Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5842 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – kunsill lokali — trażmissjoni ta’ laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li t-trażmissjoni tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar qiegħda verament issir, għaliex meta ppruvajt nisma’ l-laqgħa tat-23 ta' Ottubru ma rnexxilix nagħmel dan? Jista' jassigura li l-laqgħat qegħdin fil-fatt jiġu trażmessi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li t-trażmissjoni tal-laqgħat kellhom jieqfu wara li nqalgħu xi problemi tekniċi relatati mas-sound. Intant jien infurmat ukoll li għaddej dak kollu li hu meħtieġ sabiex tinstab il-problema u l-aħjar soluzzjoni għaliha. L-Onor. Interpellant jifhem u jappreza li tali problemi tekniċi jistgħu jinqalgħu f’kull mezz ta’ komunikazzjoni u teknoloġija u għaldaqstant jifhem wkoll li ħadd, la l-Kunsill Lokali u wisq anqas il-Ministeru, is-Segretarjat Parlamentari jew id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, ma jista’ jkollu xi forma ta’ kontrol fuq il-problemi tekniċi li jistgħu jinqalgħu.

Biċċerija – veterinarji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jagħtu s-servizz ta’ veterinarji fil-biċċerija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li normalment ikun hemm minn tnejn sa tliet veterinarji li jagħtu servizz fil-biċċerija tal-Marsa u x-Xewkija.

Biċċerija tal-Gvern — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar investiment fil-biċċerija tal-Gvern fil-Marsa? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li għalih sar l-investiment? Kemm kienet in-nefqa li saret?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-aħħar xogħol li qed isir bħalissa fil-biċċerija huwa dak tal-bini ta’ faċilitajiet fejn ibiddlu u jieklu l-ħaddiema tal-biċċerija, għax sal-lum l-ħaddiema l-anqas biss kellhom dawn il-faċilitajiet bażiċi. Meta jitlesta dan ix-xogħol inkun nista’ ninforma l-Onor. Interpellant kemm kienet in-nefqa.

Bormla/Il-Birgu – tħawwil ta’ siġar fuq il-front

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, jew xi dipartiment li jaqa’ taħtu kienx ikkonsultat qabel ma tħawlu s-siġar fuq il-front, fl-inħawi ta’ Bormla/il-Birgu? Jekk iva, x’kienu r-rakkomandazzjonijiet li taw dawn id-dipartimenti?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li r-risposta hija fin-negattiv.

Bdiewa/raħħala – extension services

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ żjarat qed isiru minn uffiċjali tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu għal dak li jikkonċerna l-extension services li permezz tagħhom il-bdiewa/raħħala jkunu infurmati aħjar bl-aħħar żviluppi li jkunu qed iseħħu fl-oqsma tagħhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-extension services li għalihom qed jirreferi ġew xolti minn amministrazzjoni preċedenti fl-2007.

Tkabbir ta’ ħut fil-gaġeġ — regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru imponiex xi regolamenti ġodda għal dak li hu tkabbir tal-ħut fil-gaġeġ (fish farming) matul din is-sena? Jekk kien hemm impożizzjoni ta’ regolamenti ġodda, jista’ jagħti tagħrif dwar x’kienu dawn ir-regolamenti u meta daħlu fis-seħħ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li din is-sena daħlet fis-seħħ ir-Rakkmandazzjoni Nru. 12-03 tal-ICCAT, f’konformita’ mat-Trattati tal-Unjoni Ewropea li tirregola ż-żamma tal-Bluefin fil-gaġeġ.

12-il distrett elettorali — xogħlijiet fuq Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fit-12-il distrett elettorali li ġie deċiż li għandhom jiġu mogħtija t-tarmac għall-ewwel darba, matul is-sena li ġejja, issa li hu magħruf il-budget għas-sena d-dieħla?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li se jingħataw it-tarmac għall-ewwel darba matul is-sena li ġejja huma dawn: LOKALITÀ TRIQ L-Imġarr p/o Sant’Anna In-Naxxar Rixtellu In-Naxxar Milizzja In-Naxxar Inkwina San Pawl p/o Annetto Caruana

San Pawl il-Baħar – fun train

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta awtorizzatx bidliet partikulari għal dak li jikkonċerna r-rotta u l-pick up points li għandha l-fun train li taħdem fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, u dan wara li l-istess train bdiet taħdem? Jekk saru tali awtorizzazzjonijiet fuq dan, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-bidliet li ġew approvati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li minn meta bdiet titħaddem ir-rotta għall-ferroviji mingħajr binarji (trackless train route) f’San Pawl il-Baħar, Transport Malta din is-sena awtorizzat żewġ tibdiliet fuq din ir-rotta wara konsultazzjoni mall-Kunsill Lokali, hekk kif ġej: 1. Rilokazzjoni tal-post permanenti minn fejn tibda u titlaq ir-rotta (standing point) minn Dawret il-Gżejjer (ħdejn il-Moll) għal Triq it-Turisti; u 2. L-istallazzjoni ta’ post fejn jitilgħu u jinżlu l-passiġġieri (pick-up and drop-off point) f’Dawret il-Gżejjer (ħdejn McDonalds).

Transport Malta – permessi għall-bankini u toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk minn Jannar 2012 sal-lum, Transport Malta tatx xi permessi partikolari għal dak li jikkonċerna alignments ta’ bankini, jew konfigurazzjoni ta’ toroq fl-inħawi tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jekk ingħataw tali permessi, jista’ jagħti tagħrif dwar liema kienu dawn il-permessi u fejn jolqtu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permessi li nħarġu għal twessiegħ ta’ partijiet ta’ bankini f’San Pawl il-Baħar huma kif ġej: Data tat-talba Talba Isem tat-Triq / Dettalji 23/05/2013 Changes in footpath alignments Triq L-Erba Mwiezeb as part of Traffic Management Scheme 12/06/2013 Build-out Triq it-Turisti off c/w Triq Merluzz as part of plan by LC to implement a Zebra Crossing 29/08/2013 Build-out Dawret il-Qawra between Triq ir-Rizzi & Triq L-Arznell for Zebra Crossing 27/08/2013 Chamfer of build-out Triq ix-Xitwa c/w Triq San Xmun for chamfer of parking bays 15/07/2013 Build-out Triq it-Turisti as per of improvement of existing Zebra Crossing located at c/w Triq Ghawdex

San Pawl il-Baħar – permessi għall-bidliet fil-one ways

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tatx permessi partikolari għall-bidliet li jikkonċernaw id-direzzjonijiet tat-traffiku f’toroq fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar li saru jew permezz ta’ bidliet fil-one ways jew inkella minħabba permessi għal xogħol strutturali, matul l-aħħar 12-il xahar? Jekk tat tali permessi, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk wara li joħorġu l-permessi neċessarji, Transport Malta tagħmilx spezzjonijiet biex tara li x-xogħlijiet awtorizzati jkunu twettqu? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk fil-każ ta’ San Pawl il-Baħar sarux dawn l-ispezzjonijiet u jekk iva, x’irriżulta minnhom?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li Transport Malta approvat tliet toroq sabiex isiru f’direzzjoni waħda tat-traffiku. L-approvazzjonijiet jiġu implimentati mill-kunsilli lokali u dawn jiġu implimentati mill-istess kunsill bil-moniteraġġ tal-perit tal-kunsill. L-Awtorità ma ġiet mitluba fl-ebda każ biex tipprovdi xi għajnuna lill-kunsill u lill-perit tal-kunsill fil-fażi ta’ implimentazzjoni. Hija r-responsabbiltà tal-kunsill lokali u tal-perit tal-kunsill li l-implimentazzjoni ssir skont dak li jkun ġie approvat. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi diffikultà dwar xi miżuri li ġew implimentati mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar huwa mitlub jipprovdi dettalji ċari.

Traffic lights — spezzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5538, billi jirriżulta li hemm numru sostanzjali ta’ traffic/pelican lights li huma mifruxa madwar Malta kollha, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li dawn il-lights kollha fil-fatt qed jagħtu s-servizz ta’ kontroll tat-traffiku li għalihom kienu ddisinjati? Jista’ jagħti tagħrif dwar kull kemm żmien isiru spezzjonijiet ta’ rutina fuq dawn l-istess lights?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Trasport Malta tiċċekja traffic lights/pelican lights fil-junctions kull sitt xhur għal dak li jirrigwarda t-timings biex jiġi assigurat li dawn qed jagħtu s-servizz ta’ kontroll li għalihom kienu ddisinjati. Isiru wkoll spezzjonijiet ta’ rutina kull xahar mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fuq il-lights kollha ta’ Malta u Għawdex. Il-lights fit-toroq arterjali u distributorji jiġu wkoll iċċekjati minn Transport Malta kull ħmistax bħala parti mill-ispezzjonijiet li jsiru bil-lejl. Fl-aħħar ta’ min wiehed iżid li ħafna mit-tiswijiet isiru wara telefonati tal-pubbliku u kunsilli lokali li jkunu pronti jirraportaw il-ħsarat. Fil-ġimgħat li ġejjin Transport Malta ser tkun qegħda tippromwovi dawn l-inizjattivi tal-pubbliku bit-twaħħil ta’ numri tat-telephone u r-riferenza tal-arbli fuq l-l-istess arbli tal-imsemmija lights. Kif diġà ntqal pubblikament parti sostanzjali mis-sistema tat-traffic lights hija out dated u għalhekk qed jagħtu ħafna problemi. Din il-problema ilha tippersisti għal ħafna snin u għaldaqstant tlabt lit-tekniċi biex iħejju programm ta’ manutenzjoni u upgrading tas-sistema inġenerali.

Biċċeriji privati — Kontroll

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ kontroll qed isir mid-Dipartiment ikkonċernat fil-Ministeru biex jassigura li l-biċċeriji li jaħdmu fil-privat ikunu qed jaħdmu skont il-kriterji meħtieġa mis-sanità?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-biċċeriji li jaħdmu fil-privat jiġu spezzjonati biex jiġi żgurat li qegħdin iżommu ma’ l-istandards ta’ iġene, bio-sigurta’ u testjar tal-materja prima u prodotti skont ir-regolamenti imposti mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.
Leg 12 PQ #5804 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Lukandi li se jagħlqu għax-xitwa

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5371, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk minbarra l-lukandi li hemm imsemmija f'din il-lista tar-risposta, fil-fatt hemmx lukandi oħra li minflok avżaw li se jagħlqu għall-perijodu speċifiku, avżaw li se jagħlqu definittivament? Jekk iva, kemm kienu u liema kienu?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm żewġ lukandi fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar li avżaw lill-Awtoritá tat-Turiżmu li se jagħlqu għal perijodu indefinit. Dawn huma: Mediterranea Hotel u Topaz Hotel. Il-proprjetari tal-Lukanda Topaz, avżaw illi qegħdin iffittxu operaturi oħrajn sabiex possibiliment terġa’ tiftaħ f’Mejju li ġej.

Kont tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jinħadem il-ħlas tad-dawl, fil-parti tal-kont li jikkonċerna l-konsum, meta l-kontijiet jintbagħtu wara numru kbir ta' xhur, minflok kull xahrejn kif suppost li jiġri? Kif qed jiġi garantit li t-traħħis dovut skont in-numru ta' persuni fil-familja jasal għand l-istess familja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontijiet jiġu riveduti skont il-qari li jiġi rreġistrat fil-meters meta dawn jinqraw.

Burmarrad – triq prinċipali — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi ħadet Transport Malta jew il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, jew it-tnejn flimkien biex il-parti tat-triq prinċipali ta' Burmarrad, fl-inħawi tal-bidu tat-telgħa tal-Wardija, tiġi rranġata? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq tkun waħda ta' livell tajjeb, iktar u iktar meta wieħed iqis li din triq li minnha jgħaddu eluf ta' vetturi kuljum?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija hija fuq il-lista ta’ toroq li għandhom bżonn ta’ intervent .

San Pawl il-Baħar – talbiet għal zebra crossings

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5369, li qed tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3822, billi jirriżulta li hemm differenza bejn in-numri fir-risposta taż-żewġ domandi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx zebra crossings li t-talbiet għalihom għad iridu jiġu deċiżi skont il-kriterji ta' Transport Malta? Fejn jinsabu dawn it-talbiet li għad iridu jiġu deċiżi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames talbiet għal zebra crossings li għad iridu jiġu deċiżi minħabba li Transport Malta għadha qed tistenna informazzjoni addizzjonali mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn il-każijiet huma kif ġej:

San Pawl il-Baħar – approvazzjoni ta’ traffic/pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-traffic jew pelican lights li ġew approvati minn Transport Malta għal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, minn Marzu ta' din is-sena s’issa? Meta ġew approvati? F'liema partijiet ta' San Pawl il-Baħar jinsabu dawn l-istess lights li ġew approvati? Jista' jagħti tagħrif dwar fejn jinsabu l-lights li għalkemm ġew approvati għadhom ma twaħħlux fuq il-post?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika talbiet li Transport Malta rċeviet mill-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar huma għal zebra crossings u mhux għal traffic jew pelican lights. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirrreferi wkoll għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5812.

Ix-Xemxija u l-Mellieħa – proġett Ten T – konsultazzjonijiet

Question

Billi fil-ġurnali ta' kuljum qed jiġi rrapurtat li Transport Malta qed tagħti konsiderazzjoni għall-possibblità li bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa ssir it-triq li kienet imsemmija bħala parti mill-proġett tat-TEN T's, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema konsultazzjonijiet saru dwar dan il-proġett matul dawn l-aħħar tmien xhur? Jista' jagħti tagħrif dwar ma’ min saru dawn l-istess konsultazzjonijiet, meta nżammu, u min kien mistieden jattendi għal dawn il-laqgħat?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5641.

San Pawl il-Baħar – talbiet għal zebra crossings

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5369, jista' l-Ministru jgħid fejn huma ż-zebra crossings li ġew approvati u fejn qiegħda ż-zebra crossing li ma ġietx qpprovata?

Response (MIZZI, JOE)

No response available.