Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm xerrejja li għandhom il-permess li jidħlu fil-pitkalija? Kemm kien hemm xerrejja ġodda li ngħataw il-permess din is-sena?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li bħalissa hemm 923 xerrejja rreġistrati mal-Pitkalija. Minn dawn 20 inħarġilhom il-permess din is-sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li talbu li jibdew jidħlu fil-pitkalija biex jixtru l-prodotti agrikoli, li sa issa għadhom ma ngħatawx dan il-permess?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-nies kollha li talbu biex jibdew jidħlu l-Pitkalija biex jixtru prodotti agrikoli, u li kellhom id-dokumenti kollha neċessarji, ngħatalhom il-permess meħtieġ.
Ninsab infurmat ukoll li min ma kellux id-dokumenti neċessarji ġie infurmat biex jipproduċi d-dokumenti kollha neċessarji qabel seta’ jissottometti l-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kollaborazzjoni għandu l-Ministeru, mal-kunsilli lokali biex jiġu żviluppati programmi marbutin mal-argikultura?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali huma involuti fit-tfassil tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali Malti billi jiġu mistiedna għal laqgħat ta’ konsultazzjoni organizzati mill-Awtorita ta’ Tmexxija għal fondi Agrikoli Ewropej għall-Iżvilupp Rurali (FAEZR).
Ninsab infurmat ukoll li bħal kull entita oħra l-Kunsilli Lokali jiġu mistiedna jibgħatu proposti ta’ kif dawn il-fondi jistgħu jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi tal-komunita rurali. Barra minn hekk insibu 46 Kunsilli Lokali li huma involuti b’ mod attiv fil-programm LEADER fejn hawnhekk jipparteċipaw fit-tfassil ta’ strateġija fuq bażi lokali li tkun amministrata mill- Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL).
B’żieda ma’ dan, f’diversi lokalitajiet madwar Malta, b’mod regolari jkunu organizzati attivitajiet mill-Kunsilli Lokali fejn il-prodotti agrikoli jkunu murija, bħal fil-Festa tal-Ħalib fil-Għargħur, f’Żejt iż-Żejtun fiż-Żejtun, fil-Festa tal-Majjal fis-Siġġiewi u f’Ħaż-Żebbuġ u f’oħrajn.
Billi fil-blokk ta' appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ilhom numru ta' snin jitwaddbu affarijiet u kif ukoll ilma maħmuġ (probabilment drenaġġ) li jikkawża ħafna problemi lir-residenti li hemm fl-istess blokk, kif ukoll fil-appartamenti tal-madwar, jista' l-Ministru jawtorizza (jekk il-liġi tippermetti) li l-pulizija jiftħu l-appartament, biex taħt is-supervizjoni tagħha tkun tista' ssir spezzjoni u tindifa tal-istess post?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru verifiki mar-records tal-Pulizija tad-Distrett u jidher li matul l-aħħar ħmistax il-xahar ma kien hemm l-ebda rapport fuq ir-residenza in kwistjoni jew l-inkonvinjent imsemmi. Mit-tagħrif kontenut fil-mistoqsija jidher li din hija materja li tirrigwarda l-Awtoritajiet tas-Saħħa u għaldaqstant il-pulizija ser tagħmel komunikazzjoni meħtieġa mal-Awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex b'xi mod isir tindif tal-bitħa tal-ground floor flat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ilu magħluq bosta snin, u li minħabba l-ħmieġ u ilma qiegħed (aktarx drenaġġ) li hemm akkumulat qed ikun ta' periklu għas-saħħa tar-residenti tal-madwar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva diversi lmenti mill-2010 rigward akkumulu ta’ żibel fil-bitħa fil-fond indikat. Saru diversi spezzjonijiet minn uffiċċjali fi ħdan dan id-Direttorat iżda dan il-post instab dejjem magħluq. L-aħħar spezzjoni saret fl-ewwel t’April fejn l-istess ilment reġa ġie kkonfermat. Se jibqgħu isiru kull sforzi sabiex jinstab is-sid u jittieħdu passi oħra sabiex jitneħħa dan l-inkonvenjent.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema magni tad-dqiq li kienu saru fil-perjodu tal-Gwerra, li minnhom kien hawn numru mifrux madwar Malta, ġew devoluti? Lil liema organizzazzjonijiet/kunsilli lokali ġew devoluti dawn il-magni, u naturalment l-ispazju tagħhom? Kemm u liema minn dawn ġew skedati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u meta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-MEPA skedat is-seba mtieħen tad-dqiq taħt l-art li gew installati mis-Servizzi Militari Inglizi fi żmien il-Gwerra Bierda (ca. 1955). Dawk skedati fi Grad 1 għad għandhom l-apparat oriġinali fihom:
Siggiewi, Buskett
Scheduling Government Notice 403/96
Flour Mill
Grade 1
Xlendi, Munxar
Scheduling Government Notice 856/00
Flour Mill
Grade 1
San Pawl il-Bahar, Telgha tax-Xemxija
Scheduling Government Notice 492/06
Flour Mill
Grade 1
San Gwann
Scheduling Government Notice 1260/10
Flour Mill
Grade 1
Mgarr ( Malta), Tal-Palma
Scheduling Government Notice 022/12
Flour Mill
Grade 1
Mellieha
Scheduling Government Notice 835/13
Flour Mill
Grade 2
Mgarr(Malta), San Martin
Scheduling Government Notice 835/13
Flour Mill
Grade 2
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-MDP hux se tkun qiegħda tipprivatizza xi parti minnha matul iż-żmien li ġej? Ma min qed isiru d-diskussjonijiet dwar tali privatizazzjoni, u meta hu maħsub li jkun hemm sejħa uffiċjali dwar dan il-proċess?
Response (BRINCAT, LEO)
Infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-MDP hija diġà kumpanija privata.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-proċess ta' privatizazzjoni li għandu l-Gvern dwar xi ażjendi li huma tiegħu, jinkludux ukoll proċess ta' privatizazzjoni tas-sehem tal-Gvern fl-MDP? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda dan il-proċess, u jagħti wkoll tagħrif dwar jekk hemmx xi kundizzjonijiet speċifiċi li hu mistenni li jintlaħqu f'dan ir-rigward?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm fil-15 ta' Marzu 2014 kien in-numru ta' persuni li huma mpjegati taċ-ċivil (mal-Gvern)? Kemm minn dawn il-persuni ġew hekk impjegati mal-Gvern minn nofs Marzu 2013? Dawk li issa qed jidhru fuq il-kotba taċ-ċivil, kemm minnhom kienu mpjegati ma' xi korporazzjoni governattiva qabel ma' issa ġew hekk impjegati? F'liema dipartimenti/istituzzjoni huma mpjegati dawk li llum jiffurmaw parti minn dawn id-dipartimenti? Minn dawk li ġew mal-Gvern minn korporazzjonijiet/organizazzjonijiet oħra governattivi, kemm minnhom huma ġejjin, minn kull waħda mill-korporazzjonijiet differenti, entità / entità?
Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar — xogħlijiet ta' konkos
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien użat konkos mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar bejn l-ewwel ta' Ottubru 2013 u llum u kemm ġie jiswa f'ammont totali? Fejn intuża dan il-konkos u x'kien l-iskop li għalih, għal kull każ, kien użat dan il-konkos? Xi proċedura irid juża bniedem li għandu bżonn xogħol ta' dan it-tip f'xogħlijiet simili fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq residenzjali, fis-7, fid-9, fil-11 u fit-12-il distrett elettorali, s'issa ġie deċiż li jsiru matul l-2014? Għal liema minn dawn it-toroq diġà ħarġu t-tenders għax-xogħol meħtieġ?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6936.
Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern – rikonoxximent lill-bdiewa full-time
Question
Jista’ l-Ministru jinforma fiex waslet l-iskema ta’ rikonoxximent mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lill-bdiewa full-time li jaħdmu l-art li ma tkunx reġistrata fuqhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet fir-rigward.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każijiet li fihom il-kwota tal-produzzjoni tal-ħalib inqabżet matul l-aħħar 12-il xahar? Jekk iva, kemm-il darba ġrat u x’sar mill-ħalib li kien iktar mill-kwota? Kemm kien in-numru ta’ raħħala li kienu involuti fil-qbiż tal-kwota?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħal ma weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7339, jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal kwota nazzjonali kif mifthiema fit-Trattat ta’ Sħubija, ninsab infurmat li din il-kwota qatt ma nqabżet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' plots (open plots) li matul l-aħħar sentejn kellhom ħitan li jagħlqu l-istess plots li ttellgħu (inbnew) mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa rispettivament? Fejn jinsabu (f'liema toroq) dawn il-plots li nagħlqu mill-kunsill lokali msemmija f'dan il-perijodu? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?
Response (VELLA, KARMENU)
Infurmat li matul l-aħħar sentejn il-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u ta’ San Pawl il-Baħar ma bnew l-ebda ħitan ma’ open plots fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
Kunsilli Lokali – persuni li jagħmlu xogħol ta’ avukat
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6868, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal din il-mistoqsija parlamentari kif ukoll jaġġorna l-informazzjoni sa Marzu 2014?
Response (VELLA, KARMENU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6868, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra aġġornament tal-informazzjoni mitluba sa Marzu 2014.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ xogħol qed isir fil-park ta’ ħdejn Kennedy Grove, fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar? Kemm sar investiment ġdid fuq il-park imsemmi matul l-aħħar tnax-il xahar? Meta hu mistenni li jkun hemm xi xogħol ta’ estensjoni fl-istess park? Kemm tħawlu siġar ġodda f’dawn l-inħawi matul l-aħħar sena?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul l-aħħar tnax il-xahar għalkemm ġewwa l-Park ta’ ħdejn Kennedy Grove jew kif inhu magħruf, Salina National Park, ma sarx investiment ġdid, tħawwlu madwar 146 siġra u m’hemmx pjanijiet biex isiru aktar estensjonijiet fuq dan il-Park.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-applikazzjonijiet imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8618 jidhru fuq il-public domain?Hemm xi raġuni għalfejn mhux l-applikazzjonijiet kollha msemmija jidhru fl-istess domain? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iStandard Operating Procedure li fuqha jiġu pproċessati applikazzjonijiet għal-liċenzji ġodda ta’ spiżeriji, minn meta ssir l-applikazzjoni sa meta jkunu eventwalment approvati? X’inhu ’ -l-massimu ta’ żmienminn meta tibda tiġi pproċessata applikazzjoni sa meta tinfetaħ l-istess spiżerija? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk hemmx lokalitajiet fis-seba’, fid-disa’ u fit-tnax-il distrett li jikkwalifikaw għall-spiżeriji ġodda?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab informat li l-applikazzjonijiet li jidhru fuq il-public domain huma dawk ta’: Għarb, Naxxar u Fgura.
L-applikazzjonijiet jittellaw fuq il-
public domain
meta dawn jkunu jistgħu jiġu proċessati, jiġifieri meta d-dokumenti kollha li hemm bżonn (bħal permess tal-MEPA) qabel jista jibda jsir xogħol bħal spezzjonijiet fuq l-applikazzjoni jkunu ġew sottomessi.
Ma hemmx Standard Operating Procedures miktuba speċifikament fuq l-iproċessar tal-applikazzjonijiet għall-liċenzji ġodda ta’ spiżeriji. Fil-liġi ma hemmx żmien massimu ta’ meta tibda tiġi proċessata applikazzjoni sa meta tiftaħ l-itess spiżerija.
Mid-distretti imsemmija, il-lokalita tan-Naxxar tikwalifika għal spiżerija ġdida.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema parks sar xogħol ġdid matul l-aħħar 12-il xahar? Liema parks hu mistenni li jsir xogħol ġdid fuqhom matul din is-sena? Kemm hi mistennija li tkun in-nefqa fuq kull wieħed mill-proġetti li hu maħsub li jsir din is-sena? Liema kunsilli lokali qed jitolbu l-għajnuna tal-Ministeru biex ikunu jistgħu jsiru parks fil-lokalità tagħhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar –-Applikazzjonijiet għall-bini high rise
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm high rise applications li huma pendenti fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar preżentement? Kemm hu n-numru ta’ appartamenti li hu mistenni li jinbnew jekk kemm-il darba dawn l-applikazzjonijiet jiġu approvati? Minbarra dawn l-applikazzjonijiet, jista’ jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ appartamenti li jiffurmaw parti minn bini high rise li għalihom diġà hemm permessi maħruġa li iżda għad ma nbediex ix-xogħol fuqhom fl-istess lokalità?