal-Onorevoli interpellant, mhux ċar x'inhuma l-kundizzjonijiet li qed isir referenza għalihom, pero filwaqt li t-tlett membri tat-Tribunal preżenti huma appuntati għal erbgħa snin fuq bażi 'full time', it-tlett membri tat-Tribunal il-ġdid huma wkoll appuntati għal erbgħa snin, pero il-membru appuntat bħala Chairperson biss huwa fuq bażi 'full time', filwaqt li ż-żewg membri l-oħra huma fuq bażi 'part-time'.
Il-kundizzjonijiet ta' xogħol taċ-chairperson tat-Tribunal il-ġdid hu differenti minn dak taċ- chairperson preżenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3177, fejn intqal kemm hu n-numru ta’ kaxxi ġodda li tpoġġew fis-suq matul l-2012, u kemm se jinxtraw kaxxi ġodda, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bżonn ta’ kaxxi biex jiġu użati mill-bdiewa għal ġarr ta’ prodotti agrikoli fil-Pitkalija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li skont dak li jiġi ddikjarat mill-pitkala, bdiewa u xerrejja, jintużaw madwar 50,000 kaxxa fil-ġimgħa ġol-pitkalija. Tajjeb li wieħed jgħid li din il-figura tista titla jew tinżel skont l-istaġun u skont l-abbundanza jew nuqqas ta’ produzzjoni staġjonali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ kaxxi li ġew dikjarati li ma jistgħux jibqgħu jintużaw, peress li tkissru, jew għal xi raġuni oħra matul l-2012 u 2013 s’issa?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul l-2012 u 2013 s’issa, kien hemm madwar 15,000 kaxxa u 8,500 kaxxa rispettivament li ġew ddikjarati li ma jistgħux jibqgħu jintużaw, peress li tkissru jew għal xi raġuni oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul l-aħħar snin kienx hemm żieda fit-twelid ta' trabi tas-sess maskil meta mqabbel mas-sess feminil? Jista' jagħti tagħrif dwar x'kien in-numru ta' tfal reġistrati f'Malta u f'Għawdex, matul l-aħħar għaxar snin? Kemm minnhom, kull sena, kienu subien u kemm minnhom kienu bniet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar snin ma jidhrix li kien hemm xi żieda notevoli f'dak li jikkonċerna ir- reġistrazzjoni tat-twelid ta' trabi ta' sess maskil meta mqabbel mas-sess feminil.
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jara t-tabella hawn taħt rigward in-numru ta’ tfal reġistrati f'Malta u f'Għawdex matul l-aħħar għaxar snin.
Sena
Subien (Malta)
Subien (Għawdex)
Bniet (Malta)
Bniet (Għawdex)
Total
2003
2294
151
2339
172
4956
2004
2250
145
2123
133
4651
2005
2175
145
2040
149
4509
2006
2216
144
1964
132
4456
2007
2249
155
2056
127
4587
2008
2319
173
2173
142
4807
2009
2307
117
2121
125
4670
2010
2166
153
2051
138
4508
2011
2667
138
2624
142
5571
2012
3133
154
3021
120
6428
(Ara dokuemtn Nru 921 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru 49 nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju 2013)
San Pawl il-Baħar — Stallazzjoni ta’ Speed Cameras
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2968, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'ġara mit-talba/approvazzjoni li kien hemm għal speed cameras fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar wara li dik li kienet twaħħlet inħarqet u wara ma ġietx sostitwita?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li f’Ottubru 2012, proċeduri ġodda ġew stabbiliti fejn jirrigwarda applikazzjonijiet għal speed cameras. Dawn il-proċeduri jinkludu kriterji ġodda, fejn kull applikazzjoni għal speed cameras, inkluż dawk eżistenti, kellha tibda tiġi sottomessa mill-kumitati reġjonali u mhux mill-kunsilli lokali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2966, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux diġà xi reġistru li fih hemm imiżżla dawk li għandhom bżonn l-IVF? Minbarra hekk, jista' jagħti tagħrif dwar lejn liema ċifra ta' persuni intitolati twassal l-ipotesi msemmija fir-risposta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju bikri m’hemmx reġistru formali li fih qed jitniżżlu dawk il-pazjenti li għandhom bżonn l-IVF. Dan huwa parti mill-proċess tal-ippjanar li bħalissa qed jiġi mħaddan mill-Ministeru tas-Saħħa. Din l-informazzjoni ser tibda tiġi miġbura meta naslu fi stadju iżjed avvanzat għall-introduzzjoni ta’ dan is-servizz. Il-bażi fejn se tibda tinġabar din l-informazzjoni se tkun fid-Dipartiment tal-Obstetrija u Ġinekoloġija fil-Fertility, Gynaecology, Endocrinology Outpatients and Assisted Conception Service.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3017, filwaqt li nikkonferma li xtaqt l-informazzjoni għal kull tip ta' servizz, jista' l-Ministru jagħti tagħrif għal dawk li huma servizzi ta' xogħol b'direct order u xogħol ieħor li qed isir minn ħaddiema li qed jingħataw kuntratti temporanji jew li għalkemm qed jirreġistraw għax-xogħol qed jiġu attached mal-kunsilli lokali kunsill kunsill għal dak li jirrigwardja d-9 u t-12-il distrett?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali rispettivi permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibda jiffunzjona dan is-sajf il-water park f'Buġibba? X'wassal biex dan is-sajf l-istess park għadu ma bediex jopera? Kemm attendew tfal f'dan il-park matul is-sena li għaddiet? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li kemm il-ħin kif ukoll il-perjodu tal-ftuħ ta' dan il-park hux mistenni jiġu estiżi din is-sena?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl – tneħħija ta’ arbli tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arbli tad-dawl li huma mwaħħla fuq in-naħa tal-bankina fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, bejn il-Veċċja u r-roundabout tax-Xemxija jinqalgħu minn fejn qegħdin bħalissa minħabba l-inkonvenjent li qed jinħoloq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-arbli li qed jirreferi għalihom qegħdin quddiem Helopolis Court, Triq San Pawl. Biex dawn l-arbli jitneħħew irid isir culvert jew inkella jiġu stallati brackets mal-faċċati tar-residenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx skejjel tal-Gvern fit-12-il distrett li għandhom permessi biex ikunu jistgħu jorganizzaw attivitajiet li minnhom ikollhom qliegħ finanzjarju? Jekk iva liema huma dawn l-iskejjel u x'attivitajiet organizzaw matul dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux pjanijiet partikolari biex jiżdiedu l-polikliniċi f'irħula oħra madwar Malta? Jekk iva, fejn hu mistenni li jinbnew dawn il-kliniċi? Kif se jiġu ffinanzjati tali polikliniċi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li Gvern ser isaħħaħ il-kura primarja biex jassigura servizz eċċellenti u fil-pront lil min għandu bżonnu, bil-għan li s-serviżż tas-saħħa jkun eqreb il-komunitajiet. B’hekk titnaqqas il-pressjoni fuq l-istituzzjonijiet tal-kura sekondarja u terzjarja.
Tħejjijiet qed isiru mal-awtoritajiet konċernati, biex fil-futur qarib issir talba formali lil istituzjonijiet Europej, biex dawn l-inizzjattivi jiġu ffinazzjati minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropeja.
Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar jekk preżentament hemmx karozzi tal-linja li mill-Qawra jmorru direttament lejn Tas-Sliema, lejn Golden Bay u lejn l-Għadira peress li skont risposta parlamentari 3019 qiegħed jingħad li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar qed jitlob għal dawn ir-rotot?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Qawra hemm servizz ta’ trasport dirett lejn diversi lokalitajiet hekk kif ġej:
a) Rotta 12 li mill-Qawra tmur tas-Sliema fi triqitha lejn il-Belt Valletta;
b) Rotta 221 li mill-Qawra tgħaddi minn ġewwa l-Għadira fi triqitha lejn iċ-Ċirkewwa li l-frekwenza tagħha tiżdied matul ix-xhur tas-Sajf;
ċ) Rotta 223 li hija rotta diretta mill-Qawra lejn Għajn Tuffieħa. Fix-xhur tas-sajf jiżdiedu in-numru ta’ vjaġġi fuq din ir-rotta.
Dawn ir-rotot jibdew il-vjaġġi tagħhom mill-venda ta’ Buġibba.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' appartamenti li għadhom proprjetà tal-Gvern li huma mikrija lil terzi persuni? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-istess appartamenti, lokal lokal?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, skont l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) in-numru ta' ħaddiema barranin li għandhom il-permess li jaħdmu f'pajjiżna? Minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) għandha bħalissa 6,575 liċenzja tax-xogħol maħruġa għall-ħaddiema barranin. L-istatistika mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni tinkludi persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta, detenturi ta' protezzjoni umanitarja temporanja jew protezzjoni sussidjarja u refuġjati, kif ukoll ċittadini tal-Bulgarija u r-Rumanija minħabba l-arranġamenti transitorji li għadhom japplikaw għal dawn iż-żewġ Stati Membri tal-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, kull xahar ġiet imsejħa ambulanza biex iġġorr pazjenti, b'urġenza, mil-lokalitajiet, individwalment, li jinsabu fit-12-il distrett kull xahar din is-sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm okkażjonijiet li fihom, kull xahar matul din is-sena, kienu msejħa ambulanzi biex jintervjenu f'inċidenti tat-traffiku, f'kull lokalità, indipendenti waħda mill-oħra, tat-12-il distrett?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat lid-Dipartiment tal-Emerġenza ma jżommx l-istatistika mitluba, jiġifieri kemm kienu msejħa ambulanzi biex jintervjenu f'inċidenti tat-traffiku, f'kull lokalità, indipendenti waħda mill-oħra, tat-12-il distrett.
Id-dipartiment jiġbor in-numru kollettiv fl-aħħar tas-sena u għal Malta kollha. In-numru s’issa għal din is-sena għadu mhux miġbur. Is-sena l-oħra kien hemm 973 sejħa għall-inċidenti tat-traffiku.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jerġa’ jibda jopera l-water park f'Buġibba? Jista' jagħti tagħrif dwar f'liema ħinijiet tal-ġurnata hu mistenni li jibda jkun miftuħ dan il-park, u f'liema perijodu se jkun hekk miftuħ?
Billi kien hemm dikjarazzjonijiet pubbliċi li setgħu jinfthiemu li se jkun hemm żieda fin-numru ta' karozzi tal-linja li se jkunu qed jintużaw mill-Arriva fuq ir-rotot pubbliċi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' karozzi li kellhom jintużaw skont il-ftehim mal-Gvern, kemm hu n-numru ta' karozzi li qed jintużaw bħalissa, u b'kemm hu mistenni li jiżdied in-numru ta' karozzi li se jkunu fuq ir-rotot?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li skont il-ftehim iffirmat nhar il-20 ta’ Novembru 2010 bejn Transport Malta, il-Gvern ta’ Malta u l-Operatur (Arriva Malta) in-numru ta’ karozzi li kellhom jintużaw ma kellux ikun anqas minn 264 u li żdied għal 285 karozza skont l-emenda fil-kuntratt li ġie ffirmat nhar is-26 t’April 2012.
Għalkemm ir-riforma fit-trasport pubbliku kienet meħtieġa, madanakollu inħolqu aspettattivi għoljin ħafna, saru ħafna żbalji u ir-riforma ġiet implimentata b’mod mgħaġġel wisq bil-konsegwenza li ir-riforma ma kienetx suċċess, tant li l-effetti negattivi għadhom jinħassu sal-lum.
Għalhekk qed isiru laqgħat ta’ kuljum ma’ rappreżentanti tal-operatur ewlieni, l-Arriva, sabiex isir titjib fis-servizz u fir-rotot.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2989, billi jirriżulta li l-lukanda in kwestjoni hi parti mill-assi ta’ kumpanija sussidjarja tal-Air Malta, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 2794 u ċjoè: jista’ jagħti tagħrif dwar jekk is-Selmun Palace Hotel irritornatx fuq il-kotba tad-Dipartiment tal-Artijiet inkella le, u jekk hemmx xi pjan partikolari biex dan l-ispazju mibni jiġi użat b’xi mod matul is-snin li ġejjin?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-lukanda Selmun Palace Hotel għadha fuq il-kotba tal-Air Malta. Il-pjan huwa li l-lukanda tinbiegħ.