Fit-28 ta' Novembru 2013, b'ittri kbar fl-ewwel faċċata ta’ gazzetta lokali tħabbar li l-ħaddiema tal-Arriva kienu għamlu rebħa kbira għaliex kienu se jibqgħu/ jibdew jitħallsu paga tripla fil-jiem tal-festi pubbliċi, Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ħaddiema fil-fatt irċevewx il-paga tagħhom tripla fil-festi li kien hemm bejn it-28 ta' Novembru 2013 u l-jum li fih l-Arriva għaddiet għand il-Gvern ta' Malta (amministrata minn kumpanija mwaqqfa apposta) kif ukoll minn dakinhar li l-Arriva għaddiet għand il-Gvern ta' Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-festi pubbliċi nklużi f'dan il-ftehim, u jekk il-Ħdud humiex ukoll parti mill-istess ftehim?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema rċievew ħlas triplu għall-festi pubbliċi kollha fis-sena 2013 li ħabtu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, inkluż dawk li kien hemm bejn it-28 ta’ Novembru 2013 u l-jum li fih l-Arriva Malta Ltd għaddiet għand il-Gvern. Dan il-ħlas sar skont il-ftehim li l-Arriva Malta Ltd għamlet mal-General Workers Union fit-23 t’April 2013.
Infurmat ukoll li mit-2 ta’ Jannar 2014, li hija d-data minn meta l-Arriva Malta Ltd għaddiet għand il-Gvern, ma kien hemm l-ebda festa pubblika.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li toħroġ is-sejħa għall-interess/tender biex ikun hemm operatur tat-trasport pubbliku li jibda jipprovdi servizz ta’ trasport pubbliku? Jista’ jagħti tagħrif dwar fuq liema skedi ta’ trasport hu mistenni li jibda joffri s-servizz minn jibda jagħti dan l-istess servizz? Kemm se jdum il-perjodu tat-tendering, u meta mistenni li jiġi konkluż?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-interess mistennija toħroġ fil-ġranet li ġejjin u għaldaqstant kull informazzjoni dwarha għandha tingħata aktar ‘il quddiem. Din is-sejħa se tinkludi r-rotot il-ġodda li bihom għandu jopera l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li saru jew mistenni li jsiru laqgħat ma’ operaturi lokali biex jipprovdu s-servizz ta’ trasport pubbliku? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar min minn naħa ta’ Trasport Malta jew tal-Ministeru ħa sehem f’dawn l-istess laqgħat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nikkonferma li saru diversi laqgħat inizjali ma’ kull min talab u wera interess sabiex jipprovdi servizz ta’ trasport pubbliku.
Issa li s-servizz ta’ trasport pubbliku għadda taħt it-tmexxija tal-Gvern Malti, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’ passiġġiera li nġarru matul dan il-perijodu ta’ żmien minn meta ħa over l-Gvern, kemm kien in-numru ta’ persuni li nġarru mill-karozzi tal-Unscheduled bus service u minn liema destinazzjonijiet operaw dawn l-istess karozzi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li l-coaches ta’ l-Unscheduled Bus Service mhumiex mgħammra b’apparat ta’ ticketing machines u automatic passenger counter units, ma jistax jiġi pprovdut l-ammont attwali ta’ passiġġieri li nġarru fuqhom. Madankollu, fuq estimi li saru mill-Malta Public Transport Services Ltd jirriżulta li bejn it-2 ta’ Jannar u is-16 ta’ Jannar 2014, inġarru madwar 1,070,000 passiġġieri li minnhom huwa stmat li 75,000 inġarru permezz tal-coaches tal-Unscheduled Bus Service.
Infurmat ukoll li l-coaches tal-Unscheduled Bus Service kienu qed joperaw fl-istess perjodu mit-Tnejn sas-Sibt fuq dawn ir-rotot:
Rotta
Destinazzjoni
Destinazzjoni
Minn
Lejn
109
Bahrija
Dar tal-Providenza
110
Marsa P&R
Sliema
136
Birkirkara
Gharghur
201
Airport
Rabat
226
Mater Dei
Santa Lucija
X2
Sliema
Airport
X3
Bugibba
Airport
X4A
Valletta
Birzebbugia
X4
Valletta
Birzebbugia
X5
Valletta
Marsaskala
X7
Valletta
Birgu
101
Cirkewwa
Golden Bay
102
Cirkewwa
Golden Bay
401
Bugibba
Wardija
123
Mater Dei
Castille
132
Floriana P&R
Castille
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess li jikkonċerna l-ħruġ ta' permessi għall-kmamar tan-nar differenti? Liema huma l-kmamar tan-nar li għandhom applikazzjoni pendenti u li se jibqgħu jiġu pproċessati skont il-proċeduri li kienu jeżistu sa ftit taż-żmien ilu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-policies imħabbra dwar il-kmamar tan-nar mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) hux se jiġu imposti wkoll fuq applikazzjonijiet li kienu sottomessi qabel?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7014, bħalissa il-proċess li jikkonċerna l-ħrug ta' permessi għall-kmamar tan-nar differenti għaddej minn Konsultazzjoni Pubblika. Skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, hemm erba' applikazzjonijiet (4) pendenti quddiem l-istess Awtorità għal żvilupp relatat ma' kmamar tan-nar.
L-informazzjoni fuqhom qed tiġi annessa ma' din ir-risposta.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti li fil-proposta tagħhom hemm xi waħda mill-kliem "fire", "nar"' jew "pyrotechnics".
Bħal kull kaz iehor kull applikazzjoni tiġi determinata skond il-policies vigenti dak inhar tad-deċizjoni fuq l-applikazzjoni. Il-policy hija intenzjonata bhala qafas li permezz tagħha jigu determinati applikazzjonijiet ta' żvilupp sew għall-kmamar tan-nar ġodda kif ukoll għal talbiet ta' tibdil fuq kmamar tan-nar eżistenti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi żviluppi partikulari għal dak li jikkonċerna l-binjiet tas-Selmun Palace Hotel, tal-palazz
(torri) li hemm ħdejn l-istess lukanda, kif ukoll il-bini li kien jifforma l-Fortizza Campbell? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi talbiet ġodda biex dawn il-proprjetajiet, (kollha f'salt, kull waħda individwalment jew uħud minnhom) jgħaddu għand il-privat? Jekk iva min talab li jieħu dawn l-istess
proprjetajiet u għal liema skop?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda ¿viluppi ġodda dwar dawn il-proprjetajiet u s-sitwazzjoni għadha kif ġiet indikat fit-tweġibiet għal-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 4715 fil-ka tal-Fortizza Campbell u Nru 2794 u 2989 fil-ka¿ tal-binjiet ġewwa Selmun.
Wara l-qtugħ tad-dawl ta’ nhar il-Ħamis 9 ta' Jannar 2014, fejn parti sostanzjali ta' Malta kienet bla dawl, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal għal dan il-qtugħ, u b'mod partikulari x'kienet ir-raġuni li għaliha mbagħad partijiet sostanzjali ta' Malta damu sigħat sħaħ biex reġa’ kellhom id-dawl? Billi ntqal ukoll li wara li jerġa’ jiġi mogħti d-dawl ikun hemm xi forma ta' prijorità ta' kif id-dawl jinxtegħel, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha partijiet sostanzjali ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa damu sigħat iktar minn lokalitajiet oħra biex id-dawl reġa' nxtegħel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-qtugħ tad-dawl ta’ nhar il-Ħamis 9 ta’ Jannar seħħ minħabba ‘tripping’ tas-‘circuit breaker’ tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-132kV fid-Delimara Power Station, li wassal biex intfew l-impjanti kollha tal-elettriku tal-Korporazzjoni f’Delimara u l-Marsa.
F’każi bħal dawn, il-Korporazzjoni taħdem biex malajr kemm jista’ jkun terġa tagħti l-elettriku lill-klijenti kollha tagħha. Dan isir billi jiġu kkunsidrati l-aktar postijiet li jeħtieġu l-elettriku, fosthom sptarijiet, ajruporti, u servizzi strateġiċi oħrajn. Fl-istess waqt, dan il-proċess iqis ukoll l-esiġenzi tas-sistemi tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni, biex jiżgura li s-sistemi kollha jerġgħu jinxtegħlu bl-aktar mod sikur u affidabbli.
Fil-każ tad-9 ta’ Jannar, waqt li s-sistemi ta’ distribuzzjoni oħrajn bdew jinxtegħlu mill-ewwel, is-sistema tal-132kV riedet tiġi eżaminata biex ikun żgurat li tista’ terġa’ tinxtegħel mingħajr riskji. Dan wassal biex dawk l-inħawi li jieħdu l-elettriku minn din is-sistema ta’ distribuzzjoni, primarjament postijiet fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, inxtegħlu wara inħawi oħrajn tal-pajjiż.
Peress li t-trasport pubbliku (dak li jikkonċerna l-karozzi tal-linja) qed jiġi amministrat minn kumpanija ġdida tal-Gvern, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li l-karozzi li jaħdmu miċ-Ċirkewwa u lura jkunu fil-post fil-ħin tal-wasla u t-tluq tal-vapur ta' Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt it-tfassil tar-rotot u l-iskedi l-ġodda tat-trasport pubbliku ttieħdu in konsiderazzjoni l-iskedi tal-vapur t’Għawdex. Dan sabiex jiġi żgurat illi l-iskedi tat-trasport pubbliku jkunu mfassla b’tali mod illi jikkonċidu ma’ dawk tal-vapur u b’hekk jiġi minimizzat l-inkonvenjent għall-pubbliku li jkun irid jagħmel użu minn dan is-servizz.
Infurmat ukoll li l-operatur tat-trasport pubbliku huwa impenjat li jtejjeb l-komunikazzjoni mal-operatur tal-vapur t’Għawdex bil-għan li l-iskedi tagħhom jikkonċidu ma’ dawk tat-trasport pubbliku.
L-informazzjoni ta’ kif ser ikunu qegħdin joperaw ir-rotot minn u lejn iċ-Ċirkewwa ser jiġu mħabbra aktar il-quddiem meta jitħabbru r-rotot u l-iskedi l-ġodda.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux programm għall-iżvilupp rurali għas-snin li ġejjin? Jekk għandu, jista’ jagħti tagħrif għal liema perijodu hu validu dan l-istess programm? Jekk m’għandux, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li tali programm jiġi mfassal u minn min?
Response (BRINCAT, LEO)
Nikkonferma illi ninsab infurmat li bħalissa l-Ministeru tiegħi qiegħed ifassal il-programm għall-iżvilupp rurali għal-Malta għas-snin 2014-2020. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar lill-Onor. Interpellant li f’Novembru li għadda konna nhedejna konsultazzjoni pubblika. Ta’ min ifakkar ukoll li waqt id-diskussjonijiet tal-Budget 2014 l-Onorevoli Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, kien ukoll tkellem dwar din il-materja. Sadanittant jien infurmat ukoll li dan il-programm qed ikun ippreparat bl-għajnuna ta’ esperti mill-Università ta’ Gloucestershire li kienu ingaġġati għal dan il-għan.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux xi programm partikolari għas-snin li ġejjin, biex jassigura li kemm is-sajd, kif ikoll it-tkabbir tal-ħut (fish farming) ikun jista’ jitkompla matul is-snin li ġejjin? X’inizjattivi partikolari ttieħdu matul l-aħħar sena f’dan ir-rigward, u x’inizjattivi hu mistenni li jittieħdu matul din is-sena?
Response (BRINCAT, LEO)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-programm elettorali tal-Partit Laburista, li issa sar il-programm tal-Gvern, jippreżenta numru ta’ miżuri fil-qasam tas-sajd kif ukoll dak tat-tkabbir tal-ħut. Dawn il-miżuri illum huma għarfien pubbliku u l-Gvern huwa kommess li jwettaqhom matul iż-żmien li ġej kif ser iwettaq il-programm kollu kemm hu. Sadanittant, l-Onor. Interpellant jaf li fid-diskors tal-Budget 2014, il-Gvern diga’ ħabbar li ser ikun qed jaħdem fuq strateġija kemm għas-sajd u kif ukoll għall-akkwakultura. Dawn l-istrateġiji huma mmirati sabiex l-oqsma nvoluti jkunu msejsa fuq il-prinċipji tas-sostenibblita’. Fil-qasam tat-tkabbir tal-ħut (fish farming) din tinkludi wkoll pjan biex titwaqqaf Hatchery kummerċjali li tkun tista tipproduċi biżżejjed friegħ għad-domanda tal-produzzjoni ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru, jew ta’ xi entità li taqa’ taħtu, rigward il-bajja tax-Xemxija? Xi proposti konkreti hemm bħalissa għal dak li jirrigwarda l-iżvilupp ta’ dawn l-inħawi? X’tip ta’ konsultazzjoni saret s’issa u ma’ liema entitajiet lokali, jew nazzjonali saret il-konsultazzjoni? X’kienu s’issa r-reazzjonijiet li kien hemm għal dawn l-istess proposti? Minn min saru r-rappreżentazzjonijiet li saru s’issa?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet għal dan l-iżvilupp għadhom fi stadju prematur u għaldaqstant wieħed ma jistax jasal għal xi konklużżjonijiet.
Il-pjan tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta hu li tiġi żviluppata bajja bir-ramel li jkollha l-faċilitajiet kollha sabiex tiġi operata fuq livelli paralleli ma’ dawk Blue Flag, bl-għan primarju hu li l-proġett joħloq riġenerazzjoni taz-zona.
L-Awtorità ikkonsultat b’mod dirett mal-entitajiet konċernati ma’ żvilupp ta’ dan it-tip. Saru wkoll xi laqgħat mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u hemm il-ħsieb li ssir ukoll konsultazzjoni mal-Kumitat Nazzjonali dwar iż-żoni turistiċi. Il-konsultazzjoni mistenija titwessa’ la darba l-Environment Impact Statement (EIS) jkun wasal biex jiġi finalizzat.
L-Awtorità trid tassigura li l-iżvilupp ma jkollux impatt ambjentali negattiv u li jkun wieħed vijabbli u sostenibbli.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li għaliha l-apparat li hemm fil-water park ta’ Buġibba għadu espost għall-elementi, meta l-faċilità issa ilha magħluqa numru ta’ xhur? X’tip ta’ maintenance qed isir fuq dan l-istess apparat u minn min?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhu l-programm ta’ xogħol fit-toroq li mistenni jinbeda/jitlesta matul l-2014? F’liema lokalitajiet hu mistenni li jsir dan ix-xogħol? F’kull każ, individwalment, jista’ jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar meta hu mistenni li jitlesta l-istess xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġie spjegat f’diversi tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari, il-Gvern beda biex jattwa dak li ġie imwiegħed fil-Manifest Elettorali, kif ukoll qiegħed fil-proċess biex imexxi ‘l quddiem il-proġetti skont il-prijoritajiet u dan wara il-ħafna laqgħat fosthom mal-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal l-ippjanar ta’ skola/skejjel ġodda fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jsiru l-applikazzjonijiet formali għal dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għamlet it-talba lid-Dipartiment tal-Artijiet sabiex l-art tiġi esproprijata.
Transport Malta – vetturi bin-numru ta’ reġistrazzjoni barrani
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm vetturi bin-numru ta’ reġistrazzjoni barranija, li ġew maqbuda minn Transport Malta matul l-ewwel jiem tal-2014? Minn fejn inqabdu dawn il-vetturi? Kemm minn dawn il-vetturi kienu ta’ Maltin u kemm kienu ta’ barranin? Kemm mill-vetturi maqbuda kellhom jiġu rilaxxati lil sidhom? Fejn tpoġġew l-istess vetturi wara li nġabru minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi bin-numru ta’ reġistrazzjoni barrani li ġew maqbuda minn Transport Malta matul l-ewwel jiem tal-2014 kien ta’ 14. Dawn il-vetturi ġew maqbuda f’dawn il-lokalitajiet: St. Venera, Paola, San Ġiljan u tas-Sliema. Ħamsa minn dawn il-karozzi kienu ta’ Maltin, erbgħa minnhom ta’ barranin, u l-ħamsa l-oħra ta’ barranin b’ID card Maltija. Sal-lum l-ebda waħda minn dawn il-karozzi ma ġew rilaxxati lil sidhom. Dawn il-vetturi tpoġġew fil-compound ta’ Transport Malta l-Marsa.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma t-totali ta' fondi, lokalità lokalità fil-UIF Fund? Kif inbidel dan l-ammont kull tmiem is-sena bejn l-2007 u l-2012, u kif inhu bħalissa l-ammont f'dan il-fond, f'kull każ lokalità lokalità f'Malta u f'Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. It-tabella annessa, turi kif inbidlu l-ammonti, lokalità lokalità fil-UIF bejn l-2007 u l-2012. Dawn l-ammonti jirriflettu id-dħul tal-UIF minn permessi ta' żvilupp kif ukoll tnaqqis dovut għall-proġetti minn Kunsilli Lokali kif ukoll mil-Gvern ċentrali, u li ġew approvati. L-aħħar kolonna fit-tabella turi l-ammonti li kien hemm sal-aħħar ta' Ottubru 2013. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-ammonti ghas-sena 2010 huma nieqsa għax dawn ir-records jidher li intilfu meta it-Transport Planning Unit imxiet mill-MEPA għal Transport Malta.
Billi biċċa art sostanzjali f'Buġibba/il-Qawra li kienet għaddiet għand il-Kunsill Malti għall-Isport issa ġiet mgħoddija lura lill-Gvern, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif hu maħsub li tiġi użata din l-art? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq din l-art?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-intenzjoni tal-Gvern hija li din l-art tintuża b’mod komprensiv għal skop sportiv, soċjo-edukattiv u attività kummerċjali. Il-pjanijiet qed jigu evalwati.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-fondi li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), lokal lokal f'dak li hu UIF, jew fondi oħra li joriġinaw minn ħlasijiet minn min ikun se jagħmel xi żvilupp f’lokalità partikolari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru spezzjonijiet fuq il-biċċeriji privati li għandna f'Malta matul is-sena li għaddiet? Jista' jagħti wkoll informazzjoni dwar in-numru ta' spezzjonijiet li saru fuq il-biċċeriji tal-Gvern, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Min hu responsabbli li jagħmel dawn l-ispezzjonijiet?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kontrol veterinarju jsir kull meta tkun ser issir xi qatla. Fil-każ tal-biċċerija ta’ Malta l-qatla sseħħ kuljum, filwaqt li fil-biċċerija ta’ Għawdex l-qatla sseħħ darba fil-ġimgħa. Fil-każ ta’ biċċeriji privati tat-tjur, li jinsabu kollha f’Malta, din issir kuljum u fil-każ tal-biċċeriji privati tal-fniek il-qatla ssir kull nhar ta’ Tnejn u Tlieta.
Ninsab infurmat ukoll li t-Tobba Veterinarji flimkien ma’
Veterinary Support Officers
huma responsabbli għal dawn il-kontrolli u f’kull każ ikun hemm il-preżenza ta’ uffiċjal veterinarju.