Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #9760 Sitting 161 2014-06-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — CPPS

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li nġabar mill-iskema tal-parkeġġi Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) għal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, minn mindu bdiet tiġi użata, sena b’sena, sal-lum? Kemm minn dawn il-fondi ntużaw, u għal liema skop intużaw? Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li hemm preżentement f'dan il-fond?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Sena b’sena nġabru: 1998 99,930.11 1999 136,268.33 2000 182,855.81 2001 185,185.14 2002 166,550.22 2003 307,477.28 2004 181,691.15 2005 191,008.63 2006 146,750.57 2007 352,900.14 2008 240,857.27 2009 116,468.70 2010 149,079.93 2011 114,138.46 2012 80,363.29 2013 86,186.52 2014 18,634.95 2,756,346.50 Kif u għal liema skop ntużaw : Kontribuzzjonijiet miġbura minn applikanti 2,756,347 Rifuzjoniiet lil applikanti -85,837 Interessi migbura 336,036 Tariffi bankarji -163 Tariffi amministrattivi -567,289 Inizjattivi u proġetti fil-lokalità (*) -5,649 Sehem il-lokalità f'inizjattivi u progetti barra mil-lokalità -6,791 Bilanc 2,426,653 (*) L-inizjattivi u progetti fil-lokalità jikkonsisti minn ħlas tat-tariffa tal-permess tal-MEPA fuq PA 2714/04 Car park and terminal, Site at, Tal-Makku, Qawra.
Leg 12 PQ #9761 Sitting 161 2014-06-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Urban Improvement Fund

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li nġabru permezz tal-Urban Improvement Fund, matul is-snin, sena b’sena minn mindu daħlet fis-seħħ għal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Kemm minn dawn il-fondi ntużaw s’issa, u għal liema skop intużaw? Preżentement kemm hu l-ammont ta’fondi li hemm taħt din l-iskema għal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Sena b’sena: 2004 11,646.87 2005 48,916.87 2006 87,351.53 2007 86,186.85 2008 83,859.95 2009 76,869.45 2010 55,905.59 2011 59,398.79 2012 15,140.95 2013 36,964.56 2014 13,976.23 576,217.64 Il-fondi li ntużaw s'issa u għal liema skop intużaw: Kontribuzzjoni miġbura minn applikanti 576,218 Rifużjonijiet lill-applikanti -8,153 Tariffi amministrattivi -56.807 Inizjattivi u proġetti fil-lokalità (*) -178,504 Bilanċ qabel proġetti kommessi 332,754 Proġetti kommessi (**) -132,720 Bilanċ wara proġetti kommessi 200,485 (*) L-inizjattivi u proġetti fil-lokalità jikkonsisti minn: Ammont imħallas lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar biex inbnew il-public toilets €2,329; u Ammont imħallas lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar biex inbnew il-bankini fi Triq San Pawl €176,175. (**) Il-proġetti kommessi fil-lokalità jikkonsisti minn: Twaqqiegħ ta' playing field eżistenti u bini ta' playing field rikreattiva ġdida f'Thallassalejn fi Triq l-Iskola €132,270 Preżentement l-ammont ta’ fondi li hemm taħt din l-iskema għal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar huwa ta’ €332,754

Transport Malta – San Pawl il-Baħar – loading u unloading bays

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm parkeġġi riservati approvati minn Transport Malta fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Kemm hemm parkeġġi riservati għal persuni bi bżonnijiet speċjali, ukoll fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Kemm hemm loading/unloading bays li huma approvati fl-istess lokalità? Jista' jgħid f'liema toroq huma approvati dawn l-istess parkeġġi?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar – Sleeping Policemen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sleeping policemen li ġew approvati minn Transport Malta fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Fejn jinsabu dawn l-istess sleeping policemen li ġew approvati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li, minn riċerka li saret fl-arkivji tal-Awtorità tat-Trasport, ġew approvati seba’ (7) round topped road humps fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar fit- toroq li ġejjin: Lista ta’ Toroq Numru ta’ Round Topped Road Humps approvati Triq il-Knisja 2 Triq il-Ġifen 1 Triq il-Parroċċa 1 Triq il-Ġebel Għażżara 1 Triq Manuel Bonniċi 1 Triq il-Konventwali 1

Kunsilli Lokali – skema ta’ Lifelong Learning

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-memos li ħareġ il-Ministeru, jew xi dipartiment responsabbli mill-kunsilli lokali, għal dak li jirrigwardja skemi ta' lifelong learning' matul l-2013? Liema mill-kunsilli lokali tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, applikaw għal dawn l-iskemi? Liema kienu l-korsijiet li ġew approvati mid-Dipartiment, għal kull wieħed minn dawn l-istess kunsilli lokali? F'liema laqgħa/ laqgħat tal-kunsilli rispettivi ġew approvati l-applikazzjonijiet li kellhom jinħarġu? Kemm kien hemm persuni li bbenefikaw minn dawn il-korsijiet li nħarġu, għal kull kors separatment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2013, bħas-snin preċedenti, ħarħet sejħa waħda permezz ta’ Memo 9/2013. Għal din l-iskema applikaw il-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar. Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr ma applikax. Infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar li s’issa għadha ma saret l-ebda referenza għall-parteċipazzjoni tal-Kunsill f’din l-iskema peress li għad ma kienx hemm laqgħa tal-Kunsill bejn il-Memo msemmi u d-data tal-għeluq. Madankollu infurmat li hi prattika tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar li meta tittieħed inizjattiva li tkun ta’ suċċess u ta’ benefiċċju għar-residenti, din l-istess inizjattiva tibqa’ tittieħed minn sena għall-oħra speċjalment meta ma tkunx tirrikjedi fondi addizzjonali mill-Kunsill. Dwar dan kien hemm qbil miż-żewġ kampijiet politiċi fil-Kunsill partikolarment peress li l-Kunsillier responsabbli mill-korsijiet tifforma parti mill-partit tal-minoranza allura huwa qbil unanimu. Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-applikazzjonijiet dwar il-korsijiet kienu diskussi u approvati fil-laqgħat tal-Kunsill li saru fit-30 ta’ April u fis-27 ta’ Mejju 2014. Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li dawn il-korsijiet ilhom jinżammu għal diversi snin bl-approvazzjoni ta’ Kunsilli preċedenti. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-applikazzjonijiet riċevuti u l-applikanti.

Kunsilli Lokali – skemi ta’ Lifelong Learning

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-memos li ħareġ il-Ministeru jew xi dipartiment responsabbli mill-kunsilli lokali għal dak li jirrigwardja skemi ta' lifelong learning, matul din is-sena? Liema kunsill lokali minn fost il-kunsilli tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, applika għal dawn l-iskemi? Liema kienu l-korsijiet li ġew approvati mid-Dipartiment, għal kull wieħed minn dawn l-istess kunsilli lokali? F'liema laqgħa/ laqgħat tal-kunsilli rispettivi, ġew approvati l-applikazzjonijiet li kellhom jinħarġu? Kemm kien hemm persuni li bbenefikaw minn dawn il-korsijiet li nħarġu, u għal liema korsijiet ġew approvati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2014, bħas-snin preċedenti ħarġet sejħa waħda permezz ta’ Memo 12/2014. il-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar urew interess li jorganizzaw korsijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ korsijiet li jixtiequ joffru li iżda għadhom suġġett għall-interess li juri l-pubbliku jekk isirux jew le. Is-sejħa għall-pubbliku tinħareġ mid-Dipartiment għat-Tagħlim Tul il-Ħajja f’Awwissu.

Transport Malta – bidla fid-direzzjoni tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema bidliet fid-direzzjoni tat-traffiku ġew approvati minn Transport Malta matul l-aħħar 15-il xahar, għal dak li jirrigwardja t-traffiku fit-Triq San Franġisk, Triq it-Torri u Triq San Ġeraldu, f'San Pawl il-Baħar? Min għamel it-talba biex id-direzzjoni tat-traffiku tinbidel minn kif kienet? Meta saru l-verifiki neċessarji minn Transport Malta dwar dan it-tibdil, u meta ġie approvat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li, minn riċerka li saret fl-arkivji tal-Awtorità tat-Trasport, irriżulta li fil-25 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għamel talba sabiex parti minn Triq San Ġeraldu tinqaleb id-direzzjoni tat-traffiku. Din it-talba ġiet approvata fis-27 ta’ Settembru 2013 iżda għadha ma ġietx implimentata mill-kunsill lokali. Sussegwentament, minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali tal-awtorità irriżulta li hemm żewġ tabelli tan-NO ENTRY neqsin fi Triq it-Torri u tabelli ta’ NO LEFT TURN neqsin fi Triq San Pawl. Dawn it-tabelli neqsin qed joħolqu problema fl-inkroċju bejn Triq it-Torri w Triq San Ġeraldu u għalhekk il-kunsill ġie notifikat sabiex jitwaħħlu dawn it-tabelli neqsin.

Tourism police

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iskema ta' tourism police li kienet issemmiet xi żmien ilu, fil-fatt hux ser tiġi mħaddma dan is-sajf? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar fejn ser titħaddem, u f'liema perjodu tas-sena hu mistenni li tkun imħaddma?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema se tiġi mħaddma is-sena d-dieħla. Fil-frattemp, kemm il-Korp tal-Pulizija u kemm l-Awtorità tat-Turizmu qed ikollhom lagħqat regolari dwar l-operat, l-għazla tal-uffiċjali kif ukoll il-kurrikulu li jrid jsegwu dawk li jiġu magħzula sabiex jagħmluha ta’ Pulizija f’dan il-qasam.
Leg 12 PQ #9671 Sitting 158 2014-06-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Estensjoni ta’ lukandi — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet li wasslu għand l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu (MTA) u li ġew approvati, u li fil-fatt għadhom ma nbnewx, għal dak li jikkonċerna, estensjoni ta' lukandi, , kif ukoll għall-bidliet ta' bini f'boutique hotels, lokalità b’lokalità, skont il-kategoriji tat-Turiżmu f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr? Jista' jagħti wkoll dettal ta' kemm hemm applikazzjonijiet simili li għadhom pendenti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #9672 Sitting 158 2014-06-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Catering establishments – approvazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm catering establishments, li huma approvati mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu (MTA), f'San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, skont il-kategoriji li jiġu applikati mill-MTA?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienil-pagament li sar mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għal dak li jikkonċerna proġetti marbuta mat-trobbija tal-annimali, għall-żviluppi ta' kostruzzjoni kif ukoll minħabba investimenti oħra, xahar b'xahar, matul din l-aħħar sena?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Majjali – tagging

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm kien in-numru ta' majjali (qżieqeż) li ġew tagged kull xahar matul din l-aħħar sena? Dan in-numru kif jitqabbel għaż-żewġ perjodi preċedenti għal dan il-perjodu xahar b'xahar?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, il-qżieqeż żgħar jew majjali tas-simna qatt ma kien isir ‘tagging’ fuqhom u għalhekk l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant m’hiex disponibbli.

Serer – applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' serer li ġew approvati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar? Kemm hi l-area mgħottija permezz ta' dawn is-serer, u jista' jgħid ukoll f'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-istess serer li ġew approvati?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, matul dan l-aħħar tnax-il xahar inħarġu disa’ permessi għal serer hekk kif elenkati fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vetturi b'numru ta' reġistrazzjoni barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema vetturi li għandhom numru ta' reġistrazzjoni barrani, jistabu fuq l-informazzjoni li għandha Transport Malta, fl-information network tagħha? X'inhi r-raġuni li għaliha dejjem jingħad li vetturi bin-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom barrani ma jistgħux jingħataw ċitazzjonijiet? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk vetturi li jidħlu Malta b'numru barrani, hux qed jiġu reġistrati x'imkien, kemm jekk ikunu se jidħlu biex jinbiegħu Malta, kif ukoll jekk ikunu se jerġgħu joħorġu barra minn Malta wara xi perjodu stabbilit?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta tirreġistra n-numri ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi barranin fejn dawn ikunu ser jiġu reġistrati f’Malta għall-ewwel darba. Barra minn hekk, Transport Malta wkoll iżżomm reġistru bid-dettalji ta’ vetturi bi pjanċi barranin illi jkunu tneħħew mit-triq meta jirriżulta illi dawn ma kellhomx l-awtorizzazzjoni meħtieġa sabiex jinstaqu fuq it-toroq ta’ Malta. Ninsab ukoll infurmat illi r-raġuni għaliex ma jinħarġux ċitazzjonijiet fuq vetturi bil-pjanċi barranin li jwettqu kontravenzjonijiet waqt li jkunu qed jiċċirkolaw f’Malta hija li s’ issa Transport Malta għad m‘għandiex aċċess għad-dettalji tas-sidien ta’ dawn il-vetturi. Iżda dan ser ikun possibbli permezz ta’ diversi Direttivi Ewropej li ser jiġu implimentati fix-xhur li ġejjin. Permezz ta’ dawn id-Direttivi, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropeja ser ikunu jistgħu jiskambjaw bejniethom id-dettalji tas-sidien tal-vetturi f’każijiet li jirrigwardjaw il-kontravenzjonijiet hekk kif ġej, bil-għan li jkunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa kontra s-sidien rispettivi fl-Istati Membri fejn il-vetturi jkunu reġistrati. (a) sewqan b’veloċità eċċessiva (b) ma jsirx użu miċ-ċintorin tas-sigurtà (ċ) tonqos milli tieqaf meta jixgħel id-dawl aħmar tat-traffiku (d) sewqan taħt l-influwenza tax-xorb (e) sewqan taħt l-influwenza tad-drogi (f) tonqos milli tilbes elmu ta’ sigurtà (g) użu ta’ karreġġjata projbita (h) użu illegali ta’ telefown ċellulari jew ta’ kull tagħmir ta' komunikazzjoni ieħor waqt is-sewqan

Transport Malta — ħaddiema li jaħdmu fil-Freeport Corporation

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-ħaddiema, f'kategoriji differenti, mhux bħala persuni individwali, li jaħdmu fil-Freeport, li iżda, huma mpjegati ta' Transport Malta? Liema kategoriji ta' ħaddiema jaqgħu taħt Transport Malta minkejja li huma mpjegati tal-Freeport jew tal-Freeport Corporation? Kemm hemm ħaddiema li llum jaħdmu ma' Transport Malta li iżda jitħallsu mill-Freeport Corporation? X'inhuma l-gradi ta' dawn il-ħaddiema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-ħaddiema li jagħmlu xogħol fil-Freeport li iżda huma impjegati ta’ Transport Malta huma fil-grad ta’ Maritime Security Compliance Executive. M’hemm l-ebda ħaddiema li jaqgħu taħt Transport Malta iżda huma mpjegati tal-Freeport jew tal-Freeport Corporation, jew ħaddiema li jaħdmu ma' Transport Malta li jitħallsu mill-Freeport Corporation.

Laqgħat kunsilli lokali – emendi għall-minuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li l-emendi għall-minuti li jkunu meħtieġa fil-laqgħat tal-kunsilli lokali, fil-fatt qed jiġu riprodotti kif suppost? Jista' jara li s-segretarji eżekuttivi fil-fatt jirriproduċu dawn l-istess emendi kif suppost?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li L-Att dwar il-Kunsilli Lokali (KAP 363) f’dan ir-rigward hija ċara mingħajr ma tħalli ebda interpretazzjoni. Meta l-minuti jiġu kkoreġuti permezz ta’ mozzjoni, dawn il-korrezzjonijiet isiru dak il-ħin u inizjalati mis-Sindku u s-Segretarju Ezekuttiv. Il-Membri tal-Kunsill, qabel dawn il-minuti jiġu approvati, għandhom kull dritt li jivverifikaw li l-emendi fil-fatt saru skont kif proposti u approvati. Dawn id-dokumenti, wara li jiġu approvati mill-Kunsill, isiru l-Minuti uffiċjali tal-Kunsill u ħadd ma jkun jista’ jbiddilhom. Bil-kelma ‘jirriproduċi’ qed nifhem illi l-Onor Interpellant qed ifisser għal meta is-Segretarju Ezekuttiv jiddieċiedi li jagħmel ripproduzzjoni tagħhom b’forma diġitali sabiex ikunu aktar puliti u ċari. F’dan il-kaz, kull Membru tal-Kunsill ikun jista’ jqabbel dan l-istess dokument diġitali mal-minuti oriġinali u jekk isib zball ikun jista’ jitlob għall-korrezzjoni sabiex jirriflettu ezatt il-minuti oriġinali hekk kif ġew approvati. Ta min jgħid ukoll illi jekk isiru xi allegazzjonijiet dwar ksur ta’ dawn il-provvedimenti, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ikun jista’ jistħarriġhom billi jara il-minuti kif oriġinalment emendati u approvati mill-Kunsill. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-estratti relevanti tal-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363)

Kunsilli fit-tnax-il distrett — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti mill-Kunsilli fit- tnax-il distrett li jista' jkollhom finanzjament mill-Unjoni Ewropeja, u li qed jistennew li jingħataw il-permessi mill-MEPA? Jista’ jgħid liema proġetti fl-istess distrett, qed jiġu mwettqa bħalissa wara li ġabu l-finanzjament neċessarju, ukoll mill-UE?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, t-tabella li turi il-proġetti li qed jiġu mwettqa mill-Kunsilli Lokali tat-tnax –il distrett u li għandhom finanzjament mill-Unjoni Ewropea. L-Ebda wieħed minn dawn il-proġetti m’huwa pendenti quddiem il-MEPA.

Għases tal-Pulizija fit-tnax-il distrett – rapporti ta’ inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' persuni li għamlu rapport fl-għases tal-Pulizija li jinsabu fit-tnax -il distrett elettorali, wara li kellhom inċident tat-traffiku li fihom ġarrbu ħsara fil-vettura tagħhom, matul l-ewwel xhur ta’ din is-sena? Jista' jgħid kemm minn dawn l-inċidenti ġew irrappurtaia f'kull waħda mill-għases imsemmija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numri ta' rapporti ta inċidenti tat-Traffiku li saru fl-għases tal-Pulizija li jinsabu fiż-żona msemmija mill-Interpellant, li saru min persuni u li fihom ġarrbu ħsara fil-vettura tagħhom, matul l-ewwel xhur ta’ din is-sena hu kif jidher fit-tabella memhmuza. Ta min isemmi illi Baħar iċ-Ċagħaq, Burmarrad u l-Manikata, huma zoni li huma rreġistrati man-Naxxar, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa rispettivament, fis sistema tal-Pulizija. Distrett tal-Pulizija Fejn sar ir-Rapport Numru ta’ Inċidenti 8PD Naxxar 35 9PD San Pawl il-Baħar 45 9PD Mellieħa 19

San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar – rapporti ta’ mugging

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti ta' 'mugging' fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar, matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena, xahar b'xahar, lokalità b’lokalità? Jista' jgħid x’nazzjonalità kienu l-vittmi? Minbarra hekk, jista' jgħid kemm kien hemm każi li ġew solvuti minn dawn ir-rapporti ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu indikat u cioe bejn Jannar u April ta’ din is-sena, kien hemm żewġ każi ta mugging irraportati f’San Pawl il-Baħar. Ma kienx hemm każijiet irraportati il-Mellieha u n-Naxxar. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom sejrin, fiż-żewg każi.

Ta' Qali — trasferiment ta' Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jippjana li l-Pitkalija titneħħa minn Ta' Qali u tiġi rilokata x'imkien ieħor? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk jeskludix li l-Pitkalija titneħħa minn fejn qiegħda bħalissa, u titpoġġa x'imkien ieħor?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li f’dan l-istadju m’hemm l-ebda pjan ta’ rilokazzjoni tal-Pitkalija kif qed jingħad fil-Mistoqsija.