Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bdiewa — għajnuna għall-agrikoltura

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi qed jittieħdu mill-Ministeru biex il-bdiewa jkomplu jingħataw għajnuna tant neċessarja, biex ikomplu jagħmlu l-iżvilupp li hu meħtieġ għall-agrikultura? B'mod partikulari, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi skema biex il-bdiewa jkollhom iktar fejn jaħżnu l-ilma tax-xita?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jiena nfurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li għaddejjin konsultazzjonijiet bejn il-Ministeru tiegħi u dak responsabbli mill-fondi ewropej sabiex is-settur agrikolu jingħata importanza. Fil-fatt il-Ministeru tiegħi ħejja abbozz tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali wara konsultazzjoni vasta mas-setturi kkonċernati. Dan l-abbozz, li jinkludi miżuri immirati għall-iżvilupp tas-settur agrikolu u l-ħarsien tal-ambejnt rurali kif ukoll miżuri għall-konservazzjoni tal-ħażna tal-ilma, ingħata lill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali sabiex ikun assigurat li s-settur jingħata l-importanza li jixraqlu.
Leg 12 PQ #9641 Sitting 156 2014-06-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet approvati

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9591, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-applikazzjonijiet (51) li ġew approvati u fejn tinstab it-triq? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet (13) li għadhom pendenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari nru 9641 rigward kemm kien hemm applikazzjonijiet , nixtieq nippreciza li n-numru mhux 51 izda imma 5.Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra t-tagħrif mitlub.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Kavetta - rapporti ta' ħsarat fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rapporti ta' ħsarat fit-triq, fi Triq il-Kavetta San Pawl il-Baħar, lill-kunsill lokali? Kemm-il darba kien hemm rapporti ta' ħsarat, x'sar wara dawn ir-rapporti, u kif se jiġu kkumpensati dawk li saritilhom ħsara fil-vetturi tagħhom, minħabba dawn l-istess ħsarat? Kif se jiġi assigurat li dawn il-ħsarat jissewwew b'mod permanenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar ma kellu ebda rapporti ta’ ħsarat fi Triq il-Kavetta, San Pawl il-Baħar.

San Pawl il-Baħar — Telgħa ta' San Martin - ħsarat fil-vetturi

Question

Billi fil-telgħa ta' San Martin, San Pawl il-Baħar hemm ħsarat fit-triq li qed jikkawżaw ħsarat fil-vetturi li jgħaddu minnha, kif se jiġi assigurat li dawn il-ħsarat ma jibqgħux hemm, u b'hekk jispiċċaw il-ħsarat fil-vetturi? Kemm-il darba ntalab kumpens minn dawk li kellhom ħsarat, matul din is-sena (l-aħħar 12-il xahar)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar illi l-Kunsill għal diversi drabi għamel il-manutenzjoni neċessarja. Saru wkoll diversi rapporti lil W.S.C. minħabba li kontinwament ikun hemm l-ilma ħiereġ. Ma kien hemm l-ebda darba fejn intalab kumpens.

Kunsilli lokali tal-Mellieħa, Naxxar, San Pawl il-Baħar — applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA għal xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-applikazzjonijiet pendenti, li għandhom il-kunsilli tal-Mellieha, Naxxar, u San Pawl il-Baħar, quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? X'inhuma x-xogħlijiet li huma mitluba li jsiru f'dawn l-applikazzjonijiet, u fejn, f'kull każ jinstabu? Kemm, u għal-liema proġetti nħarġu permessi għal xogħol mitlub minn dawn l-istess kunsilli lokali, matul l-aħħar 12-il xahar? Liema kienu l-proġetti li ġew hekk approvati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #9591 Sitting 155 2014-05-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet approvati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema applikazzjonijiet għal xi forma ta' żvilupp ġew approvati matul l-aħħar 12-il xahar, għall-applikazzjonijiet li saru mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, u ta' San Pawl il-Baħar, liema applikazzjonijiet kien jeħtiġilhom permess, jew clearance min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Liema applikazzjonijiet għadhom pendenti quddiem il-MEPA? Liema applikazzjonijet simili li għalihom saret applikazzjoni minn Dipartiment tal-Gvern ġew approvati, jew għadhom pendenti? X'kienu x-xogħlijiet mitluba?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Mill-1 ta' Mejju 2013 sat-30 ta' April 2014 l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat ħames applikazzjonijiet li saru mill-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u ta' San Pawl il-Baħar u għandha quddiemha tlettax-il applikazzjoni pendenti. Għar-rigward tal-parti tal-mistoqsija li titlob għal applikazzjonijiet simili minn Dipartimenti tal-Gvern, l-Onor. Interpellant huwa mitlub li jagħti indikazzjoni għat-tip ta' xogħlijiet li jinteressawh peress li ma jezistix metodu sabiex is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tikkompara tip ta' applikazzjoni ma' oħra.
Leg 12 PQ #9592 Sitting 155 2014-05-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet għall-estensjonijiet ta' lukandi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ipppjanar għal dak li jikkonċerna estensjonijet ta' lukandi, jew bini/ konverzjoni għall-boutique hotels, u dan għall-inħawi tal-Mellieħa u ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiemha tlieta u għoxrin applikazzjoni relatati ma' żviluppi / estensjonijiet ta' lukandi nklużi boutique hotels fil-lokalitijet tal-Mellieħa u ta' San Pawl il-Baħar.

San Pawl il-Baħar — Bandli ħdejn l-iskola - oġġezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jagħmel xi oġġezzjoni biex ix-xogħol fuq il-bandli ta' ħdejn l-iskola ta' San Pawl il-Baħar jkun jista' jitkompla u jitlesta qabel ma jkompli għaddej iktar żmien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li kemm id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi kif ukoll il-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada m’għandhomx tagħrif dwar din il-materja u allura żgur li bħala Ministeru m'aħniex noġġezzjonaw biex jitkompla x-xogħol fuq il-bandli ta' ħdejn l-iskola.

San Pawl il-Baħar — bini ta' skola ġdida

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol marbut mal-bini ta' skola ġdida f'San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx applikazzjoni pendenti biex din l-iskola tinbena? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti sottomessi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-bini tal-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar qiegħed fi stadju ta’ ppjanar bħala parti mit-titjib ta’ skejjel għal perjodu tal-ħames snin li gejjin. Dwar talba għal kopja tal-pjanti, l-ippjanar għadu fi stadju bikri ħafna.

San Pawl il-Baħar — applikazzjonijiet għal qtugħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru rċeviex applikazzjonijiet biex ikunu jistgħu jinqatgħu/ jinqalgħu siġar li hemm fi Triq il-Mosta, u f'Wesgħa Doris Zarb, f'San Pawl il-Baħar? Jekk iva min għamel tali talbiet?

Response (BRINCAT, LEO)

Fil-waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant li biex jinqalgħu siġar, wieħed irid jirrikorri għand il-MEPA, jiena nfurmat li l-Ministeru ma rċieva l-ebda talba tat-tip li qed jgħid l-Onor. Interpellant.

Xogħlijiet fil-coast road — tneħħija ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif kien involut (jekk kienx involut), il-Ministeru tal-Ambjent, għal dak li jikkonċerna t-tneħħija ta' numru kbir ta' siġar li nqatgħu jew inqalgħu, b'riżultat tax-xogħol li qed isir fil-coast road? Jekk iva, x'kienu l-pariri li ngħataw min-naħa tal-Ministeru?

Response (BRINCAT, LEO)

Fil-waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9595, jiena nfurmat li d-Direttorat tal-Parks u Inizzjattivi fi ħdan il-Ministeru tiegħi ġie mitlub mill-Management Embellishment and Landscaping Project (MELP) li jaqa’ taħt l-Ministeru tat-Transport u l-Infrastruttura sabiex jgħinhom fir-rilokazzjoni ta’ xi siġar. Fil-fatt bis-saħħa t’hekk erba’ siġriet tat-Tamarisk Afrikan, tlett siġriet tal-Ħarrub u żewġ siġriet taż-Żebbuġ ġew imħawla fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

Servizz ta’ water taxis

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk humiex għaddejjin xi diskussjonijiet ma’ kunsilli lokali li għandhom konfini mal-baħar biex bħalma hemm servizz ta’ water taxis fil-Port il-Kbir, ikun hemm ukoll servizz ta’ water taxis fil-portijiet partikolari li jaqgħu taħt il-konfini tagħhom? Jekk iva, ma’ liema kunsilli lokali qed isiru dawn it-taħdidiet u fiex waslu l-istess diskussjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel ħaġa li għamilt jien bħala Ministru kien li niltaqa mal-kunsilli lokali kollha fejn tkellimt magħhom fuq dak kollu li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħi. F’dawn il-laqgħat smajt il-proposti kif ukoll is-suġġerimenti fejn dawn ittieħdu in-konsiderazzjoni biex seta’ jsir pjan għal dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura. Fost dawn il-kunsilli lokali kien hemm min għamel referenza ghall-Water Taxis, liema talba ttieħdet in-konsiderazzjoni. Ma jżomm xejn lil dawk kollha li għandhom xi proposti biex jgħadduhom lill-Ministeru tiegħi u l-awtoritajiet konċernati.

Transport Malta – talbiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex talbiet pendenti, kemm mill-privat kif ukoll minn xi kunsilli lokali, biex jinbeda s-servizz ta’ water taxis fil-lokalitajiet oħra minbarra dawk diġà pprovduti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandhiex talbiet pendenti biex jinbeda servizz ta’ water taxis.

Skeda tat-trasport Pubbliku

Question

Issa li ġejjin ix-xhur tas-sajf, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iskeda tat-trasport pubbliku hux se tipprovdi servizzi iktar frekwenti milli kienet tipprovdi matul is-sajf fis-snin li għaddew? Jekk iva, fejn se jiġi provdut iktar servizz u kif?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-iskeda tas-sajf ta’ din is-sena se jkollha żieda fil-frekwenzi fuq numru ta’ rotot waqt il-ħinijiet peak tal-ġurnata meta imqabbla mal-iskeda tas-sajf tas-sena l-oħra. Iż-żieda fil-frekwenzi se jkunu fuq: Rotta Frekwenza tar-Rotot - Skeda tas-Sajf 2013 Frekwenza tar-Rotot - Skeda tas-Sajf 2014 12 Kull 12 il-minuta Kull 10 minuti 13 Kull 12 il-minuta Kull 10 minuti 42 Kull 60 minuta Kull 30 minuta 82 Kull 20 minuta Kull 15 il-minuta 223 Kull 60 minuta Kull 20 minuta 310 Kull 45 minuta Kull 30 minuta 311 Kull 60 minuta Kull 30 minuta 322 Kull 90 minuta Kull 45 minuta Infurmat ukoll li se jkun hemm vjaġġ addizzjonali filgħodu fuq ir-Rotta 84 filwaqt li filgħaxija se jiżdied vjaġġ addizzjonali fuq ir-rotot 124, 202, 203, 205, X3 u 308. Fil-ħinijiet off peak tal-ġurnata se jkun hemm żieda fuq ir-Rotta 45 fejn minn kull 60 minuta se tiżdied għal kull 30 minuta. Nhar ta’ Ħadd, il-frekwenza tar-rotot 41 u 42 se jiżdiedu għal kull 30 minuta filwaqt li ir-Rotta 44 se tiżdied għal frekwenza ta’ kull 20 minuta. Ir-rotta 55 se tibda topera l-Ħadd ukoll.

Ix-Xemxija – karozzi tal-linja aktar frekwenti

Question

Billi r-residenti li joqogħdu fl-inħawi kollha tax-Xemxija, f'bosta ħinijiet tal-ġurnata jkollhom diffikultajiet biex jirkbu l-karozzi tal-linja, u dan matul is-sena kollha, iżda b'mod partikulari matul ix-xhur tas-sajf, issa li s-servizz tat-trasport pubbliku hu provdut minn kumpanija tal-Gvern, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, biex almenu matul ix-xhur tas-sajf (Ġunju--Ottubru) ikun hemm karozza tal-linja li titlaq bi frekwenza regolari minn ħdejn il-knisja tax-Xemxija, u dan fl-aħjar interess tal-passiġġieri li jirkbu mix-Xemxija u minn parti kbira ta' San Pawl il-Baħar, u li jkollhom jistennew ħin twil mingħajr ma jirkbu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bl-introduzzjoni ta’ l-iskeda tas-sajf li tidħol fis-seħħ f’ Ġunju, il-frekwenza ta’ ċertu rotot li jipprovdu servizz fl-inħawi tax-Xemxija, inkluż minn ħdejn il-knisja tax-Xemxija u San Pawl il-Baħar se jiżdiedu waqt il-ħinijiet peak tal-ġurnata hekk kif ġej: - Il-frekwenza ta’ Rotta 12 se tiżdied għal sitt vjaġġi fis-siegħa. - Il-frekwenza ta’ Rotta 42 se tiżdied għal żewġ vjaġġi fis-siegħa; - Il-frekwenza ta’ Rotta 221 se tiżdiet għal tlett vjaġġi fis-siegħa; - Il-frekwenza ta’ Rotta 222 se tiżdiet għal tlett vjaġġi fis-siegħa; Infurmat ukoll li se jkun hemm numru ta’ karozzi tal-linja allokati fuq dawn ir-rotot bħala spare buses fil-ħinijiet peak tal-ġurnata sabiex jgħinu f’każ li jkun hemm problema ta’ kapaċità ta’ passiġġieri.

Transport Malta – awtorizzazzjoni ta’ bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew awtorizzati bus shelters ġodda minn Transport Malta fl-inħawi kollha ta’ San Pawl il-Baħar, matul l-aħħar 15-il xahar? Kemm minn dawn is-shelters tqegħdu f’posthom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li matul l-aħħar 15-il xahar fl-inħawi ta’ San Pawl il-baħar ġew awtorizzati żewġ Bus Shelters minn Transport Malta li jinsabu ġewwa Dawret il-Gzejjer u Dawret il-Qawra. Transport Malta diġà kisbet il-permessi meħtiega mingħand il-MEPA u dawn il-Bus Shelters se jitwaħħlu fil-fażi li jmiss ġaladarba jintagħżel il-kuntrattur. Infurmat ukoll li saru tlett talbiet oħra mingħand il-kunsill lokali għal twaħħil ta’ bus shelters , liema talbiet għadhom qed jiġu kkunsidrati minn Transport Malta.

Mini buses liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' mini buses li huma liċenzjati f'Malta u Għawdex, skont il-kategoriji differenti tagħhom? Kif inhuma mqassma dawn il-mini buses għal dak li jirrigwarda l-garaxxijiet li huma liċenzjati biex jagħtu dan is-servizz? Kemm hemm tali minibuses liċenzjzti f'kull lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba dwar minibuses (vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri li fihom aktar minn tmien sedili u inqas minn tletin sedil minbarra s-sedil tax-xufier), li huma liċenzjati taħt Liċenzja ta’ Operatur skont ir-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri, hu kif ġej: Lokalità taċ-Ċentru minn fejn jopera l-Operatur Numru ta’ minibuses liċenzjati MALTA ATTARD 8 B'BUĠIA 18 BIRGU 7 BUĠIBBA 7 B'KARA 77 BORMLA 4 BURMARRAD 6 DINGLI 4 FGURA 28 GĦARGĦUR 12 GĦAXAQ 24 GUDJA 1 GŻIRA 2 ĦAMRUN 24 IKLIN 7 ISLA 1 KALKARA 8 KIRKOP 8 LIJA 8 LUQA 19 MADLIENA 3 MANIKATA 3 MARSA 6 MARSASCALA 3 MARSAXLOKK 2 MELLIEĦA 42 MĠARR 7 MOSTA 57 MQABBA 5 MSIDA 5 MTARFA 1 NAXXAR 20 PAOLA 1 PEMBROKE 4 PIETA' 3 QAWRA 1 QORMI 77 RABAT 23 SAFI 3 SAN ĠWANN 6 SIGGIEWI 7 SLIEMA 9 ST JULIANS 21 ST PAUL'S BAY 35 ST VENERA 11 SWIEQI 18 TARXIEN 12 VALLETTA 1 ŻABBAR 24 ŻEBBUĠ 41 ŻEJTUN 45 ŻURRIEQ 10 GOZO FONTANA 2 GĦAJNSIELEM 1 GĦARB 2 KERĊEM 2 MUNXAR 1 NADUR 6 QALA 9 SANNAT 4 VICTORIA 21 XAGĦRA 5 XEWKIJA 1 XLENDI 1

Persuni li nqabdu jistadu 'l ġewwa mill-marki tal-limitu tas-sajd

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet fejn persuni nqabdu jistadu 'l ġewwa mill-marki li hemm li jiddelinjaw il-limitu tas-sajd, fil-bajjiet Maltin u b'mod partikolari kemm kien hemm persuni li nqabdu jistadu 'l ġewwa minn dawn is-sinjali f'San Pawl il-Baħar matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ma kien hemm l-ebda każ bħal dak li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant

Avviżi legali 321/2011 u 77/2013

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ir-regolamenti pubblikati fl-Avviżi Legali 321/2011 u 77/2013 għadhomx japplikaw?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ir-risposta hija fl-affermattiv.

San Pawl il-Baħar — provvista t'ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex f' San Pawl il-Baħar, fl-20 ta' Mejju 2014, għal numru ta' sigħat jew ma kienx hemm ilma fil-vit jew kien hemm pressjoni baxxa ħafna, f'postijiet differenti tal-lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data msemmija kien hemm ħsara fil-main tal-pied li titma San Pawl il-baħar mil-ġibjun tan-Naxxar. It-tiswijiet saru f’temp ta’ 4 siegħat u l-ilma nfetaħ bil-mod matul il-lejl ħalli ma ssirx aktar ħsara.