Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ liċenzji kummerċjali li hemm reġistrati f’kull waħda mill-lokalitajiet tat-12-il distrett Elettorali? Jista’ jaqsam dan in-numru ta’ liċenzji skont il-ġeneru tan-negozju li hu liċenzjat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol li qed isir fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar? X'inhu l-iskop li għalih qed isir l-istess xogħol? X'xogħol ieħor hu mistenni li jsir fl-istess triq? Xi stima ta' nefqa hemm għal dan l-istess xogħol u għal dak li hemm ippjanat?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fi Triq il-Mosta kien qiegħed isir xogħol ta’ tisbieħ. Fil-preżent m’hemmx aktar xogħol ippjanat. Ix-xogħol li sar twettaq mill-ħaddiema tal-Kunsill Lokali u ma ġie jiswa xejn lill-Kunsill.
Kunsilli lokali — xogħol infrastrutturali - kontijiet pendenti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6164, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub u jagħti wkoll l-istess tagħrif għal xogħol li sar matul Ottubru u Novembru 2013, fejn jikkonċerna San Pawl il-Baħar?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm twaħħlu, u fejn twaħħlu tabelli ġodda, jew mibdula minflok oħrajn li kienu eżistenti, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, matul Ottubru u Novembru? X'jindikaw dawn it-tabelli li twaħħlu? Jista' jagħti tagħrif dwar kif intgħażlu l-lokalitajiet jew postijiet li huma indikati fl-istess tabelli? Min kien il-kuntrattur li pprovda u waħħal l-istess tabelli?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-għażla tal-postijiet fejn tali tabelli jitwaħħlu issir skont it-talbiet tar-residenti li jkunu daħlu l-ilment li l-istess tabelli jkunu jew tkissru, jew insterqu eċċ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema l-business licences hu mistenni li jitneħħew? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dan ifissirx li kull ħlas li jsir bħalissa għal dawn il-liċenzji se jitneħħa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Fil-preżent, id-Dipartiment tal-Kummerċ qiegħed jagħmel l-istudji neċessarji w jkun jista’ joħroġ l-informazzjoni mitluba aktar ‘il quddiem, jekk ikun il-każ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji li jitħallsu preżentement wara li nħarġu mid-Dipartiment tal-Liċenzji? Jista' jagħti tagħrif dwar kif inhuma mqassma lokalità lokalità dawn l-istess liċenzji? Minbarra dawn il-liċenzji, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx liċenzji oħra li jitħallsu għand dipartimenti governattivi jew awtoritajiet governattivi oħra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru tal-liċenzji kummerċjali li nħarġu għall-ħlas mid-Dipartiment tal-Kummerċ, u kemm minn dawn il-liċenzji tħallsu sa issa.
Hemm entitiajiet oħra tal-gvern li għandhom l-obbligu li jilliċenzjaw u għalhekk, dawn għandhom jiġu mitluba jgħaddu l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar iż-żjara fiċ-Ċina minn delegazzjoni li tmexxiet mis-segretarju parlamentari? Minn min kienet magħmula l-istess delegazzjoni? X’kien il-ftehim li suppost intlaħaq dwar il-koperazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina waqt l-istess żjara? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istess ftehim?
Response (BRINCAT, LEO)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-istqarrija għall-istampa li nħarget fil-11 ta’ Diċembru mill-Ministeru tiegħi, ninsab infurmat li d-delegazzjoni kienet magħmula mill-Onorevoli Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u l-Kap tas-Segretarjat tiegħu kif ukoll mis-Segretarju Permanenti u mill-Kap tal-Aġenzija tal-Pagamenti.
Billi għal domanda parlamentari preċedenti ngħatajt risposta li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ħallas iktar minn €2000 fuq estensjoni ta' bankina fi Triq it-Turisti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din hix l-istess bankina li fuqha hemm mandat biex ma titneħħiex, mill-privat, għaliex qed tintuża mill-istess privat għal skop kummerċjali? Jista' jikkonferma wkoll li Transport Malta ħarġet ordni biex l-istess bankina titneħħa minn fejn saret?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li din hi l-istess bankina u fuqha hemm ordni minn Transport Malta sabiex titneħħa.
Infurmat illi dan ix-xogħol sar sabiex titħares saħħet il-persuni li jkunu qed jaqsmu miż-zebra crossing fil-viċin, liema zebra crossing kienet saret bla permess fil-Leġislatura preċedenti.
MEPA – policies dwar tall buildings — konsultazzjonijiet mal-kunsill lokali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6386 li oriġinajrament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar x’konsultazzjoni saret bejn il-kunsilli lokali u l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-policies dwar tall buildings li tħabbru f’dawn il-jiem?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nireferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6387.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6384 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm skemi tal-Unjoni Ewropea li minnhom gawdew il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? Meta saru l-applikazzjonijiet li minnhom gawdew dawn il-kunsilli lokali?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li preżentament tnejn mill-Kunsilli Lokali li jiffurmaw parti mit-12-il distrett elettorali qed jibbenifikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropa li jaqgħu taħt l-ESF jew l-ERDF. L-applikazzjoni tal-proġett li tikkonċerna l-ESF Fund saret f’Diċembru 2010 filwaqt li l-applikazzjoni li tikkonċerna l-ERDF Fund saret f’Lulju 2011.
Kunsilli Lokali – skemi tal-unjoni Ewropea – applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6385 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Turiżmu li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar liema huma l-iskemi tal-Unjoni Ewropea li għad għandhom applikazzjonijiet pendenti għalihom il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? F’kull każ meta saru l-applikazzjonijiet?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti tal-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali rigward proġetti li jaqgħu taħt l-ERDF jew l-ESF.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intefqu is-€652.80 li hemm imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6225? Jista' jagħti tagħrif dwar min għamel ix-xogħol, x'materjal intuża, min ipprovoda l-materjal, u kemm ħaddiema ntużaw f'dan l-istess xogħol?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li x-xogħlijiet saru mill-Kuntrattur tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar, B. Grima & Sons Limited. Il-materjal li kien użat kien zebgħa u kien provdut mill-istess Kuntrattur. Il-ħaddiema li kien hemm huma propju l-impjegati tal-Kuntrattur imsemmi.
San Pawl il-Baħar — Triq Toni Bajjada - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol sar matul dawn il-jiem, fi Triq Toni Bajjada, San Pawl il-Baħar? Min għamel dan ix-xogħol? X'materjal intuża u kemm intuża minn dan l-istess materjal? Kemm-il vjaġġ bil-materjal kellu jsir? Il-materjal li tneħħa qabel ingħata l-konkos fejn inxteħet?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fi Triq Toni Bajada saru xogħlijiet ta’ patching mill-ħaddiema tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar. Il-materjal li kien użat hu 22kgs ta’ konkos u tarmak u steel reinforcing rebars. Saru żewġ vjaġġi u l-materjal li tneħħa ġie meħud f’open skip.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'komunikazzjonijiet kellu l-Ministeru, mingħand il-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar, għal dak li jirrigwarda l-kumpless sportiv tal-Qawra, u dwar il-fatt li l-art inkwistjoni ngħatat lura lid-Diviżjoni tal-Artijiet? Jista' fl-istess waqt jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikulari dwar dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u l-anqas żviluppi partikolari dwar dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma li diġà saru diskussjonijet mal-privat biex l-iskola primarja tal-Gvern ta' San Pawl il-Bahar tgħaddi għand il-privat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru rċeviex xi rakkmandazzjonijiet partikulari dwar din il-possibilità mingħand is-settur privat u mingħand il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ma saru l-ebda diskussjonijiet biex l-iskola primarja tal-Gvern ta' San Pawl il-Baħar tgħaddi għand il-privat u ma saret l-ebda rakkomandazzjoni mis-settur privat f'dan is-sens.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar xogħol ta' tisbiħ fl-għassa tal-Pulizija tal-Qawra? Minn min sar dan l-istess xogħol? Kemm sewa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif diġà spejgajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5455, l-aħħar li sar xogħol ta’ manutenzzjoni u tisbih fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra kien matul din is-sena. Dan sar mill-membri tal-Korp stess, għaldaqstant l-ispiża kienet tinvolvi biss il-materja prima.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kunsill lokali partikulari jistax jirrifjuta li jaċċetta bħala membru fuq is-sistema elettronika tiegħu lil xi residenti partikulari? X'passi jista' jieħu membru tal-komunità ta' lokalità partikulari jekk dan jiġri? Fejn jista' jirrpporta tali abbuż?
Response (VELLA, KARMENU)
Kull ċittadin għandu dritt jaċċessa sit elettroniku. Min-naħa tagħha l-persuna għandha tuża tali aċċess skont kif tippermettilu l-liġi. Jekk l-Onor. Interpellant hu konxju ta’ xi każ partikolari nistiednu jgħaddieli l-informazzjoni ħalli d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jkun jista’ jinvestiga.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'pożizzjoni ħa l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar għal dak li jirrigwarda l-estensjoni tal-bajja tax-Xemxija? X'rappreżentazzjonijiet saru sa issa dwar din il-proposta, dejjem mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li rappreżentanti tal-Awtorità Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, infurmaw lill-Kunsill dwar il-pjani maħsuba. Infurmat li fid-diskussjonijiet il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wera d-diżapprovazzjoni tiegħu li jsir multi storey car park fil-viċinanzi tal-Ġnien Olimpiku jew f’xi soft areas oħra fl-istess inħawi.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar f'liema nħawi tal-kampanja (non urban areas) għamel xogħol il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar matul din is-sena, kemm għal dak li jirrigwarda qtugħ ta' ħaxix jew arbuxelli, kif ukoll għal dak li jirrigwarda xogħol ta' infrastruttura?
Response (VELLA, KARMENU)
Infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar nieda xogħol ta’ qtugħ ta’ ħaxix f’diversi toroq fil-Wardija, l-Imbordin, San Martin, il-Bidnija, il-Qawra u Burmarrad. Intant għadu ma sarx xogħol ta’ infrastruttura.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm intgħażlu sodod mill-privat biex jagħtu servizz ta’ kura lill-anzjani? Kemm kien hemm rispons għas-sejħa li ħareġ il-Ministeru? F’liema lokalitajiet kienu dawk li rrispondew? Kemm minnhom intgħażlu u fejn? Xi prezzijiet hu mistenni li jitħallsu għal dan is-servizz?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess għadu għaddej u mistenni jiġi ffinalizzat fil-ġimgħat li ġejjin. Għaldaqstant ikun prematur li nikkummenta qabel isiru negozjati diretti ma’ min ġie short listed. Fir-rigward ta’ prezzijiet dawn għad iridu jiġu nnegozjati u waqt li dawn mistennija jkunu fuq livelli mħallsa fuq kuntratti eżistenti, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija kummerċjalment sensittiva.
Dwar ir-rispons għas-sejħa li ħareġ il-Gvern, nirreferi lill-interpellant għall-mistoqsija parlamentari 5131.