Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif jista' bniedem li jrid juża l-Whistleblower Act biex jagħmel rapport dwar allegazzjonijiet foloz li saru dwaru, jagħmel dan? F'każijiet fejn il-persuni involuti m'għadhomx iktar ħaddiema tal-Gvern, jew korpi parastatali, kif jista' jsir tali rapport u fejn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur jipprovdi għal proċeduri li bis-saħħa tagħhom impjegati jistgħu jiżvelaw informazzjoni dwar prattiċi mhux xierqa mill-prinċipali tagħhom jew minn impjegati oħra fl-impjieg tal-prinċipali tagħhom u biex jipproteġi impjegati illi jagħmlu dak l-iżvelar minn azzjoni ta’ detriment. L-artikolu 2 tal-imsemmi att jispeċifika li l-kelma impjegat tinkludi ukoll ‘kull persuna li kienet hemm qabel’. L-istess artikolu jagħti ukoll definizzjoni ta’ ‘prattiċi mhux xierqa’ li żvelar dwarhom minn impjegat huwa protett skond dan l-Att. Żvelar huwa protett jekk jissodisfa l-kriterji imsemmija fl-artikolu 9. L-iżvelar l-ewwel għandu jsir internament lil whistleblowing reporting officer tal-Ministeru kkonċernat skont is-sezzjoni 2 tal-Att. Żvelar estern huwa biss protett kif provdut fis-sezzjoni 3 tal-Att u għal dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni pubblika jista’ jsir lill-External Whistleblowing Disclosure Unit.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma t-totali ta' fondi, lokalità lokalità fil-UIF Fund? Kif inbidel dan l-ammont kull tmiem is-sena bejn l-2007 u l-2012, u kif inhu bħalissa l-ammont f'dan il-fond, f'kull każ lokalità lokalità f'Malta u f'Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien kull xahar l-ammont ta' applikazzjonijiet li daħlu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), matul l-2013? Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet, ukoll kull xahar, li ġew validati, matul din is-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B'riferenza ghall-mistoqsija parlamentari numru 6394, qed jitqgħedu fuq l-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda turi l-ammont ta' talbiet għal screening li rċeviet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, xahar b' xahar matul l-2013 waqt li t-tabella l-oħra turi l-ammont ta' applikazzjonijiet validati fl-istess perjodu maqsumin xahar b' xahar ukoll. Din l-informazzjoni ġiet migbura mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-ammont ta' fondi li għad fadal mhux imħallsa, sal-aħħar ta' Novembru 2013, kull vot skont l-iskemi li għalihom kienu vvotati l-fondi? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali li għandhom fondi approvati għal xi skema, iżda għadhom ma għamlux użu mill-fondi li hemm? F'kull każ liema huma l-fondi li għadhom ma ntużawx, kunsill kunsill?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li kif huwa jaf tajjeb, huma diversi l-fondi li għalihom il-Kunsilli Lokali jistgħu jkun potenzjalment benefiċċarji eliġġibli. Uħud mill-fondi huma ġestiti minn Awtoritajiet Maltin u oħrajn le. Għaldaqstant napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jispeċifika dwar liema sejħa w liema fond qed jirreferi.
Kunsilli tal-Ministri — nuqqas ta' delegazzjoni Maltija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-Kunsilli tal-Ministri li għalihom ma attendewx delegazzjonijiet Maltin minn Marzu 2013 sal-lum? X'kienu r-raġunijiet għal tali assenzi?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li Malta kienet dejjem rappreżentata f’kull Kunsill tal-Ministri li sar mill-11 ta’ Marzu sat-30 ta’ Novembru din is-sena.
Peress li kull darba li tagħmel ix-xita qed ikun hemm għadira kbira qrib l-area magħrufa bħala l-Qolla s-Safra, matul il-coast road, ħdejn il-Magħtab, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitnaddfu l-pajpijiet li hemm min-naħa għall-oħra tat-triq ħalli ma jibqax joqgħod ilma li qed joħloq periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn dawn l-inħawi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser isir ko-ordinament bejn id-Direttorat għat-Tindif u Transport Malta sabiex jiġi evalwat x’jista' jsir sabiex jitneħħa dan l-inkonvenjent.
Billi minn diversi domandi qed jirriżulta li qed isiru laqgħat hekk imsejħa informali, mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li għalihom ma jkunux mistiedna n-nies involuti, bħal-laqgħa li suppost saret riċentament għas-sajjieda, jista’ l-Ministru jassigura li laqgħat bħal dawn jiġu mgħarrfa bihom dawk li huma involuti, jew li jista’ jkollhom interess fis-suġġett partikolari?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li s-Sindku jikkonferma li kull laqgħa tkun mgħarrfa permezz ta’ avviż fuq in-notice boards li l-Kunsill Lokali għandu madwar il-lokalità waqt li jkunu wkoll infurmati l-entitajiet li jkunu konċernati. Intant l-informazzjoni tkun ukoll fil-websajt tal-istess Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm skemi tal-Unjoni Ewropea li minnhom gawdew il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? Meta saru l-applikazzjonijiet li minnhom gawdew dawn il-kunsilli lokali?
Response (VELLA, KARMENU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Kunsilli Lokali – skemi tal-unjoni Ewropea – applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-iskemi tal-Unjoni Ewropea li għad għandhom applikazzjonijiet pendenti għalihom il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? F’kull każ meta saru l-applikazzjonijiet?
Response (VELLA, KARMENU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
MEPA – policies dwar tall buildings — konsultazzjonijiet mal-kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’konsultazzjoni saret bejn il-kunsilli lokali u l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-policies dwar tall buildings li tħabbru f’dawn il-jiem?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
MEPA – policies dwar tall buildings — konsultazzjonijiet mal-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’konsultazzjoni għamlet l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-Kunsilli Lokali involuti għal dak li jirrigwardja l-policies dwar tall buildings li tħabbru f’dawn il-jiem? X’kienu r-reazzjonijiet tal-Kunsill Lokali involut f’dan il-proċess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-oġġettivi tal-policy ġew ippubblikati għall-konsultazzjoni f'Settembru għal ġimgħatejn u ma' kien hemm l-ebda reazzjoni minn xi kunsill lokali.
Id-draft tal-policy gie ppubblikat nhar it-Tnejn 24 ta' Novembru u fl-ewwel ġimgħa kien hemm talba għal aktar informazzjoni mill-kunsill ta' Marsascala u talba għal laqgħa mill-kunsill ta' Pembroke.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali tas-7, 11 u t-12-il distrett għandhom kuntratti ma' avukati u periti biex iwettqu xogħol għal dawn l-istess kunsilli lokali wieħed wieħed individwalment? Jista' jagħti tagħrif dwar liema minn dawn il-kunsilli lokali biddlu l-professjonisti tagħhom matul l-aħħar sena? F'kull każ mera sar it-tibdil? Jista' jagħti tagħrif dwar f'liema każijiet l-professjonijisti li kienu ngaġġati qabel għadhom iwettqu x-xogħol tagħhom mal-istess kunsilli li kienu joperaw fihom?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif war liema kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett għandhom magazine li jiġi ppubblikat b'ċertu regolarità? X'inhu l-isem tal-magazine u b'liema frekwenza jiġi ppubblikat? Jista' jagħti tagħrif dwar liema magazines hu mistenni li jiġu ppubblikati sal-aħħar tas-sena? Min intalab jikkontribwixxi għal pubblikazzjonijiet li ħarġu u minn min dawk li jiktbu regolarment mhux se jiġu mitluba permessi li jiktbu fil-pubblikazzjonijiet sal-aħħar tas-sena lokalità blokalità?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsilli lokali — xogħol infrastrutturali - kontijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm kontijiet pendenti għal xogħol infrastrutturali li sar mill-kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett elettorali bejn Jannar u Settembru 2013? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar liema xogħlijiet li saru fl-istess perijodu għad m'hemmx il-kont pendenti? X'inhu maħsub li tkun in-nefqa marbuta ma' dawn l-istess kontijiet pendenti?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant infurmat li l-informazzjoni għar-rigward tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar tingħata hekk kif il-Kunsill Lokali jipprovdi l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6168, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema Ministeri ħatru l-uffiċjali imsemmi fir-risposta u liema għadhom ma ħatrux l-istess uffiċjali? Jista' jagħti l-ismijiet ta' dawk li nħatru f'dawn il-karigi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija numru 5484.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6162 u jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali tas-7, 11 u t-12-il distrett għandhom kuntratti ma' avukati u periti biex iwettqu xogħol għal dawn l-istess kunsilli lokali wieħed wieħed individwalment? Jista' jagħti tagħrif dwar liema minn dawn il-kunsilli lokali biddlu l-professjonisti tagħhom matul l-aħħar sena? F'kull każ mera sar it-tibdil? Jista' jagħti tagħrif dwar f'liema każijiet l-professjonijisti li kienu ngaġġati qabel għadhom iwettqu x-xogħol tagħhom mal-istess kunsilli li kienu joperaw fihom?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6162.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6163 u jagħti tagħrif war liema kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett għandhom magazine li jiġi ppubblikat b'ċertu regolarità? X'inhu l-isem tal-magazine u b'liema frekwenza jiġi ppubblikat? Jista' jagħti tagħrif dwar liema magazines hu mistenni li jiġu ppubblikati sal-aħħar tas-sena? Min intalab jikkontribwixxi għal pubblikazzjonijiet li ħarġu u minn min dawk li jiktbu regolarment mhux se jiġu mitluba permessi li jiktbu fil-pubblikazzjonijiet sal-aħħar tas-sena lokalità blokalità?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6163.
Kunsilli lokali — xogħol infrastrutturali - kontijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6164 u jagħti tagħrif dwar kemm hemm kontijiet pendenti għal xogħol infrastrutturali li sar mill-kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett elettorali bejn Jannar u Settembru 2013? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar liema xogħlijiet li saru fl-istess perijodu għad m'hemmx il-kont pendenti? X'inhu maħsub li tkun in-nefqa marbuta ma' dawn l-istess kontijiet pendenti?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6164.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex l-iskema ta' twaqqif ta' operazzjoni tas-sajd, Skema 4, li għalqet fit-22 ta' Novembru ma tkomplietx? Kemm kien hemm persuni li sa dakinhar tal-għeluq kienu applikaw għal din l-iskema? Minn fejn huma? Għal-liema raġuni issa l-iskema ttawlet bi ftit jiem, u għaliex dawk li kienu applikaw ingħad lilhom li m'għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw? X'inbidel mill-ewwel għat-tieni sejħa?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kif anki tħabbar fl-istqarrija maħruġa mill-Korp Intermedjarju għall-Fondi Ewropej tas-Sajd, is-sejħa ġiet irtirata wara li kien innutat li setgħet inħolqot inċertezza minħabba diskrepanza fit-test bejn Kapitlu 1, Sezzjoni 1.1.1, Sezzjoni 1.3.10 u Kapitlu 2 Sezzjoni 1 tal-linjigwida, minħabba liema inċertezza xi sajjieda setgħu ma applikawx. Għal raġunijiet ta’ ekwita u trasparenza, il-linjigwida ġew emendati billi s-sezzjonijiet rilevanti ġew allinejati u ppubblikati mill-ġdid u reġa’ ngħata ċans lil dawk interessati biex jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom. Minbarra għal dan l-allineament, iż-żewġ sejħiet huma identiċi.
Ninsab infurmat ukoll li kif imfisser fl-istess stqarrija, minħabba li l-bidla kienet waħda ta’ forma u mhux ta’ sustanza, bil-għan li ma jinħoloqx inkonvenjent lil dawk li tefgħu l-applikazzjoni tagħhhom skont is-sejħa maħruġa fl-14 ta’ Novembru 2013 (u li ngħalqet fit-22 ta’ Novembru 2013), l-applikazzjonijiet mitfugħa taħt dik il-ħarġa qed jitqiesu ipso facto bħala mitfugħa mill-ġdid taħt din il-ħarġa.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni skont l-iskema ippubblikata fl-14 ta’ Novembru bl-applikanti minn lokalitajiet differenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Malta kenitx rappreżentata fil-laqgħat tal-5+5, fis-settur agrikolu? Meta saru u fejn saru l-aħħar żewġ laqgħat tal-5+5? Min attenda f'isem Malta għal dawn il-laqgħat?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li saret laqgħa waħda biss tal-5+5 fis-settur agrikolu li nżammet fl-Algiers, Alġerija fis-27 ta’ Novembru 2013 u li għalija attenda s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Roderick Galdes akkumpanjat minn delegazzjoni.