Legislature:
Category:
Reset
Active:

Torri tal-Għallis — protezzjoni tal-pill box

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi se jittieħdu biex il-pill box li hemm ħdejn it-torri tal-Għallis, tiġi mħarsa u protetta milli titkisser, minħabba l-proġett tat-twessiegħ tal-Coast Road? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi binjiet oħra storiċi li se jiġu affettwati minn dan it-twessiegħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ twessiegħ u titjib fl-allinjament ta’ Triq il-Kosta jinkludu t-twaqqiegħ u r-rilokazzjoni ta’ pillbox u searchlight fis-Salina, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-permess ta’ żvilupp maħruġ mill-MEPA. Ebda bini storiku ieħor m’għandu jkun affettwat mix-xogħlijiet ta’ twessiegħ. Madanakollu, qiegħed jinżamm kuntatt kontinwu mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u l-MEPA sabiex jiġi żgurat li kull forma ta’ karatteristiċi storiċi li jistgħu jinstabu matul ix-xogħlijiet jiġu ppreservati u/jew rilokati kif mitlub mill-istess Sovrintendenza.

Coast Road — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li fuqhom se jsiru x-xogħol marbut mat-tibdil fil-Coast Road? Jista' jindika x'bidliet hemm f'dawn il-pjanti minn dak li kien approvat oriġinarjament, jekk se jkun hemm tibdil?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti tal-proposta tal-Coast Road, kif inhuma approvati mill-MEPA, jinkludu numru ta’ reserved matters, fost oħrajn: 1. Id-dettalji tal-proposta fil-biċċa magħrufa bħala Qalet Marku, 2. L-aċċess propost għal-lokalita’ magħrufa bħala Salini Hamlet. Dawn ir-reserved matters qed jiġu diskussi mal-MEPA bil-għan li jkun hemm qbil mill-aktar fis. Apparti minn dawn ir-reserved matters, hemm dawn il-partijiet tat-triq li qed jiġu analizzati u/jew reveduti minħabba żviluppi li kien hemm wara li l-MEPA approvat il-permessi: 1. tibdil fil-parti tat-triq fin-naħa ta’ Baħar iċ-Ċagħaq fejn hu maħsub li t-triq ikollha livell differenti bejn karreġġjata u oħra, 2. tibdil fil-parti viċin is-Salini fejn hu propost li t-triq tinbena iktar viċin l-allinjament tat-triq eżistenti u mhux toħroġ iktar ‘l barra fuq art agrikola, 3. modifika fil-linja tal-karreġġjata l-ġdida proposta fuq art agrikola, fil-viċinanzi tat-traffic lights tal-Qawra sabiex jitnaqqas iżjed l-impatt fuq is-siġar eżistenti. Dawn ir-reviżjonijiet iridu wkoll jiġu approvati mill-MEPA qabel ma jistgħu jiġu mplimentati.

Biljetti tal-Karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' biljetti tal-karozzi tal-linja li nbiegħu lill-barranin, matul l-ewwel sitt xhur tal-2013?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li skont informazzjoni ipprovduta mill-Operatur tat-trasport pubbliku l-ammont ta’ biljetti li nbiegħu bil-prezz għal min mhux residenti ta’ Malta matul l-ewwel sitt xhur tal-2013 jammonta għal 1,281,645 biljett. Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat mill-Operatur tat-trasport pubbliku, illi l-kumpanija Arriva kienet ħadet deċiżjoni li ma tirrappurtax lil Transport Malta bejgħ ta’ biljetti li sar minn uħud mit- ticket sellers. Din in-nuqqas ta’ informazzjoni setgħet waslet li figuri ikkwotati minn Transport Malta matul is-sena li għaddiet setgħu kienu sottovalutati.
Leg 12 PQ #9064 Sitting 142 2014-04-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Fireworks Festival

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien is-sehem tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu fl-organizzazzjoni tal-Fireworks Festival li ġie organizzat f'San Pawl il-Baħar fl-2012?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2012 kien gie organizzat is-Simpozju Internazzjali (ISF) tal-loghob tan-nar gewwa Malta bis-sehem ta’ numru kbir ta’ delegati internazzjonali. Kien hemm numru ta’ tadidiet bejn l-MTA u l-ISF sabiex Malta setghet tospita dan is-Simpozju li jitaqa darba kull sentejn.
Leg 12 PQ #9065 Sitting 142 2014-04-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivana impjegati mal-Gvern — standard ta' edukazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi standards ta' edukazzjoni minimu li jiġi applikat meta l-Gvern jiġi biex jimpjega skrivani miegħu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dan l-istess standard japplikax ukoll meta se jkunu ingaġġati impjegati ma' korporazzjonijiet, aġenziji tal-Gvern u mal-Kunsilli Lokali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-kriterji ta’ eliġibiltà għall-ingaġġ ta’ Skrivani fis-Servizz Pubbiku huma stabbiliti fil-Ftehim Settorjali dwar il-Gradi tas-Servizz Ġenerali li l-Gvern għandu mal-Unions. Fir-rigward ta’ tali ingaġġ ma’ korporazzjonijiet u aġenziji tal-Gvern, sakemm mhux inklużi f’xi Ftehim Kollettiv, il-kriterji ta’ eliġibiltà fis-Servizz Pubbliku jservu bħala gwida. Fl-istess rigward mal-Kunsilli Lokali, il-kriterji huma stabbiliti bl- Leġislazzjoni Sussidjarja 363.20, imsemmija “Regolamenti Dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani).

Prodotti barranin mibjugħa bħala prodotti lokali — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet matul l-aħħar 12-il xahar, li wara spezzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-dipartimenti konċernati, ittieħdu passi kontra min kien qed ibiegħ laħam li ġie f'Malta minn barra, li iżda kien qed jinbiegħ bħala prodott lokali (frisk jew iffriżat)? Fejn instabu l-każijiet, u x'tip ta’ laħam instab? F'liema lokalitajiet? X'passi ttieħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Laħam iffriżat mibjugħ bħala frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet, matul l-aħħar 12- il xahar fejn laħam iffrizat, instab li kien qed jinbiegħ bħala laħam frisk? F'liema lokalitajiet instab dan il-laħam u x'passi ttieħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti barranin mibjugħa bħala prodotti lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk instabux, matul l-aħħar 12- il xahar, każijiet ta' prodotti barranin (inkluż minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea) li minflok, kienu qed jinbiegħu bħala prodotti Maltin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat
Leg 12 PQ #9049 Sitting 141 2014-04-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Border inspection checks

Question

Billi jidher li l-Ministeru responsabbli mill-Agrikultura mhux involut fl-iċċekkjar ta' prodotti, pjanti u annimali li jidħlu f'pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' border inspection checks kien hemm li fihom inqabdu prodotti ta' laħam, ħaxix jew pjanti, u ħut, li nstab li ma kenux kif suppost li kienu ddikjarati, f'dawn l-aħħar 12-il xahar? F'kull każ x'passi ttieħdu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull importazzjoni ta’ prodotti ta’ annimali u pjanti minn pajjiżi terzi dejjem tiġi riferuta lill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jiġu rilaxxati mid-Dwana. Fil-każ ta’annimali u prodotti ta’ annimali dawn jiġu riferuti lill- Border Inspection Post (Veterinarju) u fil-każ ta’ pjanti, dawn jiġu riferuti lill- Plant Health Department . Aktar informazzjoni tista’ tintalab mingħand il-Ministeri kkonċernati.
Leg 12 PQ #9050 Sitting 141 2014-04-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana — żamma ta’ prodotti agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm prodotti agrikoli li kienu deħlin mis-swieq barranin, kemm dawk Ewropej, kif ukoll minn barra mill-Ewropa, li fil-fatt inżammu mid-dwana? X'tip ta' prodotti nżammu, kemm kien l-ammont f'piż involut u x'sar mill-istess prodotti u dan dejjem matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi prodotti agrikoli minn barra l-Ewropa jiġu riferuti lid-Dipartiment tas-Saħħa u lid-Dipartimenti tal-Plant Health. Matul dawn l-aħħar tnax il-xahar, id-Dwana żammet tmintax-il konsenja li waslu Malta bil-posta/ courier/ ajruport u li l-piż tagħhom kien wieħed negliġibli. Dawn il-konsenji kienu jikkonsistu fi pjanti li ma kellhomx iċ-ċertifikati meħtieġa. Il-prodotti miżmuma ġew distrutti taħt il-ħarsien ta’ l-uffiċjali tad-dwana u dawk tal- Plant Health.

Pitkalija – xogħol strutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol marbut mal-bidliet strutturali li suppost għandu jsir fil-Pitkalija? Meta għandu jinbeda dan ix-xogħol li ilu mistenni li jsir? Fiex wasal il-proċess tat-tendering?

Response (BRINCAT, LEO)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-ħtieġa tar-riforma tal-Pitkalija kienet ilha kkontemplata sa minn qabel l-2004 u kien biss lejn l-aħħar tal-2012 li l-amministrazzjoni preċedenti ħasset il-ħtieġa li tniedi proġett pilota u waqqfet il-Pitkalija Ltd biex tattwa dan il-proġett. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-proġett pilota għar-riforma tal-Pitkalija issa qiegħed fl-istadju fejn se jibda l-proċess tax-xiri ta' makkinarju għal- grading, makkinarju tal-ipproċessar, kif ukoll xiri ieħor relatat bħal panelli solari, fork lifters u affarajiet oħra. Għal dan ix-xiri qed jiġu ppreparati d-dokumenti tat- tenders. Ninsab infurmat ukoll li l- proġett pilota jinkludi xogħol ta' bdil ta’ saqaf tal-asbestos u r-refurbishment fuq l-istess post. Dan ix-xogħol għadu ma bediex.

Rapporti dwar l-influwenza

Question

Billi fil-media reġa' kien hemm rapporti dwar is-suppost influwenza negattiva fuq il-ħajja tal-bniedem minn bexx li jsir fuq ħaxix ħazin, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx tfassal xi programm partikulari mal-Ministeru għas-Saħħa biex titwassal informazzjoni korretta għand il-mara tad-dar?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-materja ma taqax taħt il-Ministeru tiegħi u għalhekk l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Spezzjonijiet fuq il-majjal importat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' spezzjonijiet qed jagħmel il-Ministeru biex jassigura li l-majjal li jiġi minn barra ma jinbiegħx bħala prodott lokali, imma bħala prodott li ġej minn pajjiżi oħra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Laħam tal-fniek impurtat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li l-fniek li jaslu minn barra minn Malta jinbiegħu bħala laħam minn barra u mhux bħala laħam lokali? X'passi qed jieħu l-Ministeru biex jgħin l-industrija lokali kontra dan it-tip ta' bejgħ qarrieqi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti agrikoli — border inspection points

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru border inspection points biex jiġi assigurat li l-prodotti agrikoli u annimali li jidħlu f'Malta ma jinbiegħux bħala prodotti lokali?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li ninsab infurmat li hemm tlett Border Inspection Posts, nitolbu jirreferi l-kumplament tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħut importat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' għajnuna qed jagħti lid-dwana Maltija biex jiġi assigurat li ħut li jiġi minn pajjiżi terzi jinbiegħ bħala ħut li ġej minn tali pajjizi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fir-rigward ta’ importazzjoni ta’ ħut minn pajjiżi terzi, d-Dwana ma jirrillaxxawx il-konsenja qabel ma din tiġi ċċertifikata mid-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura, wara li jkunu saru l-ispezzjonijiet skont kif teħtieġ il-liġi.

ix-Xemxija — xogħlijiet fuq il-breakwater

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol li suppost ser isir fuq il-breakwater tax-Xemxija?

Response (BRINCAT, LEO)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-breakwater tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar, nirreferih għar-risposta Parlamentari numru 7933.

Qatla ta' ċanga

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla taċ-ċanga matul din is-sena ġimgħa b'ġimgħa? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm minn din iċ-ċanga kienet tal-baqar u kemm kienet tal-barrin?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.