Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ġodda ta' palm attakkat mill-bumunqar aħmar, matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena, u fejn? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk tneħħewx xi restrizzjonijiet fuq re-planting ta' palm li jista' jkun meħtieġ li jinqala minn fejn ikun, minħabba xi xogħol?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena nqerdu 171 siġra tal-palm. Minn dawn, 148 kienu nfettati filwaqt li 23 siġra tal-palm f’Malta kif ukoll f’Għawdex tqaċċtu għaliex dawn ma setgħux jerġghu jiġu mħawwla f’postijiet oħra. Bħala restrizzjonijiet fuq tħawwil mill-ġdid ta' siġar tal-palm, dawn għadhom fis-seħħ, skont l-Att tal-Kwarantina tal-Pjanti (CAP 433) u liġijiet sussidjarji.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar li għadhom reġistrati bħala li jistgħu jistadu għall-ħut, kemm fuq bazi part time, kif ukoll fuq bazi full time, skond il-lokalitajiet differenti, kif reġistrati mad-dipartiment tas-sajd?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ bastimenti tas-Sajd registrati fil-kategoriji professjonali tas-Sajd full-time u part-time (MFA u MFB), huwa ta 400 bastiment full-time u 623 part-time. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bil-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar li huma registrati mal-Awtortità tat-Trasport Pubbliku, bħala pleasure boats fid-diversi kategoriji li hemm, skond l-istess Awtorità tat-Trasport Pubbliku? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn l-opri skond kif registrati fil-lokalitajiet differenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ dgħajjes reġistrati mar-Reġistru tal-Bastimenti Żgħar (Small Ships Register -SSR) jammonta għal 13,013.
In-numru ta' opri tal-baħar ta' aktar minn sitt metri, reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili bħala pleasure yachts huwa ta’ 3006. (Opri tal-baħar taħt is-sitt metri jiġu reġistrati taħt ir-Reġistru tal-Bastimenti iż-Żgħar).
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista’ ta dawn l-opri tal-baħar maqsuma skont il-lokalitajiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru awtopsji (fuq bnedmin) matul dawn l-aħħar disa' xhur? Kemm minn dawn l-awtopsji għad m'għandhomx ir-rapport finali tagħhom li ġie konkluż u li ntbagħat għand l-awtoritajiet koncernati, biex igħaddi għand il-familjari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet, f’dawn l-aħħar disa’ xhur (minn Lulju 2013 sa Marzu 2014), kien hemm 196 awtopsji (fuq bnedmin) irrapurtati lir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet. Minn dawn kien hemm 3 awtopsji li għad m'għandhomx ir-rapport finali tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu x-xogħlijiet strutturali li saru fil-biċċerija matul l-aħħar tnax-il xahar? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża nvoluta, u minn min sar ix-xogħol ikkonċernat?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'investigazzjonijiet wettaq il-ministeru bħala follow up tal-editorjal li kien hemm fit-Times tas-26 t' April 2014, peress li dan l-editorjal għamel ħsara sostanzjali lill-prodott agrikolu Malti? Jista’ jgħid x'irri¿ulta mill-investigazzjonijiet li għamel il-Ministeru? Jista’ jgħid min wettaq l-istess stħarriġ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li jien infurmat li d-Dipartiment tal-Agrikoltura regolarment jagħmel spezzjonijiet ta’ nfurzar fuq abbużi bħat-tip li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Dawn l-ispezzjonijiet isiru kemm fuq bażi ta’
risk assessment
kif ukoll kull meta d-dipartiment jirċievi jew jinduna b’xi lment. Kull fejn ikun ikkunsidrat li jista’ jkun hemm kwistjoni ta’ saħħa pubblika d-dipartiment jgħaddi l-każ lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa.
Jien infurmat ukoll li fil-każ speċifiku li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant id-dipartiment kien spezzjona din ir-raba’ kemm f’nofs is-sena 2013 kif ukoll fil-bidu t’ April ta’ din is-sena u fiż-żewġ istanzi ma nstabitx evidenza t’attivitajiet illegali. Mill-kampjuni tal-ħamrija li ttiehdu f’April ta’ din is-sena l-livell ta’ nitroġenu nstab li kien taħt il-limiti permissibbli.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti marbuta mal-agrikoltura, kienet mitluba clearance għalihom lill-Ministeru, jew xi dipartiment li jaqa' taħtu, wara li saru l-applikazzjonijiet lill-MEPA? Jista’ jgħid x'tip ta' proġetti kienu, u kemm minnhom ġew 'cleared' mill-Ministeru? Jista’ jgħid f'liema lokalitajiet kienu l-applikazzjonijiet li ġew aċċettati?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku u jgħid għal liema proġetti qed jirreferi għalihom, għal liema dipartimenti partikolari u anke għal liema perjodu.
Billi minn żmien għall-ieħor qed ikun hemm referenza ta’ allarm għal dak li jikkonċerna l-glyphosate, f'Malta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru ħassx il-bżonn li jiġu investigati dawn l-istess allegazzjonijiet, iktar u iktar meta wieħed iqis li r-rapporti li saru fil-media huma tali li joħolqu allarm? Jista’ jgħid x'passi ttieħdu s’issa mill-Ministeru dwar dan is-suġġett?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru tas-Saħħa jagħmilx xi kontrolli biex jikkonferma li l-prodotti tal-laħam li jiddaħħlu fl-isptarijiet u fil-postijiet pubbliċi l-oħra (marbuta mas-saħħa) fejn jiġi kkunsmat il-laħam, ikunu fil-fatt prodotti f'Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
M’hemm ebda obligu legali, li prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem fl-isptarijiet, f’istituzzjonijiet oħra tas-saħħa jew stabbilimenti oħra tal-ikel huma meħtieġa li jkunu prodotti ta’ Malta.
Prodotti barranin mibjugħa bħala prodotti lokali — każijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9046 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm każijiet matul l-aħħar 12-il xahar, li wara spezzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-dipartimenti konċernati, ittieħdu passi kontra min kien qed ibiegħ laħam li ġie f'Malta minn barra, li iżda kien qed jinbiegħ bħala prodott lokali (frisk jew iffriżat)? Fejn instabu l-każijiet, u x'tip ta’ laħam instab? F'liema lokalitajiet? X'passi ttieħdu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Matul l-aħħar 12-il xahar, (Marzu 2013 sa Marzu 2014), uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali filwaqt li ghamlu sitt elef, mija u disgha u hamsin (6,159) spezzjoni f’postijiet ta’ l-ikel madwar Malta u Għawdex, waqt l-ispezzjonijiet tagħhom f’stabbilimenti tal-ikel ma sabu l-ebda każ ta’ laħam li ġie Malta minn barra u li kien qed jinbiegħ bħala prodott lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9047 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu jgħid kemm kien hemm każijiet, matul l-aħħar 12- il xahar fejn laħam iffrizat, instab li kien qed jinbiegħ bħala laħam frisk? F'liema lokalitajiet instab dan il-laħam u x'passi ttieħdu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fit- 12 il-xahar li għaddew (Marzu 2013 sa Marzu 2014), uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wettqu sitt elef, mija u disgħa u ħamsin (6,159) spezzjoni ġewwa stabbilimenti tal-ikel madwar Malta u Għawdex. Il-każijiet li nstabu u x’azzjoni ttieħdet qed jiġu riferuti fit-tabella hawn taħt:
Prodotti li nstabu
Lokalita’
X’azzjoni ttieħdet
Koxox tat-tiġieġ
Naxxar
Saret id-distruzzjoni ta’ 73.95kg tal-prodotti in kwestjoni
Koxox tat-tiġieg
Naxxar
Saret id-distruzzjoni ta’ 150kg tal-prodotti in kwestjoni
Tigieg, canga u majjal
Isla
Ittiehdet azzjoni legali kontra l-operatur tal-istabbiliment
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9048 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk instabux, matul l-aħħar 12- il xahar, każijiet ta' prodotti barranin (inkluż minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea) li minflok, kienu qed jinbiegħu bħala prodotti Maltin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Matul l-aħħar 12-il xahar (Marzu 2013 sa Marzu 2014), uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali filwaqt li għamlu sitt elef, mija u disgħa u ħamsin (6,159) spezzjoni f’postijiet ta’ l-ikel madwar Malta u Għawdex, ma sabu l-ebda każ ta’ prodotti barranin (inkluż minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea) li minflok, kienu qed jinbiegħu bħala prodotti lokali.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9051, billi r-risposta tittratta fuq xogħol strutturali marbut mal-pitkalija u mir-risposta qed jirriżulta li se jinxtara makkinarju għall-grading, forklifters u affarijiet oħra, jista’ l-Ministru jgħid min se jkun qed juża dan il-makkinarju u għal liema skop?
Response (BRINCAT, LEO)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li kif diġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 9051 il-makkinarju għall-grading, forklifters u affarijiet oħra ser jinxtara u jintuża bħala parti minn proġett pilota mniedi fl-2012 u li ser ikun ġestit minn Pitkalija Ltd u l-Koperattiva Ċentrali tal-Bdiewa skont l-applikazzjoni għall-fondi tal-EU li saret fl-istess sena 2012.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jew il-Ministeru jew xi entità oħra li taqa' taħtu, rċevewx ilmenti dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb (tal-vit), mil-lokalità tal-Mellieħa? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk sarux rappreżentazzjonijet dwar dan mill-kunsill lokali tal-Mellieħa? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk sarux testijiet fuq il-kwalità tal-ilma? Jekk iva, x'kienu r-riżultati? Jista' jagħti tagħrif dwar minfejn ġej l-ilma li qed jitqassam fil-mains tal-Mellieħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ Jannar 2014 fis-sistema tal-Customer Care ma kienx hemm ilmenti uffiċjali fuq kwalità tal-ilma tax-xorb mill-lokalità tal-Mellieħa. Kien hemm biss żewġ każijiet ta’ sadid fl-ilma li oriġinaw direttament mill-konsumatur, liema każijiet ġew solvuti.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħmel moniteraġġ kontinwu tal-ilma tal-vit u mill-bidu tas-sena ‘l hawn ġabret ħames kampjuni mil-lokalità tal-Mellieħa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għamilx xi spezzjonijiet partikolari dwar allegazzjonijiet marbutin mal-liquid manure fir-raba, kif deher ukoll fil-gazzetti lokali? Jekk iva fejn saru dawn l-ispezzjonijiet u x'irriżulta minnhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mis-sena 2012 s’issa uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wettqu diversi spezzjonijiet rigward ilmenti marbuta ma’ tfiegħ ta’ liquid manure fir-raba kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex liema dettalji qed jiġu riferuti fit-tabella hawn taħt:
Sena
Lokalita` f’Malta
Ri
¿
ultat/Azzjoni li ttieħdet
2012
Għelieqi faċċata tat-Trattoria Fiorino D’Oro, l/o Naxxar
l-ilment ma ġiex ikkonfermat
2012
¯ona magħrufa bħala tal-Qadi, Salina
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Għelieqi fil-Magħtab
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Għelieqi fil-Magħtab
L-inkonvenjent tneħħa
¯ewġ ilmenti rigward l-għelieqi ġo Triq Burmarrad fil-viċinanzi tal-Valle del Miele
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Għalqa ġo Triq Burmarrad
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Triq il-Kappella ta’ Santa Marija, Magħtab
L-ilment ma ġiex ikkonfermat
2013
Għelieqi fi Triq il-Qoton, Bir¿ebbuġa
L-ilment ma ġiex ikkonfermat
2013
Għalqa fi Triq Wied il-Għajn, ¯onqor, Marsascala,
L-ilment ma ġiex ikkonfermat
2013
Għalqa fi Triq Wied il-Għajn, Zonqor, Marsascala
L-ilment ma ġiex ikkonfermat
Sena
Lokalita` f’Għawdex
Ri
¿
ultat/Azzjoni li ttieħdet
2012
Ta’Ħamet area, l/o Xagħra
L-inkonvenjent tneħħa
2012
Sannat Road, l/o Victoria
L-inkonvenjent tneħħa
2012
Triq ta’ Ġokk, Xewkija
L-inkonvenjent tneħħa
2012
St Peter Street, Għarb
L-inkonvenjent tneħħa
2012
Triq Ġnien is-Sultan, Xewkija
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Tal-Gruwa Street, Xewkija
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Springs Street, Xagħra
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Marsalforn Valley, Marsalforn l/o ¯ebbuġ
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Ras il-Ħob¿ area, Għajnsielem
L-inkonvenjent tneħħa
Bħalissa qed isiru wkoll diskussjonijiet mad-Direttorat tal-Agrikoltura sabiex jiġi mħejji pjan t’azzjoni għall-investigazzjonijiet konġunti ta’ dawn l-ilmenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' persuni li ġew arrestati minħabba storbju f'postijiet pubbliċi, f'San Pawl il-Baħar (lokalità kollha), in-Naxxar u l-Mellieħa, matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu ta’ bejn Jannar u Marzu ta’ din is sena ma kienx hemm każijiet ta' persuni li ġew arrestati minħabba storbju f'postijiet pubbliċi, f'San Pawl il-Baħar, in-Naxxar u l-Mellieħa. Ninsab infurmat illi l-pulizija jagħmlu ronda u spezzjonijiet frekwenti fil-postijiet pubblici li jinsabu fid-distretti rispettivi tagħhom sabiex ixejnu kull tip ta’ ‘Ksur ta’ Ordni Pubblika’.
Barra minn hekk dawn ikollhom assistenza mill-membri tal-RIU sabiex l-interventi tagħhom ikunu fil-pront u effettivi. Meta jkun hemm ksur tal-ligi, jittieħdu il-proċeduri relatati skond il-każ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinfetaħ il-water park li hemm f'Buġibba din is-sena ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji biex il-water park jerġa' jiftaħ għall-pubbliku bħas-sena l-oħra, jiġifieri għall-bidu ta’ Lulju.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' permessi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li ġew sottomessi għall-ewwel darba matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? Fejn huma dawn l-applikazzjonijiet u x'tip ta' xogħol hu nvolut skont il-kategoriji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi quddiem il-Kamra tabella bl-ammonti ta' applikazzjonijiet ivvalidati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2014 maqsumin bil-lokalità u bit-tip ta' zvilupp kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Din l-informazzjoni ġiet miġbura mis-sistema tal-informatika ta' l-istess Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' kollaborazzjoni kien hemm mill-Ministeru, jew mal-Ministeru, fl-organizzazzjoni tal-Festa tal-Frawli fl-Imgarr u Festa tal-Ħalib fil-Għargħur, li t-tnejn inżammu l-Ħadd 6 ta' April?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ż-żewġ festi inkwistjoni ġew organizzati mill-Kunsilli Lokali rispettivi li t-tnejn li huma kkollaboraw mar-Rural Festivities Unit fi ħdan il-Ministeru sabiex ingħatat għajnuna loġistika u teknika kif ukoll użu ta’ armar u affarijiet oħra.