Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #8147 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – Triq ta’ wara l-Knisja tal-Karmnu — xogħlijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7936, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kunsill fil-fatt ġabx konkos biex isewwi Triq ix-Xagħra tal-Bandieri iżda ma tħallix iwettaq ix-xogħol minkejja li l-konkos dam numru ta' siegħat fuq il-post ftit tal-jiem ilu? Fejn intuża l-istess konkos li kien fuq il-post imsemmi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-konkos li kien inġab xi jiem ilu ntuża fl-inħawi tax-Xtut, fil-Qawra.
Leg 12 PQ #8165 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Messaġġ għal tmien l-aħħar tas-sena

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min kien responsabbli mir-recording u filming tal-messaġġ li l-istess Prim Ministru wassal lill-Maltin fl-okkażżjoni tal-festi ta' tmiem tas-sena 2013 u l-bidu tas-sena 2014? Min kien responsabbli għal dan il-messaġġ u kemm kien il-ħlas li sar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-responsabbiltà tal-messagg li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kienet tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-ispiza kienet ta’ €1,239.
Leg 12 PQ #8166 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Mewt ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' trabi li twieldu mejta matul l-2012 u l-2013 f'Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm trabi li mietu matul l-ewwel sitt xhur wara t-twelid, fis-sitt xhur ta' wara u kemm kien in-numru ta' trabi li mietu qabel ma għalqu l-ħames snin fl-istess perijodu? Kif jitqabbel dan in-numru ma' pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, in-numru ta’ każijiet ta’ mwiet fi tfal taħt l-età ta’ ħames snin fl-2012, kien ta’ 26. 23 każ kellhom inqas minn sena età. Minn dawn it-23 każ, 17 mietu fl-ewwel gimgħa tal-ħajja. Din l-informazzjoni mhijiex available għas-sena 2013, liema data tkun għadha qed tinħadem u tiġi ċċekkjata. Skont rapport tal-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija (WHO), fl-2011, ir-rata ta’ mwiet fi tfal taħt l-età ta’ sena għal kull elf li jitwieldu kienet ta’ 5.00. Ir-rata tal-Unjoni Ewropea (EU-28) kienet ta’ 3.97. Din hi l-iktar informazzjoni riċenti f’dan ir-rigward. Wieħed tajjeb iżomm f’moħħu li minħabba l-fatt li l-abort ta’ trabi bi problemi serji ta’ mard konġenitu mhuwiex legalizzat f’Malta, dawn it-trabi ikollhom riskju ħafna ogħla minn trabi oħra li jmutu fl-ewwel sena ta’ ħajja. Minn 23 każ ta’ mewt fi trabi fl-ewwel sena, 9 ġew meqjusa bħala li mietu minħabba mard konġenitu. Tabella 1 Numru ta' każijiet ta' mwiet fi tfal taħt l-et à ta' ħames snin Età (snin) 0 23 1 1 2 0 3 1 4 1 Total 26 Tabella 2 Numru ta' każijiet ta' mwiet fi tfal taħt l-et à ta' sena Età (ġranet) 0-6 17 7-27 3 28-364 3
Leg 12 PQ #8167 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni meqjusa bħala overweight

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar minn liema etajiet qed jirriżulta lill-Ministeru li qed ikun hemm tfal, żgħażagħ u persuni oħra li jitqiesu li huma overwieight u obeżi f'Malta? Kif jitqabbel dan in-numru għall-istess gruppi ta' persuni meta mqabbla mal-informazzjoni li ġejja minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
Leg 12 PQ #8168 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Kliniċi Lokali

Question

Jista' l-MInistru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-kliniċi lokali li l-Ministeru għandu fid-diversi bliet u rħula li għandna f'Malta? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-istess kliniċi? X'servizzi qed jingħataw minn dawn il-postijiet lir-residenti tal-lokalitajiet rispettivi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma l-Onor. Interpellant li hemm 43 Berga (Klinici Lokali) F’Malta, waħda ghal kull local kif ġej – Sta. Lucia, B’Bugia, Tarxien, Luqa, Kalkara, Vittoriosa, Senglea, Fgura, Għaxaq, Gudja, Zejtun, Pembroke, Ta’ Xbiex, Pieta’, San Gwann, St. Julian’s, Msida, Sliema, Zebbug, Siggiewi, Hamrun, St. Venera, Qrendi, Mqabba, Kirkop, Marsa, Safi, Valletta (Evans), Żurrieq, Żabbar, M’Scala, Xgħajra, M’Xlokk, Dingli, Attard, Għargħur, Lija/Balzan, Iklin, Mellieħa, St. Paul’s Bay, Naxxar, Mtarfa, u Mġarr. Minn kull berga jingħata servizz bażiku ta’ tabib tal-familja u nfermiera. Servizz ta’ Speech Language Pathologist jingħata wkoll minn dawn il-bereġ - Attard, B’Bugia, Dingli, Għargħur, Ħamrun, Kirkop, Mellieħa, Mġarr, Mtarfa, Naxxar, Qrendi, Safi, St. Paul’s Bay, Sta Venera, Tarxien, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq.

Laħam mill-Biċċerija tal-Gvern

Question

Fid-dawl tal-informazzjoni li qed tiġi pubblikata dwar biċċiera li marru l-isptar minħabba l-ħżież, jista' l-Ministru jserraħ moħħ il-konsumaturi li l-laħam li joħroġ mill-biċċerija tal-Gvern bl-ebda mod mhu ta' dannu għall-istess konsumaturi u dan minħabba l-fatt li jekk ma titwaqqafx din il-biża', jista' jkun hemm konsegwenzi fuq il-produtturi tal-istess laħam? X'sar s'issa mill-Ministeru biex dan il-biża' ma jitħalliex jinfirex?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8019.

Tourism Policemen

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ‘l hekk imsejħa 'tourism policemen' hux se jifformalizzaw dak ix-xogħol li qabel kien isir mill-pulizija fiż-żoni turistiċi, permezz ta' 'foot patrols'? Qabel kemm kien in-numru ta' pulizija li kienu jagħmlu dan ix-xogħol? F'liema lokalitajiet kien hemm dawn il- patrols, u f'liema lokalitajiet hu issa mistenni li jibda jkun hemm dawn l-istess patrols? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jiġi ffurmat unit partikulari, bi spettur u ranks oħra tal-pulizija li jiffurmaw parti minn dan il-grupp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li l-istrateġija u l-operat ta' kif it-'Tourism Police' sejra taħdem għadu mhux konkluż u għaldaqstant, f'dan l-istadju, mhuwiex opportun li jingħata aktar tagħrif. Infurmat ukoll li l-ebda ppattuljar li qabel kien isir fi-żoni turisti madwar Malta u Għawdex mhu ser jintaqqas sakemm tiġi stabbilita t-'Tourism Police'.
Leg 12 PQ #7955 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – policy għal shooting ranges

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f’liema stadju kienu waslu l-preparamenti dwar policy għal shooting ranges li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) kienet ħadmet fuqha fis-snin li għaddew? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk l-istess proċess reġax inbeda mill-ġdid mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) inkella le? Fiex wasal issa l-proċess dwar tfassil ta’ shooting ranges?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-MEPA intalbet tipproponi mill-ġdid policy dwar shooting ranges fejn fl-ewwel lok għandha tistipola kriterji fejn tali zvilupp jista' jigi permess mingħajr impatti ambjentali avversi, u dan billi agguntivament jittieħdu s-segwenti kunsiderazzjonijiet: L-effett tal-istorbju tal-isparar,id-direzzjoni tal-isparar u d-depożiti tac-ċomb u materjal iehor. L-ispirtu tal-politika tal-Pjan ta'Struttura RCO 4 li tipprojbixxi l- izvilupp ta’ kull struttura jew attività li tkun sejra taffetwa b’mod avvers żoni li ghandhom valur ta’ pajsaġġ għoli. L-impatt fuq żoni protetti u dan fl-ispirtu tal-politika tal- Plan ta’Struttura RCO 28 fejn il-widien jibqghu jigu protetti bhala żoni fejn jinġabar l-ilma.L-impatt fuq il-widien u dan fl-ispirtu tal-politika tal-Pjan ta’Struttura RCO 29 - ( żvilupp fiziku ġdid mal-ġenb ta’ widien ma jithalliex isir, b’eċċezzjoni għal strutturi li l-għan tagħhom hu li jwaqqfu l-erożjoni tal- ħamrija u li jservu għall-immanigjar tar-riżorsi ta’ l-ilma. Il-widien jigu salvagwardati għal attivitajiet ta’rikrejazzjoni bħall-mixi u użu ta’roti). L-ispirtu tal-politika tal-Pjan ta' Struttura segwenti: RCO 10 li ssemmi t-tipi ta’ habitat jimmerithom protezzjoni bħala żoni ta’ importanza ekologika. Permezz dan kollu, għandu jigi esplorat l-użu ta’ barrieri u stallazzjonijiet militari għal dan l-iskop. Dawn l-oġġettivi gew publikati fuq il-website tal-MEPA u kull min hu interessat mill-publiku għandu jibghat is-sottomissjonijiet tiegħu sa mhux aktar tard mit-3 ta' Marzu, 2014.
Leg 12 PQ #7956 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Wirt industrijali ta’ pajjiżna – organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn organizzazzjonijiet/fondazzjonijiet li b’xi mod jieħdu ħsieb il-wirt industrijali ta’ pajjiżna, u li huma rikonoxxuti bħala għaqdiet ta’ dan it-tip mill-awtoritajiet governattivi? Liema huma dawn l-organizzazzjonijiet, fejn huma reġistrati, u kemm ilhom rikonoxxuti bħala għaqdiet ta’ dan it-tip?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li skond l-informazzjoni li għandha huma erbgħa (4) l-organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb b’xi mod il-wirt industrijali f’pajjizna. Dawn huma: Fondazzjoni Wirt Artna Fondazzjoni għal-Ħarsien Wirt Industrijali Malta Aviation Museum Farsons Foundation Dwar il-parti tal-mistoqsija li tirrigwardja r-reġistrar ta’ għaqdiet jew fondazzjonijiet, nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lil Ministeru konċernat

Ħaddiema tal-Biċċerija tal-Marsa — mard

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi mard fost il-ħaddiema li jaħdmu fuq il-linja (fil-Biċċerija) tal-Marsa, li rriżulta minħabba xogħol li qed jagħmlu l-istess ħaddiema? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’ persuni nvoluti? X’miżuri ttieħdu biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm problemi la għall-ħaddiema u lanqas għall-konsumaturi? Billi hu normali li meta jiġru ċirkostanzi simili jkun hemm diffikultajiet li jiġu ffaċċjati mill-produtturi, x’passi qed jieħu l-Ministeru biex jassigura li ma jkunx hemm danni għall-istess produtturi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li għalkemm kien hemm xi ħaddiema li jaħdmu fuq il-linja fil-Biċċerija li kellhom infezzjoni ta’ hżież f’idejhom, minn imkien ma jirriżulta b’xi ċertezza li din l-infezzjoni ttieħdet minn ġol-Biċċerija. Ta’ min jgħid li din it-tip ta’ infezzjoni, għalkemm faċilment tittieħed f’każ ta’ kuntatt dirett ma’ xi annimal infettat, mhux waħda meqjusa bħala perikoluża u fil-fatt tista’ tkun ikkurata u mfejqa fi ftit jiem. Jien infurmat ukoll li din it-tip ta’ infezzjoni mhux rari fuq l-annimali – kemm domestiċi kif ukoll dawk mrobbija għall-laħam - u ma taffetwax il-kwalita’ tal-prodott. Huwa diffiċli li din tittieħed mill-ħaddiema li jaħdmu fuq il-linja fil-Biċċerija kemm il-darba dawn jimxu mal-prattiċi stabbiliti u jilbsu l-ilbies protettiv li huwa pprovdut. Ta’ min wieħed jgħid li ma kien hemm l-ebda rapport mill-produtturi li huma iffaċċjaw xi diffikultajiet b’riżultat ta’ dan il-każ. Ta’ min wieħed jafferma li l-aħjar metodu biex ma ssirx ħsara hi li ma jkunx hemm min joħloq alarm fuq kwistjoni bħal din li ma tikkostitwixxi l-ebda periklu għal ħadd. Nispera li ma jkunx hemm minn jipprova jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni sabiex jagħmel ħsara.
Leg 12 PQ #8138 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — budget

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7719, billi hemm referenza għall-obbligu li jinżamm bilanċ pożittiv ta' 10%, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli li waqgħu taħt il-livell ta' 10% bilanċ pożittiv? Liema kienu l-kunsilli lokali li fil-fatt ingħataw eżenzjoni biex ma jimxux ma' din ir-regola?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru (a) dawk il-Kunsilli Lokali li kienu ingħataw eżenzjoni biex ma jżommux il-bilanċ ta’ għaxra fil-mija u (b) dawk il-Kunsilli Lokali li ma żammewx il-bilanċ ta’ 10% bilanċ posittiv skont l-aħħar rapporti tal-udituri għas-sena li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2012.

park and ride — servizz tal-mini buses

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7906, billi qed jingħad li r-rati mħallsa kienu l-istess li hemm fil-każ tal-park and ride, jista' l-Ministru jgħid kif wieħed jispjega li żewġ mini buses għal tlett ijiem ġew jiswew €5400 filwaqt li seba' mini buses fil-park and ride jiswew inqas minn €1500 kuljum u dan skont risposta mogħtija mill-istess Ministeru? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar min hu l-operatur imsemmi fl-aħħar parti tal-mistoqsija?

Response (MIZZI, JOE)

Nibda sabiex nikkorreġi l-figura li ġiet ikkwotata għar-risposta li ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru 7906 fejn l-ispiża għas-servizz li ngħata ġewwa San Pawl il-Baħar kien ta’ €2,700 u mhux €5,400 kif ġie ikkwotat. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wieħed irid jikkunsidra li s-servizz li ngħata ġewwa San Pawl il-Baħar kien itwal bi kważi tlett sigħat kuljum minn dak illi jingħata ġewwa il-Park and Ride. Ta’ min jinnota wkoll li minħabba li l-frekwenza tas-servizz li jingħata ġewwa il-Park and Ride hija anqas frekwenti fil-ħinijiet ikkunsidrati bħala Off Peak, is-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi, in-numru ta’ vetturi li jintużaw ivarja f’ħinijiet differenti tal-ġurnata. Fil-fatt l-ammont ivarja sa massimu ta’ 7 mini buses kuljum Is-servizz ta’ Shuttle li jingħata fil-Park and Ride kif ukoll is-servizz li kien ingħata f’San Pawl il-Baħar ġie pprovdut mill-Mini Bus Coop Services Ltd.

San Pawl il-Baħar – breakwaters — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jinbeda x-xogħol fuq il-breakwaters li hemm il-Veccia, San Pawl il-Baħar u li hemm fil-bajja ta' Buġibba? Jekk iva meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol u minn min se jsir? Meta hu mistenni li jinħarġu t-tenders għal dan l-istess xogħol?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6828. Ninsab infurmat li għada ma ttieħdietx deċiżjoni finali mill-MEPA dwar dan l-iżvilupp. Kemm-il darba jinħarġu l-permessi meħtieġa, ninsab infurmat ukoll li l-pjan tal-Ministeru huwa li x-xogħlijiet jibdew din is-sena. Naħseb li l-Onor. Interpellant jaf tajjeb li l-isem ta' min se jagħmel ix-xogħolijiet ma jistax ikun magħruf ġaladarba l-anqas biss għada ħarget is-sejħa għall-offerti.

Raħħala – għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm raħħala, li għandhom l-approvazzjoni ta' għajnuna finanzjarja mill-iskemi tal-Unjoni Ewropea għal titjieb fl-irziezet tagħhom, u li għadhom ma ħadux l-istess għajnuna li huma dovuti li jieħdu? Kemm ilhom jistennew biex jieħdu din l-għajnuna, u meta hu mistenni li fil-fatt jingħataw din l-istess għajnuna? Kemm hu l-ammont approvat li għad irid jitħallas?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm ħdax-il raħħal li għalkemm fis-17 ta’ Ottubru 2013 kienu approvati li jingħataw għajnuna taħt il-Miżura 121 dwar Modernizazzjoni ta’ Strutturi Agrikoli, għadhom ma jistgħux jirċievu l-għajnuna. Dan huwa dovut għall-fatt li l-istess ħdax-il raħħal għadhom ma bagħtux id-dokumenti mitluba minnhom mid-Dipartiment sabiex ikun jista jiġi iffirmat l-kuntratt relattiv. Ninsab infurmat ukoll li l-ammont approvat globali ġaladarba jsiru dawn il-kuntratti huwa ta’ €1,439,736.00. Dan l-ammont mistenni li jitħallas kollu meta r-raħħala jkunu ġew ikkuntrattati u jlestu l-proġett ta’ mmodernizzar tal-irziezet tagħhom skont il-kuntratt. Dan tal-aħħar għandu perjodu massimu ta’ 18-il xahar.

Bdiewa – għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bdiewa li għandhom l-għajnuna finanzjarja mill-iskemi tal-Unjoni Ewropea approvata iżda għadhom ma ngħatawx l-istess għajnuna? Kemm hu l-ammont dovut lil dawn il-bdiewa, u meta hu mistenni li jitħallas?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm erba’ bdiewa li għalkemm fis-17 ta’ Ottubru 2013 kienu approvati li jingħataw għajnuna taħt il-Miżura 121 dwar Modernizazzjoni ta’ Strutturi Agrikoli għadhom ma jistgħux jirċievu l-għajnuna. Dan huwa dovut għall-fatt li l-istess erba’ bdiewa għadhom ma bagħtux id-dokumenti mitluba minnhom mid-Dipartiment sabiex ikun jista jiġi iffirmat l-kuntratt relattiv. Ninsab infurmat ukoll li l-ammont approvat globali ġaladarba jsiru dawn il-kuntratti huwa ta’ €385,686.47. Dan l-ammont mistenni li jitħallas kollu meta l-bdiewa jkunu ġew ikkuntrattati u jlestu l-proġett ta’ mmodernizzar tal-istrutturi agrikoli tagħhom skont il-kuntratt. Dan ta’ l-aħħar għandu perjodu massimu ta’ 18-il xahar.
Leg 12 PQ #7936 Sitting 122 2014-02-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – Triq ta’ wara l-Knisja tal-Karmnu — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol ta’ tiswija fuq it-triq magħrufa bħala Ta’ Wara l-Knisja tal-Karmnu, San Pawl il-Baħar, liema triq tibda minn Triq San Pawl, ftit ‘l bogħod mill-uffiċċji tal-istess kunsill?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Prodotti Ġenetikament Modifikati — pożizzjoni ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-pożizzjonijiet li ħadet Malta, minn kemm ilha membru tal-Unjoni Ewropea, għal dak li jikkonċerna l-Prodotti Ġenetikament Modifikati? Kif inbidlet din il-pożizzjoni matul iż-żminijiet? Dwar liema prodotti partikulari Malta ħadet pożizzjoni differenti minn dik tal-maġġoranza fuq l-istess suġġett? Liema huma l-prodotti partikolari li kienu nvoluti f’dawn il-pożizzjonijiet kif opposti min pajjiżi oħra? F’kull każ, liema kienu l-pajjiżi l-oħra li ħadu l-istess pożizzjoni li ħadet Malta dwar dawn l-istess prodotti?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Finanzjament Ewropew 2014-2020 – Proġetti marbuta mal-agrikoltura

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti marbuta mal-agrikoltura hu mistenni li jibbenefikaw mill-finanzjament Ewropew għall-perijodu 2014 – 2020? Kif intagħżlu dawn l-istess proġetti/skemi marbuta ma’ dawn l-iskemi? Kemm hu mistenni li jiġi investit f’dawn l-oqsma matul dan l-istess perijodu ta’ żmien?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li sabiex proġetti jiġu mwettqa minn fondi Ewropej, dawn iridu jgħaddu minn proċess ta’ evalwazzjoni wara sejħa għall-proġetti. F’dan l-istadju, l-Gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea sabiex jingħalaq il-proċess tal-ipprogrammar.
Leg 12 PQ #7721 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'attivitajiet kulturali ġew mitluba sa issa - minn kull wieħed mill-kunsilli lokali li għandna f'Malta u f’Għawdex biex jiġu organizzati din is-sena? Kemm minnhom ġew approvati?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-applikazzjonijiet għall-attivitajiet kulturali li ssottomettew il-Kunsilli Lokali u tabella oħra li turi l-attivitajiet li kienu aċċettati għall-ewwel parti tal-iskema li tkopri sa Frar 2014.
Leg 12 PQ #7904 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – fidi ta’ ċnus

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi kien hemm għal dak li jikkonċerna l-ħlasijiet ta' ċnus li dwarhom ir-residenti li joqogħdu bejn Triq il-Mosta u Triq l-Arznell San Pawl il-Baħar, kellhom diffikultajiet wara li skont id-Dipartiment tal-Artijiet/ Joint Office kien hemm ħlasijiet li jridu jitħallsu minn dawk li huma s-sidien tal-proprjetajiet f'dawn l-inħawi, u dan wara li skont id-dipartiment kienu trasferiti artijiet mill-privat, meta dawn l-artijiet kien għad għandhom piżijiet mal-Gvern, wara li l-istess artijiet għaddew għand il-Gvern mingħand il-Knisja, jew xi Ordni reliġjuża oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir aktar stħarriġ u ġbir ta’ dokumenti biex id-deċiżjoni finali tkun tista’ tittieħed dwar din il-kwistjoni.